27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 255/34


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-415-il laqgħa tiegħu fil-11 ta' Settembru 2006 dwar abbozz ta' Deċiżjoni dwar il-Każ COMP/F/C.38.121 — Apparat

(2007/C 255/10)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-prodott u ż-żona ġeografika affettwati mill-kartell fl-abbozz ta' Deċiżjoni.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Kummissjoni Ewropea bħala ftehim u/jew prattika miftiehema fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat u l-Artikolu 52 tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea li l-infrazzjoni kienet tirreferi għal infrazzjoni unika u kontinwa, speċjalment fir-rigward tal-perjodu wara l-ispezzjonijiet f'Marzu/April 2001.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel ma' l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rigward id-destinatarji tad-deċiżjoni, speċifikament b'referenza għall-attribuzzjoni ta' responsabbiltà lill-kumpaniji parent tal-gruppi kkonċernati.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea rigward l-evalwazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għall-klemenza u l-klassifikazzjoni tagħhom.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li jagħlaq il-proċedimenti kontra FNAS.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda li l-opinjoni tiegħu tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.