27.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 286/65


It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008
Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti zoni barra dawk tal-Atlantiku tat-Tramuntana (riformulazzjoni) ***I

P6_TA(2008)0274

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta' statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti zoni barra dawk tal-Atlantiku tat-Tramuntana (riformulazzjoni) (COM(2007)0760 — C6-0443/2007 — 2007/0260(COD))

2009/C 286 E/26

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0760),

wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0443/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0218/2008),

A.

billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, din il-proposta ma fiha ebda emenda sostantiva ħlief dawk li ġew identifikati bħala tali fil-proposta u, billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex għal darb’oħra tirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tissostitwixxiha b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.