|
20.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 66/83 |
Immaniġġar ta' l-assi tal-KEFA u tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar *
P6_TA(2008)0073
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2003/77/KE li tistabbilixxi linji gwida finanzjarji multi-annwali għall-amministrazzjoni ta' l-assi tal-KEFA f'likwidazzjoni u, mat-twettiq tal-likwidazzjoni, l-Assi tal-Fond ta' Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (COM(2007)0435 — C6-0276/2007 — 2007/0150(CNS))
(2009/C 66 E/17)
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0435), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/76/KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0276/2007), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0062/2008), |
|
1. |
japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
4. |
jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |