|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI
|
EMENDA
|
|
Emenda 1
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 2 a (ġdida)
|
|
|
|
(2a)
|
Sabiex ikun kompatibbli mar-regoli tad-WTO dwar in-nondiskriminazzjoni u t-trattament nazzjonali, xejn f'dan ir-regolament m'għandu jwassal għal trattament diskriminatorju fir-rigward ta' miżuri meħuda biex jiġi kkumbattut is-sajd illeċitu, mhux dikjarat u mhux regolamentat (IUU).
|
|
|
Emenda 2
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
|
|
|
(3a)
|
L-ibgħad reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea, deskritti fl-Artikolu 299 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u fl-Artikolu 349 tat-Trattat ta' dwar il-Funzjonament tal-unjoni Ewropea, jeħtieġu attenzjoni partikolari fil-ġlieda kontra sajd illegali IUU, minħabba l-fraġilità eċċezzjonali ta' l-ekosistemi tagħhom.
|
|
|
Emenda 3
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
(5)
|
Skond il-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta' sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati,
fejn:
|
1.
|
Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet:
|
—
|
immexxija minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, mingħajr il-permess ta' dak l-Istat, jew b'kontravenzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;
|
|
—
|
immexxija minn bastimenti li jtajru bandiera ta' Stati msieħba f'xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw b'kontravenzjoni tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli;
|
|
—
|
bi vjolazzjoni tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk assunti minn Stati f'kooperazzjoni ma' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd.
|
|
|
2.
|
Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:
|
—
|
li ma jkunux ġew irrapportati, jew ikunu ġew irrapportati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, b'kontravenzjoni tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali;
|
|
—
|
imwettqa fiż-żona tal-kompetenza ta' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, b'kontravenzjoni tal-proċeduri ta' l-irrapportar ta' dik l-organizzazzjoni.
|
|
|
3.
|
Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:
|
—
|
fiż-żona ta' l-applikazzjoni ta' xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd li jitmexxew minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b'manjiera inkonsistenti jew li tikkontraveni l-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni;
|
|
—
|
f'żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitmexxew b'manjiera inkonsistenti mar-responsabbiltajiet Statali għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali;
|
|
|
|
|
(5)
|
Skond il-Pjan Internazzjonali ta' Azzjoni biex jiġi impedut, skoraġġut u eliminat is-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat, li ġie adottat fl-2001 mill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja (FAO), is-sajd IUU jfisser attivitajiet ta' sajd ikkunsidrati bħala illegali, mhux irrapportati jew mhux irregolati.
|
|
|
Emenda 4
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
(13)
|
L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva u li tiżgura li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta' ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.
|
|
|
(13)
|
L-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti tas-sajd li jkunu ġejjin mis-sajd IUU għandha tkun ipprojbita; Bl-intenzjoni li din il-projbizzjoni ssir waħda effettiva,
li jkun żgurat ir-rintraċċjament
u li jkun żgurat li l-prodotti importati kollha jkunu nqabdu bl-osservanza tal-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar internazzjonali u, fejn ikun xieraq, regoli rilevanti oħrajn li jkunu japplikaw għall-bastiment tas-sajd ikkonċernat, għandha titħaddem skema ta' ċertifikazzjoni li tkun tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd kollha fil-Komunità.
|
|
|
Emenda 5
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
(14)
|
Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet tal-kapaċità ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni;
|
|
|
(14)
|
Il-Komunità għandha tikkundsidra r-restrizzjonijiet
kollha
tal-kapaċità ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta' l-iskema ta' ċertifikazzjoni
u għandha tgħinhom jevitaw ostakli potenzjali mhux tariffarji għall-kummerċ.
|
|
|
Emenda 6
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 14 a (ġdida)
|
|
|
|
(14a)
|
L-għajnuna tista' tkun disponibbli, inter alia, fil-forma ta' għajnuna finanzjarja u assistenza teknika kif ukoll bħala programmi ta' taħriġ.
|
|
|
Emenda7
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 34
|
|
(34)
|
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma' Stati terzi
hija essenzjali
biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati. Għandha tiġi stabbilita sistema ta' assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;
|
|
|
(34)
|
Il-kooperazzjoni,
il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' l-aħjar prattika
bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u ma' Stati terzi
huma
essenzjali biex jiġi żgurat li s-sajd IUU ikun investigat kif suppost u li l-miżuri istitwiti fir-Regolament preżenti jkunu jistgħu jiġu applikati
fil-ġejjieni
. Għandha tiġi stabbilita sistema ta' assistenza reċiproka biex titkabbar din il-kooperazzjoni;
|
|
|
Emenda 8
|
|
Proposta għal regolament
Premessa 37
|
|
(37)
|
Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta' gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b'mod serju l-kisba ta' l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'periklu s-sostenibbiltà ta' l-istokkijiet ikkonċernati
jew
il-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir- Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament 2847/93 fil-qasam ta' l-ispezzjonar ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta' l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta' sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b'dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.
|
|
|
(37)
|
Dan ir-regolament jidentifika s-sajd IUU bħala vjolazzjonijiet ta' gravità partikolari tal-liġijiet, r-regoli u r-regolamenti applikabbli, billi dawn jimminaw b'mod serju l-kisba ta' l-għanijiet tar-regoli miksura u jqiegħdu f'periklu
is-sopravivenza tas-sajjieda li jwettqu xogħolhom b'mod legali,
s-sostenibbiltà
tas-settur u
ta' l-istokkijiet ikkonċernati
u
l-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar. Meta jitqies l-ambitu ristrett tiegħu, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tissejjes fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93, u tkun komplementari għalih, li jistabbilixxi l-qafas bażiku għall-kontroll u l-monitoraġġ ta' l-attivitajiet tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd. Proprju għalhekk, dan ir-Regolament jirrinforza r-regoli tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 fil-qasam ta' l-ispezzjonar ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi fil-portijiet (l-Artikolu 28e, 28f u 28g), li llum ġew abrogati u ssostitwiti bl-iskema ta' l-ispezzjonar tal-portijiet fil-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jipprevedi skema ta' sanzjonijiet fil-Kapitolu X li japplika speċifikament għal attivitajiet tas-sajd IUU. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 relatati mas-sanzjonijiet (l-Artikolu 31) b'dan il-mod jibqgħu applikabbli għall-vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għajr għal dawk indirizzati b'dan ir-Regolament.
|
|
|
Emenda 9
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 1, paragrafu 2
|
|
2.
|
Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f'dan ir-Regolament.
|
|
|
2.
|
Għal din il-fini, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu miżuri xierqa, skond il-liġi Komunitarja
u skond l-obbligi internazzjonali kemm dawk multilaterali u kif ukoll dawk bilaterali,
, biex tkun żgurata l-effikaċja tas-sistema. Dan għandu jqiegħed mezzi suffiċjenti għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ħidmiet tagħhom kif istitwiti f'dan ir-Regolament.
|
|
|
Emenda 10
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 2 — punt -a (ġdid)
|
|
|
|
-a)
|
is-sajd IUU jfisser sajd ikkunsidrat illegali, mhux dikjarat jew mhux irregolat, fejn:
|
1.
|
Sajd illegali jirreferi għal attivitajiet:
|
—
|
imwettqa minn bastimenti nazzjonali jew barranin fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi Stat, mingħajr il-permess ta' dak l-Istat, jew bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;
|
|
—
|
imwettqa minn bastimenti li jtajru bandiera ta' Stati msieħba f'xi organizzazzjoni reġjonali rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd imma li joperaw bi ksur tal-miżuri għal konservazzjoni u mmaniġġjar adottati minn dik l-organizzazzjoni u li bihom l-Istati huma marbutin, jew dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi internazzjonali applikabbli, jew
|
|
—
|
bi ksur tal-liġijiet nazzjonali u l-obbligi internazzjonali, inklużi dawk meħuda minn Stati f'kooperazzjoni ma' xi RFMO rilevanti.
|
|
|
2.
|
Sajd mhux irrapportat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:
|
—
|
li ma jkunux ġew irrappurtati, jew ikunu ġew irrappurtati ħażin, lill-awtorità nazzjonali rilevanti, bi ksur tal-liġijiet u regolamenti nazzjonali;
|
|
—
|
imwettqa fiż-żona ta' kompetenza ta' xi RFMO rilevanti li ma jkunux ġew irrapportati jew ikunu ġew irrapportati ħażin, bi ksur tal-proċeduri ta' l-irrapportar ta' dik l-organizzazzjoni.
|
|
|
3.
|
Sajd mhux irregolat jirreferi għal attivitajiet ta' sajd:
|
—
|
fiż-żona ta' l-applikazzjoni ta' xi RFMO rilevanti li jitwettqu minn bastimenti mingħajr nazzjonalità, jew minn dawk li jtajru bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew minn entità tas-sajd, b'mod mhux konsistenti ma' jew li jikser il-miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni.
|
|
—
|
f'żoni jew għal stokkijiet tal-ħut li fir-rigward tagħhom ma jkun hemm ebda miżura applikabbli għal konservazzjoni jew immaniġġjar u fejn dawn l-attivitajiet tas-sajd jitwettqu b'mod mhux konsistenti mar-responsabbiltajiet ta' l-Istat għall-konservazzjoni tar-riżorsi tal-baħar ħajjin skond il-liġi internazzjonali.
|
|
|
|
|
Emenda 11
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 2 — punt a
|
|
a)
|
“Bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;
|
|
|
a)
|
“Bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment ta' kull daqs użat jew maħsub għal użu bl-iskop ta' sfruttament kummerċjali tar-riżorsi tas-sajd,
tar-refriġerazzjoni, ta' l-iffriżar jew ta' l-iproċessar tagħhom abbord jew tat-trasport
, inklużi vapuri ta' sostenn, bastimenti tat-tagħbija, bastimenti għall-ipproċessar tal-ħut u bastimenti fit-trasbord;
|
|
|
Emenda 12
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 2 — punt h)
|
|
h)
|
“Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni jew arranġament b'kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, biex jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar
għal stokkijiet ta' ħut transżonali jew
stokkijiet ta' ħut
migratorju
ħafna li jkunu fiż-żona ta' baħar internazzjonali li tkun taħt ir-responsabbiltà tiegħu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;
|
|
|
h)
|
“Organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni jew struttura b'kompetenza sottoreġjonali jew reġjonali, kif irrikonoxxut mil-liġi internazzjonali, b'kompetenza biex tistipola miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar ta' l- stokkijiet ta' ħut li jgħixu fiż-żona ta' baħar internazzjonali rilevanti li tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhu bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jkun jikkostitwixxih;
|
|
|
Emenda 13
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 3 — paragrafu 1 — punt j
|
|
j)
|
ħa jew
żbarka ħut prematur; jew
|
|
|
j)
|
żbarka ħut prematur jew; jew
|
|
|
Emenda 14
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 3 — paragrafu 2 — punt a
|
|
a)
|
wettaq xi attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b'manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni jew b'kontravenzjoni tagħhom
u
jkun ta' bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni, jew jew
|
|
|
a)
|
wettaq xi attivitajiet ta' sajd fiż-żona ta' Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd b'manjiera inkonsistenti mal-miżuri għall-konservazzjoni u l-immaniġġjar ta' dik l-organizzazzjoni jew b'kontravenzjoni tagħhom
jew
ikun ta' bandiera ta' Stat mhux imsieħeb f'dik l-organizzazzjoni; jew
|
|
|
Emenda 15
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 4 — paragrafu 1a (ġdid)
|
|
|
|
1a
|
L-aċċess għal portijiet ta' l-Istati Membri, il-forniment ta' servizzi portwali, u t-twettiq operazzjonijiet ta' żbark, ta' trasbord jew ta' proċessar abbord f'tali portijiet għandhom jiġu pprojbiti għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jkunu inklużi fil-lista Komunitarja ta' bastimenti tas-sajd IUU skond l-Artikoli 26 u 29.
|
|
|
Emenda 16
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 4 — paragrafu 2
|
|
2.
|
Ħlief f'każi ta' xi forza maġġuri
, l-aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, il-provvediment ta' servizzi tal-port, u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta' dan ir-Regolament.
|
|
|
2.
|
L-aċċess għall-portijiet ta' l-Istati Membri, il-provvediment ta' servizzi tal-port, u t-tmexxija ta' operazzjonijiet ta' żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord għandhom ikunu pprojbiti għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi, ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1a, jekk ma jkunux jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f'dan il-Kapitolu u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta' dan ir-Regolament.
|
|
|
Emenda 17
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 4 — paragrafu 2a (ġdid)
|
|
|
|
2a
|
F'każijiet ta' forza maġġuri jew ta' diffikulta, il-bastimenti tas-sajd imsemmija fil-paragrafi 1 a u 2 jistgħu jidħlu fil-portijiet ta' Stati Membri biex jagħmlu użu mis-servizzi portwali u mill-miżuri li huma strettament meħtieġa sabiex jitrattaw l-emerġenza.
|
|
|
Emenda 18
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 4 — paragrafu 3
|
|
3.
|
Trasbordi bejn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew bejn dawn ta' l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti
fl-ilmijiet Komunitarji u għandhom isiru biss fil-port
, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
|
|
|
3.
|
Fl-ibħra Komunitarji,
l-operazzjonijiet ta' trasbord bejn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew bejn dawn ta' l-aħħar u bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom ikunu pprojbiti
ħlief f'dawk il-portijiet identifikati għal dan il-għan, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu.
|
|
|
Emenda 19
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 4 — paragrafu 4
|
|
4.
|
Bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru
ma jkunux awtorizzati li jittrasbordaw fuq il-baħar ħut maqbud minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi barra mill-ilmijiet Komunitarji
.
|
|
|
4.
|
'Lil hinn mill-ibħra Komunitarji, l-operazzjonijiet ta' trasbord fuq il-baħar bejn
bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru
jew bejn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi huma pprojbiti
.
|
|
|
Emenda 20
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 5 — paragrafu 1
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw
post
biex jintuża għall-iżbarki jew
post
viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn ikunu permessi
żbarki jew operazzjonijiet
ta' trasbord ta' ħut imsemmija fil-paragrafu 2.
|
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw
portijiet
biex jintużaw għall-
iżbark
jew viċin ix-xatt (portijiet speċifikati) fejn
is-servizzi portwali u l-operazzjonijiet ta' żbark u
ta' trasbord ta' ħut imsemmija fil-paragrafu 2 jkunu awtorizzati.
|
|
|
Emenda 21
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 6 — paragrafu 1 — parti introduttorja
|
|
1.
|
Il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta' żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:
|
|
|
1.
|
Ħlief fil-każi ta' forza maġġuri,
il-kaptani ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri tal-port jew faċilitajiet ta' żbarkar li jkunu jridu jużaw mill-anqas 72 siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port, bl-informazzjoni li ġejja:
|
|
|
Emenda 22
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 6 — paragrafu 1 — punt ga (ġdid)
|
|
|
|
ga)
|
il-kwantitajiet li għandhom jinħattu jew jiġu trasbordati.
|
|
|
Emenda 23
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 6 — paragrafu 3
|
|
3.
|
Il-Kummissjoni, skond il-proċedura istitwita fl-Artikolu 52, tista' teżenta ċerti kategoriji ta' bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi mill-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 għal perjodu limitat u li jiġġedded, jew tipprevedi perjodu ta' notifika ieħor fejn tikkunsidra, fost oħrajn, id-distanza bejn iż-żoni tas-sajd, il-postijiet ta' l-iżbark u l-portijiet fejn il-bastimenti msemmija huma rreġistrati jew elenkati.
|
|
imħassar
|
|
Emenda 24
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 7 — paragrafu 4
|
|
4.
|
Permezz ta' deroga għall-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f'każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta' verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali.
|
|
|
4.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafi 2 u 3 l-Istat Membru tal-port jista' jawtorizza aċċess għall-port u żbark sħiħ jew parti minnu f'każi fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx kompleta jew il-verifika tagħha tkun pendenti, imma f'każi bħal dawn għandu jżomm il-ħut
iffriżat
ikkonċernat merfugħ taħt il-kontroll ta' l-awtoritajiet kompetenti. Il-ħut għandu jiġi rrilaxxat biss biex jinbiegħ, jiġi kkonfiskat jew ittrasportat meta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun ingħatat jew il-proċess ta' verifika jkun ġie fi tmiemu. Jekk dan il-proċess ikun għadu ma ntemmx fi żmien 14-il jum mill-iżbark, l-Istat Membru tal-port jista' jikkonfiska l-ħut u jiddisponi minnu skond ir-regoli nazzjonali.
L-ispejjeż tal-ħżin għandhom jitħallsu mill-operatur.
|
|
|
Emenda 25
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 7 — paragrafu 4a (ġdid)
|
|
|
|
4a
|
Jekk il-ħut li hemm referenza għalih fil-paragrafu 4 huwa frisk, dan għandu inbiegħ permezz tal-mezzi regolari. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu kontroll fuq il-qligħ mill-bejgħ sa l-aħħar tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4.
|
|
|
Emenda 26
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 9 — paragrafu 1
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas
15 %
ta' l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta' pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.
|
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sena spezzjonijiet fil-portijiet tagħhom fuq mill-anqas
50 %
ta' l-iżbarki, trasbordi, u operazzjonijiet ta' pproċessar abbord minn bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi.
|
|
|
Emenda 27
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 9 — paragrafu 2 — punt (d)
|
|
d)
|
il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta' bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29.
|
|
|
d)
|
il-bastimenti tas-sajd li jkunu jidhru fil-lista ta' bastimenti presunti bħala IUU adottata minn Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u nnotifikata skond l-Artikolu 29,
u li jkunu għadhom ma ġewx inklużi fil-lista tal-Komunità ta' bastimenti tas-sajd ta' l-IUU prevista fl-Artikolu 26
.
|
|
|
Emenda 28
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 9 — paragrafu 3a (ġdid)
|
|
|
|
3a
|
Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-regoli u ma' l-objettivi stabbiliti minn qabel mill-Kummissjoni u għandhom jitwettqu u jiġu implimentati fl-Istati Membri differenti. Kull Stat Membru għandu joħloq il-ġabra ta' data tiegħu, fuq il-bażi ta' kriterji stabbiliti mill-Kummissjoni, li fiha għandhom jiġu rreġistrati l-ispezzjonijiet kollha mwettqa fit-territorju tiegħu. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni aċċess għal-bażi ta' data tagħhom, fuq it-talba ta' l-istess Kummissjoni.
|
|
|
Emenda 29
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 10
|
|
Artikolu 10 — Spetturi
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom joħorġu dokument ta' l-identità ta' kull wieħed mill-ispetturi. L-ispetturi għandhom iġorru fuqhom u jipproduċu dan id-dokument meta jkunu qegħdin jispezzjonaw bastiment tas-sajd.
|
|
2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispetturi jwettqu dmirijiethom skond ir-regoli istitwiti f'din is-sezzjoni.
|
|
imħassar
|
|
Emenda 30
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 12 — paragrafu 1 — parti introduttorja
|
|
1.
|
Jekk spettur ikollu raġuni serja għalfejn għandu jemmen
li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f'attività ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:
|
|
|
1.
|
Jekk l-informazzjoni miġbura matul l-ispezzjoni tagħti lill-ispettur raġuni biżżejjed għalfejn għandu jissuspetta
li bastiment tas-sajd kien imdaħħal f'attività ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, dan għandu:
|
|
|
Emenda 31
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 12 — paragrafu 1 — punt a
|
|
a)
|
jinnota t-trasgressjoni fir-rapport ta' l-ispezzjoni;
|
|
|
a)
|
jinnota t-trasgressjoni
presunta
fir-rapport ta' l-ispezzjoni;
|
|
|
Emenda 32
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 12 — paragrafu 1 — punt a a (ġdid)
|
|
|
|
(aa)
|
iwaqqaf l-operazzjonijiet ta' żbarkar, trasbord jew ipproċessar abbord;
|
|
|
Emenda 33
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 13 — paragrafu 1
|
|
1.
|
L-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b'sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat għandha tkun ipprojbita.
|
|
|
1.
|
L-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd fil-Komunità akkwistati b'sajd illegali, mhux irrapportat jew mhux irregolat,
bi qbil mal-kriterji msemmija fl-artikoli 3,
għandha tkun ipprojbita.
|
|
|
Emenda 36
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 18 — paragrafu 4
|
|
4.
|
Kull persuna jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta' l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.
|
|
|
4.
|
Kull persuna
naturali u ġuridika
għandu jkollha d-dritt li tappella d-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti konformament mal-paragrafu 1 jew 2 li jkunu jikkonċernaw lilha direttament u individwalment. Id-dritt ta' l-appell għandu jitħaddem skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati.
|
|
|
Emenda 37
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 20
|
|
Artikolu 20 — Rijesportazzjoni
|
1.
|
Ir-rijesportazzjoni ta' prodotti importati taħt ċertifikat tal-qabda tal-ħut skond dan il-kapitolu tkun awtorizzata bis-saħħa tal-konvalidazzjoni ta' ċertifikat tar-rijesportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn ir-rijesportazzjoni għandha ssir, fuq talba mir-rijesportatur.
|
|
2.
|
Iċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha mitluba fil-forma mehmuża fl-Anness 2 u għandhom ikunu akkumpanjati b'kopja taċ-ċertifikati tal-qabda tal-ħut li jkunu ġew aċċettati għall-importazzjoni tal-prodotti.
|
|
3.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-konvalidazzjoni u l-verifika taċ-ċertifikati tar-rijesportazzjoni.
|
|
imħassar
|
|
Emenda 38
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 23 — paragrafu 3 — punt b
|
|
b)
|
tavża lill-Istat tal-bandiera u,
jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni bl-annullament
, u
|
|
|
b)
|
tavża lill-Istat tal-bandiera bl-annullament; u
|
|
|
Emenda 39
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 23 — paragrafu 4 — punt b
|
|
b)
|
tavża lill-Istat tal-bandiera u,
jekk ikun il-każ, lill-Istat tar-rijesportazzjoni
;
|
|
|
b)
|
tavża lill-Istat tal-bandiera,
u
|
|
|
Emenda 40
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 24 — titolu
|
|
Artikolu 24 — Attivitajiet ta' sajd
allegati
bħala IUU
|
Artikolu 24 —
Proċedura għall-kxif ta' attivitajiet
ta' sajd IUU
|
|
Emenda 41
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 24 — paragrafu 1 — parti introduttorja
|
|
1.
|
Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta' sajd IUU:
|
|
|
1.
|
Il-Kummissjoni, jew korp maħtur minnha, għandha tiġbor u tanalizza l-informazzjoni dwar attivitajiet ta' sajd IUU,
bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3:
|
|
|
Emenda 42
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 24 — paragrafu 1 — punt b a (ġdid)
|
|
|
|
(ba)
|
Informazzjoni dwar sanzjonijiet u multi imposti fuq bastimenti IUU.
|
|
|
Emenda 43
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 25 — titolu
|
|
Artikolu 25 — Attivitajiet tas-sajd
presunti
bħala IUU
|
Artikolu 25 —
Investigazzjoni dwar l-attivitajie
t ta' sajd IUU
|
|
Emenda 44
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 25 — paragrafu 2 — punt -a (ġdid)
|
|
|
|
-a)
|
tipprovdi l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni dwar l-allegati attivitajiet ta' sajd IUU, u stqarrija dettaljata tar-raġunijiet li jiġġustifikaw l-inklużjoni ta' bastimenti tas-sajd IUU fil-lista tal-Komunità;
|
|
|
Emenda 46
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 26 — paragrafu 1
|
|
1.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma' l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f'attivitajiet ta' sajd IUU u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.
|
|
|
1.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea. Din il-Lista tkun tinkludi l-bastimenti li fir-rigward tagħhom, barra l-passi li jkunu ttieħdu konformament ma' l-Artikoli 24 u 25, l-informazzjoni miksuba skond dan ir-Regolament tistabbilixxi li dawn kienu mdaħħlin f'attivitajiet ta' sajd IUU
bi qbil mal-kriterji msemmija fl-Artikolu 3, u li l-Istati tal-Bandiera tagħhom ma jkunu ħadu ebda azzjoni effettiva b'reazzjoni għal dawk l-attivitajiet.
|
|
|
Emenda 47
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 26 — paragrafu 1 a (ġdid)
|
|
|
|
1a
|
Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat tal-bandiera bl-inklużjoni ta' bastiment fil-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità u għandha tinnotifikah fid-dettall bir-raġunijiet għall-inklużjoni ta' dak il-bastiment fil-lista.
|
|
|
Emenda 48
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 26 — paragrafu 4 a (ġdid)
|
|
|
|
4a.
|
Meta sid ikollu bastiment imnizzel fil-lista Komunitarja ta' bastimenti IUU, il-bastimenti kollha li jippossjedi ssirilhom ispezzjoni bir-reqqa.
|
|
|
Emenda 49
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 28 — paragrafu 1 — punt h
|
|
h)
|
id-data ta' l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta' Bastimenti IUU;
|
|
|
(h)
|
id-data ta' l-ewwel inklużjoni fil-Lista ta' Bastimenti IUU
tal-Komunità u, jekk applikabbli, id-data ta' l-ewwel inklużjoni fil-lista tal-bastimenti IUU ta' RFMO waħda jew aktar;
|
|
|
Emenda 50
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 28 — paragrafu 1 — punt i a (ġdid)
|
|
|
|
(ia)
|
l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-bastiment konċernat.
|
|
|
Emenda 51
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 28 — paragrafu 2
|
|
2.
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità Ewropea, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.
|
|
|
2.
|
Il-Kummissjoni
għandha tippubblika l-lista tal-bastimenti IUU tal-Komunità fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u
għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità tal-lista ta' bastimenti IUU tal-Komunità, anka billi titqiegħed fuq il-websajt tad-DĠ Sajd.
|
|
|
Emenda 52
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 30 — paragrafu 1
|
|
1.
|
Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' sajd IUU.
|
|
|
1.
|
Il-Kummissjoni, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 52, għandha tidentifika l-Istati terzi li hija tikkunsidra bħala Stati li ma jikkooperawx fil-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' sajd IUU, fuq il-bażi ta' kriterji ċari, trasparenti u oġġettivi.
|
|
|
Emenda 53
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 30 — paragrafu 6 — punt b a (ġdid)
|
|
|
|
(ba)
|
jekk l-Istat konċernat qatt kienx is-suġġett ta' miżuri kummerċjali ristrettivi fir-rigward ta' prodotti tas-sajd adottati minn RFMO;
|
|
|
Emenda 54
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 30 — paragrafu 7
|
|
7.
|
Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta' l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b'mod korrett fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
|
|
|
7.
|
Fejn ikun xieraq, restrizzjonijiet speċifiċi ta' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, b'mod partikolari fejn jidħol monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta' l-attivitajiet tas-sajd, għandhom ikunu kkunsidrati b'mod korrett fl-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tippubblika analiżi dwar l-impatt probabbli tiegħu fuq il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u tippubblika proposta għall-iffinanzjar ta' programmi speċifiċi biex tappoġġja l-implimentazzjoni tiegħu u telimina l-impatti negattivi possibbli.
|
|
|
Emenda 55
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 34
|
|
Il-Kummissjoni għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità
tal
-lista
ta' Stati li ma jikkooperawx
,
b'manjiera konsistenti ma' kull rekwiżit applikabbli dwar ir-riżervatezza
, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta' notifika ta' l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta' Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.
|
Il-Kummissjoni għandha
tippubblika l-lista tal-Istati li ma jikkooperawx fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u
għandha tieħu kull miżura meħtieġa biex tiżgura l-pubbliċità ta'
din
il-lista ta' Stati li ma jikkooperawx, inkluż it-tqegħid tagħha fuq il-websajt tad-DĠ Sajd
b'mod konsistenti ma' kull rekwiżit applikabbli għall-kunfidenzjalità
. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment u l-Kummissjoni għandha tipprovdi sistema awtomatika ta' notifika ta' l-aġġornamenti għall-Istati Membri, l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd u kull membru tas-soċjetà ċivili li jista' jitlobha. Barra dan, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-lista ta' Stati li ma jikkooperawx lill-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd bl-iskop li titkattar il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u dawn l-organizzazzjonijiet immirati li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU.
|
|
Emenda 56
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 36 — punt h a (ġdid)
|
|
|
|
(ha)
|
L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jħallu l-esportazzjoni ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom li jkun fuq il-lista ta' IUU;
|
|
|
Emenda 57
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 36 — punt j a (ġdid)
|
|
|
|
(ja)
|
L-Istati Membri m' għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jagħtu appoġġ jew sussidji lil bastimenti IUU.
|
|
|
Emenda 58
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 37 — punt h)
|
|
h)
|
l-Istati Membri għandhom jinfurmaw
lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta' tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta' operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma' attivitajiet ta' sajd ma' ċittadini minn dawn l-Istati;
|
|
|
h)
|
Kull Stat membru għandu jinforma
lill-importaturi, t-trasbordaturi, ix-xerrejja, il-fornituri ta' tagħmir, il-banek, u l-operaturi li joffru servizzi oħrajn
ibbażati fit-territorju tiegħu
, bir-riskji assoċjati mat-tmexxija ta' operazzjonijiet kummerċjali marbutin ma' attivitajiet ta' sajd ma' ċittadini minn dawn l-Istati;
|
|
|
Emenda 59
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 37 — punt i
|
|
i)
|
Il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta' kull ftehim ta' sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' dawn l-Istati;
|
|
|
i)
|
il-Kummissjoni għandha tipproponi l-kundanna fil-pubbliku ta' kull ftehim ta' sajd bilaterali eżistenti jew ftehim ta' sħubija ta' sajd ma' l-Istati li ma jikkoperawx
fejn it-test tal-ftehima kkonċernata jinkludi impenji fir-rigward tal-ġlieda kontra sajd IUU
;
|
|
|
Emenda 60
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 41 — punt a
|
|
a)
|
l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3;
|
|
|
a)
|
l-attivitajiet ikkunsidrati li jikkostitwixxu attivitajiet ta' sajd IUU skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3
u li jidhru fil-lista li hemm fl-Anness (…) dwar ksur serju
;
|
|
|
Emenda 61
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 43 — paragrafu 1
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja
tkun ippenalizzata b'sanzjonijiet
effettivi, proporzjonati u dissważivi,
li jkunu jinkludu
multi ta' massimu ta' mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta' mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.
|
|
|
1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li tkun wettqet trasgressjoni serja jew li għaliha persuna ġuridika tinstab ħatja
jkunu sottoposti għal sanzjonijiet amministrattiva
effikaċji, proporzjonati u dissważivi,
fil-forma ta'
multi ta' massimu ta' mill-anqas EUR 300 000 għal persuni naturali u ta' mill-anqas EUR 500 000 għal persuni ġuridiċi.
|
|
|
Emenda 62
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 43 — paragrafu 2 a (ġdid)
|
|
|
|
2a
|
L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħżlu li jimponu sanzjonijiet penali kemm-il darba l-ammont ta' sanzjonjiet bħal dawn ikun għallinqas ekwivalenti għal dak tas-sanzjonijiet amministrattivi.
|
|
|
Emenda 63
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 45a (ġdid)
|
|
|
Artikolu 45a.
Sanzjonijiet oħrajn
Is-sanzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu għandhom ikunu akkumpanjati minn sanzjonijiet jew miżuri oħrajn, b'mod partikolari:
|
a)
|
projbizzjoni temporanja għal matul ta' l-anqas il-perjodu ta' programmazzjoni, jew projbizzjoni permanenti;
|
|
b)
|
ir-rimbors ta' għajnuna pubblika jew sussidji li jkunu rċevew bastimenti IUU matul il-perjodu finanzjarju rilevanti.
|
|
|
Emenda 64
|
|
Proposta għal regolament
Artikolu 53 — paragrafu -1 (ġdid)
|
|
|
|
-1.
|
Matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru kontrolli kull sitt xhur sabiex jiġi stabbilit l-istat ta' tħejjija ta' l-Istati Membri ħalli jikkonformaw b'mod sħiħ mad-dispożizzjonijiet tiegħu; f'każ li jiġu identifikati xi każijiet ta' nuqqas ta' konformità, l-Istati Membri jintalbu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa
.
|
|
|
Emenda 65
|
|
Proposta għal regolament
Anness II
|
|
|
Anness imħassar.
|