6.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/114


It-Tlieta, 19 ta' Frar 2008
L-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) ***I

P6_TA(2008)0038

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2008 dwar il-proposta ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE rigward rekwiżiti minimi tas-sigurtà u tas-saħħa relattivi għall-espożizzjoni ta' ħaddiema għar-riskji ġejjin minn aġenti fiżiċi (kampi elettro-manjetiċi) (it-tmintax-il Direttiva individwali skond it-tifsira tal-Artikolu 16(1), tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2007)0669 — C6-0394/2007 — 2007/0230(COD))

2009/C 184 E/23

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0669),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0394/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43 (1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0012/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.