15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/12


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel

(Skond l-Artikoli 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/462/KE, KEFA tat-23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' referenza ta' l-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċedimenti tal-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 304/11)

L-abbozz tad-Deċiżjoni ppreżentat lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) dwar il-provvediment ta' informazzjoni teknika għat-tiswija tal-vetturi ta' General Motors Europe's (GME) tal-marka Opel u Vauxhall.

Il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni dwar il-provvediment ta'informazzjoni teknika lir-riparaturi indipendenti fit-22 ta' Diċembru 2004, wara pubblikazzjoni ta' studju mill-istitut ta'ricerka Ġermaniz IKA. Fl-1 ta' Diċembru 2006 il-Kummissjoni fethet proceduri taht il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u adottat evalwazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Din l-evalwazzjoni stabbilixxiet it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, li kien li GME jidher li eskludiet lil kulħadd minn aċċess totali għall- informazzjoni teknika tagħha ħlief lir-riparaturi awtorizzati tagħha. L-evalwazzjoni preliminari tal Kummissjoni ntbagħtet lil GME fl-1 ta' Diċembru 2006.

Bħala risposta għal din, GME ipprezentat l-impenji fid-9 ta' Frar 2007.

Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ppublikat notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea konformi ma' l-Artikolu 27(4) tar Regolament (KE) Nru 1/2003, li tistieden lill-kumpaniji interessati biex jibagħtu l-kummenti fuq din in-notifika sa xahar mill-pubblikazzjoni tagħha. Il-kummenti rċevuti bħala twegieba għal din l-istedina, principalment jikkonfermaw l-effikaċja ta' l-impenji proposti minn GME.

Il-Kummissjoni issa waslet għall-konklużjoni li minħabba l-impenji proposti minn GME, u bla ħsara ghall-Artiklu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 m'hemmx iktar lok għal azzjoni.

F'Deċiżjoni taħt l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ma kien stabbilit li kien hemm ebda ksur fir-regolamenti dwar il-kompetizzjoni, iżda l-partijiet jaċċettaw li jirrimedjaw it-tħassib espress mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni preliminari. F'dan il-proċess hemm ir-rieda miż-żewġ naħat li jissimplifikaw il-ħtiġiet amministrattivi u legali li huma inerenti f'investigazzjoni sħiħa dwar ksur suspettat. Din hi r-raġuni għaliex f'diversi Deċiżjonijiet li ttieħdu diġà mill-Kulleġġ (2), kien aċċettat li l-proċess ikun sodisfaċenti meta l-partijiet jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma rċevew aċċess suffiċjenti għall-informazzjoni li huma kkunsidraw li kienet neċessarja biex jipproponu impenji sabiex jilqgħu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni.

Dan il-każ ukoll kien ittrattat bl-istess mod, billi l-GME kienu ssottomettew Dikjarazzjoni lill-Kummissjoni għal dan il-għan fl-24 ta' Mejju 2007.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, jiena nikkunsidra li f'dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet li jkunu mismugħa, ġew irrispettati.

Brussell, il-11 ta' Lulju 2007

Karen WILLIAMS


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Ara d-Deċiżjoni tat-22.6.2005 COMP/39.116 — Coca-Cola u d-Deċiżjoni tad-19.1.2005 COMP/37.214 — DFB.