15.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 304/11


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fl-429 laqgħa tiegħu tad-9 ta' Lulju 2007 dwar deċiżjoni abbozz relatata ma' l-Każ COMP/E-2/39.143 — Opel

(2007/C 304/10)

1.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl tal-prattiċi deskritti fid-deċiżjoni abbozz, il-ftehimiet li ntaħqu bejn General Motors Europe u l-imsieħba awtorizzati tagħha Opel/Vauxhall wara li sar il-bejgħ, huma suxxettibbli li jikkawżaw problemi fuq livell ta' kompetizzjoni fis-swieq ta' wara l-bejgħ tal-vetturi tal-mutur.

2.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li l-proċeduri f'dan il-każ jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skond l-Artikolu 9 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1).

3.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li fid-dawl ta' l-impenji offruti minn General Motors Europe, m'għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003.

4.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jaqblu mal-Kummissjoni li General Motors Europe għandha tkun marbuta mill-impenji sal-31 ta' Mejju 2010.

5.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jitolbu lill-Kummissjoni biex tqis il-punti l-oħra kollha li tqajmu waqt id-diskussjoni.

6.

Il-membri tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni ta' l-opinjoni tal-Kumitat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.