19.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 279/144


Fond tal-Komunità għat-Tabakk *

P6_TA(2008)0204

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tat-trasferiment ta' għajnuna tat-tabakk lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk għas-snin 2008 u 2009 u r-Regolament (KE) (Nru) 1234/2007 fir-rigward ta' finanzjament tal-Fond tal-Komunità għat-Tabakk (COM(2008)0051 — C6-0062/2008 — 2008/0020(CNS))

(2009/C 279 E/30)

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0051),

wara li kkunsidra t-tielet inċiż tal-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, li b'konformità miegħu huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0062/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat tal-Baġit (A6-0164/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jikkunsidra li kwalunkwe ammont imbassar għandu jkun kompatibbli mal-limitu tal-Intestatura 2 tal-qafas finanzjarju plurijennali (MFF) 2007-2013, u juri li l-ammont annwali se jiġi deċiż fil-proċedura baġitarja annwali u se jiġi evalwat f'kuntest plurijennali;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

4.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Skond

l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta' tabakk mhux irfinat għas-snin ta' ħsad tal-2006 sa l-2009 .

(1)

Skond l-Artikolu 110j tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta' appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa u li jemenda ċerti Regolamenti għajnuna għat-tabakk tingħata lill-produttiri ta' tabakk mhux irfinat sas-sena ta' ħsad 2012.

(1a)

Wara li kkunsidra l-bosta riformi li saru mill-2004, b'mod partikulari fil-qasam tal-frott u tal-ħaxix, jaqbel li l-produtturi tat-tabakk mhux irfinat ma jitpoġġewx f'sitwazzjoni diskriminatorja meta mqabbla ma' bdiewa oħra Ewropej.

(3)

L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koooperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 5 % tal-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji 2008 u 2009 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.

(3)

L-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk taw prova li huma ta' suċċess kbir kif ukoll li huma eżempju pożittiv ta' koperazzjoni bejn politiki agrikoli u tas-saħħa. Sabiex jiġi żgurat li dawk l-azzjonijiet ikomplu filwaqt li nqisu li l-Fond kien dejjem iffinanzjat permezz ta' trasferiment mill-għajnuna għat-tabakk, huwa xieraq li nittrasferixxu ammont ugwali għal 6 % tal-għajnuna għat-tabakk mogħtija għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk.

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:

-1)

L-Artikolu 110 j għandu jiġi sostiwit b'dan li ġej:

Artikolu 110 j

Kamp ta' applikazzjoni

Għas-snin ta' ħsad sa l-2012 , tista' tingħata għajnuna lill-bdiewa li jipproduċu t-tabakk mhux irfinat tal-kodiċi NC 2401, skond il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-kapitolu.

-1a)

Fl-Artikolu 11 l, it-tabella għandha tiġi sostitwita bit-tabella li ġejja:

(f'miljun EUR)

 

2009-2012

Ġermanja

p.m.

Spanja

p.m.

Franza

p.m.

L-Italja (minbarra l-Puglia)

p.m.

Portugal

p.m.

L-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jinbidel b'dan li ġej:

-1b)

L-artikolu 110 m jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 110m

Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Artikolu 110m

Trasferiment lill-Fond tal-Komunità għat-Tabakk

Ammont ugwali għal 4 % għas-sena kalendarja 2006 u għal 5 % għas-snin kalendarji 2007, 2008 u 2009 tal-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

Ammont ugwali għal 4 % għas-sena kalendarja 2006 , għal 5 % għas-sena kalendarja 2007 u għal 6 % għas-snin kalendarji mill-2009 sa l-2012 tal-għajnuna mogħtija skond dan il-Kapitolu għandu jiffinanzja azzjonijiet informattivi taħt il-Fond tal-Komunità għat-Tabakk pprovdut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2075/92.

-1c)

L-Artikolu 143 e huwa mħassar.

-1d)

L-Anness VII, punt I, inċiż 2 huwa mħassar.

b)

għas-snin kalendarji 2006 sa 2009 , skond l-Artikolu 110m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

b)

għas-snin kalendarji 2006 u 2007 u mill- 2009 sa l-2012 , skond l-Artikolu 110 m tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.