25.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 162/41


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (Verżjoni kkodifikata)

COM(2007) 873 finali — 2007/0299 (COD)

(2008/C 162/08)

Nhar it-8 ta' Frar 2008, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar

Il-Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-ritorn ta' oġġetti ta' kultura illegalment imneħħija mit-territorju ta' Stat Membru (Verżjoni kkodifikata)

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-442 sessjoni plenarja tiegħu tat-13 u l-14 ta' Frar 2008 (seduta tat-13 ta' Frar), b'141 voti favur, vot wieħed kontra u astensjoni waħda, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

 

Brussell, it-13 ta' Frar 2008

Il-President

tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS