6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/116


It-Tlieta, 19 ta’ Frar 2008
Il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) ***I

P6_TA(2008)0041

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Frar 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fanali tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni tan-naħa ta’ wara għal vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (verżjoni kodifikata) (COM(2007)0451 — C6-0252/2007 — 2007/0162(COD))

2009/C 184 E/26

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0451),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0252/2007),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar — Metodu ta’ ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Legali (A6-0017/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ ħidma konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.