19.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

CE 41/89


P6_TA(2008)0001

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 533/2004 dwar it-twaqqif ta' sħubija (partnerships) Ewropea fil-qafas tal-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (COM(2007)0662 — C6-0471/2007 — 2007/0239(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0662),

wara li kkunsidra l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 181a(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0471/2007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0517/2007),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda il-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.