30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/135


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Riformulazzjoni)

COM(2008) 505 finali – 2008/0165 (COD)

2009/C 100/23

Nhar it-30 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 95 li jistabbilixxi l-Komunità Ewropa, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (Riformulazzjoni)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li diġà ta fehmtu fl-opinjoni preċedenti tiegħu, adottata fit-2 ta’ Diċembru 1998 (1), iddeċieda, matul l-448 sessjoni plenarja tiegħu tal-21, it-22 u t-23 ta’ Ottubru 2008 (seduta tat-22 ta’ Ottubru), b’119-il vot favur u astensjoni waħda, li jagħti opinjoni favoreveli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokumenti imsemmija.

 

Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Mario SEPI


(1)  Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill (KEE) dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU C 40, 15.02.1999, p. 34).