19.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 279/168


Stħarriġ ta' strutturi tal-farms u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola ***I

P6_TA(2008)0216

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-farms u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 (COM(2007)0245 — C6-0127/2007 — 2007/0084(COD))

(2009/C 279 E/36)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0245),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285 (1) tat-Trattat KE, li b'konformità magħhom il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0127/2007),

wara li kkonsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0061/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


P6_TC1-COD(2007)0084

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Mejju 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel mal-att leġiżlattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …/2008.)