31.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/42


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata)

COM(2008) 344 finali — 2008/0109 (COD)

(2009/C 77/10)

Nhar is-7 ta' Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 44 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji privati ta' membru wieħed b'responsabbiltà limitata (Verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda unanimament, matul l-447 sessjoni plenarja tiegħu tas-17 u tat-18 ta' Settembru 2008 (seduta tas-17 ta' Settembru), li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, is-17 ta' Settembru 2008.

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS