|
27.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 255/35 |
Opinjoni tar-rappreżentanti ta' l-Istati ta' l-EFTA rigward abbozz ta' deċiżjoni preliminari dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat
(Laqgħa tal-11 ta' Settembru 2006 tal-Kumitat Konsultattiv tal-KE dwar prattiki ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti)
(2007/C 255/12)
|
1. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-prodott u ż-żona ġeografika affettwati mill-kartell fl-abbozz ta' Deċiżjoni. |
|
2. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattika miftiehma fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
3. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-infrazzjoni kienet tirreferi għal infrazzjoni unika u kontinwa, speċjalment fir-rigward tal-perjodu ta' wara l-ispezzjonijiet f'Marzu/April 2001. |
|
4. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati. |
|
5. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea rigward l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-klemenza u l-klassifikazzjoni tagħhom. |
|
6. |
Ir-rappreżentant ta' l-Istati ta' l-EFTA jaqbel li jingħalqu l-proċedimenti kontra FNAS. |
|
7. |
Ir-rappreżentant ta' l-EFTA jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |