25.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 162/40 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għal tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (Verżjoni kkodifikata)
COM(2007) 840 finali — 2007/0284 (COD)
(2008/C 162/06)
Nhar il-25 ta' Jannar 2008, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent għal tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata)
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u li m'hemm bżonn ta' l-ebda kummenti min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul l-442 sessjoni plenarja tiegħu tat-13 u l-14 ta' Frar 2008 (seduta tat-13 ta' Frar), b'147 vot favur, vot kontra u 7 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, it-13 ta' Frar 2008.
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Dimitris DIMITRIADIS