2.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 122/30


Komunikazzjoni tal-gvern Franċiż dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/22/KE tat-30 ta' Mejju 1994, dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' l-awtorizzazzjonijiet għat-tiftix, l-isfruttament u l-estrazzjoni ta' l-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew gassużi msejjaħ “Permis de Sancerre”)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2007/C 122/07)

Permezz ta' talba tal-31 ta' Ottubru 2006, il-kumpanija Thermopyles SA, li għandha s-sede tagħha fi 190 rue de Fontenay, F-94300 Vincennes, talbet għal permess esklussiv imsejjaħ “Permis de Sancerre”, għat-tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew gassużi fuq medda ta' madwar 545 kilometru kwadru, li tagħmel parti mid-dipartimenti ta' Cher u Nièvre.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti hawn taħt definiti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni

Latitudni

A

0,70 gr Lvant

52,70 gr Tramuntana

B

0.50 gr Lvant

52,70 gr Tramuntana

C

0.50 gr Lvant

52.40 gr Tramuntana

D

0.80 gr Lvant

52.40 gr Tramuntana

E

0.80 gr Lvant

52.60 gr Tramuntana

F

0,70 gr Lvant

52.60 gr Tramuntana

It-tressiq ta' l-applikazzjonijiet

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rekwiżiti għall-għoti tad-dritt, definiti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-22 ta' April 1995).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mil-liġi 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla ta' l-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mill-7 ta' Novembru 2008.

Il-kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju ta' l-attività u d-deċiżjoni relattiva

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art, (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru ta' l-Ekonomija, il-Finanzi u l-Industrija (Direttorat Ġenerali ta' l-Enerġija u tal-Materja Prima, Direttorat tar-Riżorsi Enerġetiċi u tal-Minerali, Uffiċju tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Minjieri), 61, boulevard Vincent Auriol, Télédoc 133, F-75703 Paris Cedex 13 Franza [telefown: (33) 1 44 97 23 02, feks: (33) 1 44 97 05 70].

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinqraw fis-sit:

Légifrance http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠUKE L 164, 30.6.1994.