20.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 66/84 |
Immaniġġar ta' l-assi tal-KEFA u tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
P6_TA(2008)0074
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (COM(2007)0134 — C6-0472/2007 — 2007/0052(CNS))
(2009/C 66 E/18)
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0134), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0472/2007), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0043/2008), |
1. |
japprova l-konklużjoni tal-ftehima; |
2. |
jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u ta' l-Emirati Għarab Magħquda. |