6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/119


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
L-istruttura u r-rati ta’ sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) *

P6_TA(2008)0045

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istruttura u r-rati ta’ sisa fuq it-tabakk manifatturat (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0587 — C6-0392/2007 — 2007/0206(CNS))

2009/C 184 E/30

(Proċedura ta’ konsultazzjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0587),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0392/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0021/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.