15.10.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 247/83 |
Il-Ħamis, 10 ta’ April 2008
Eurostars ***I
P6_TA(2008)0116
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-iSMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri (COM(2007)0514 — C6-0281/2007 — 2007/0188(COD))
2009/C 247 E/18
(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0514),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 169 u 172 (2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0281/2007),
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0064/2008),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |