6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/120


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
It-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) ***II

P6_TA(2008)0049

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (Kodiċi tad-Dwana modernizzat) (11272/6/2007 — C6-0354/2007 — 2005/0246(COD))

2009/C 184 E/32

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11272/6/2007 — C6-0354/2007) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0608),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0011/2008),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.

Jiġbed l-attenzjoni li l-att huwa mwaqqaf skond il-pożizzjoni komuni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-Att flimkien mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254 (1) tat-Trattat KE;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie verifikat li l-proċeduri kollha jkunu ġew ikkumpletati kif xieraq, u bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 298 E, 11.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU C 317 E, 23.12.2006, p. 82.