1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 289/29


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 289/16)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“CHOURIÇO AZEDO DE VINHAIS” jew “AZEDO DE VINHAIS” jew “CHOURIÇO DE PÃO DE VINHAIS”

Nru tal-KE: PT/PGI/005/0458/20.04.2005

DPO ( ) IĠP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Gabinete de Planeamento e Políticas

Indirizz:

Rua Padre António Vieira, n.o 1-8o

P-1099-073 Lisboa

Tel.:

(351) 213 819 300

Faks:

(351) 213 876 635

Posta elettronika:

gppaa@gppaa.min-agricultura.pt

2.   Grupp:

Isem:

ANCSUB — Associação Nacional de Criadores de Suínos de Raça Bísara

Indirizz:

Edifício da Casa do Povo — Largo do Toural

P-5320-311 Vinhais

Tel.:

(351) 273 771 340

Faks:

(351) 273 770 048

Posta elettronika:

ancsub@bisaro.info

Kompożizzjoni:

Produtturi/Proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.2: Prodotti tal-laħam (misjur, immellaħ, affumikat)

4.   Speċifikazzjoni

(Sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1   Isem: “Chouriço Azedo de Vinhais” jew “Azedo de Vinhais” jew “Chouriço de Pão de Vinhais”

4.2   Deskrizzjoni: Zalzett affumikat magħmul mil-laħam u x-xaħam tal-majjal tar-razza Bísaro jew ta' razez imħallta 50 % tar-razza Bísaro (annimali F1, riżultat ta' taħlit bejn il-ħnieżer tar-razza pura tal-Bísaro rreġistrati fir-reġistru tar-razza flimkien ma' ħnieżer ta' razez oħra), ħobż tal-qamħ tar-reġjun u żejt taż-żebbuġa minn Trás-os-Montes (dawn huma essenzjali biex jagħtu lill-prodott it-togħma u l-kwalità partikolari tiegħu), imdaħħlin ġol-musran il-kbir ta' ħanżir. Naħa waħda tal-musrana tintrabat jew tinħiet u mbagħad tiġi mdawra b'ħajt tal-qoton. Iz-zalzett għandu forma dritta, ċilindrika ta' tul ta' madwar 20 sa 25 ċm, b'djametru ta' madwar 7 sa 10 ċm, u ta' kulur safrani fil-kannella. Il-ġewwieni huwa wkoll ta' kulur safrani fil-kannella u meta jinqata' jidħer omoġenju. Il-piż totali huwa ta' madwar 300 g.

4.3   Żona ġeografika: Minħabba l-metodu ta' produzzjoni tradizzjonali, it-tip ta' għalf li jintuża, l-għarfien tradizzjonali tal-popolazzjoni lokali fit-trobbija tal-bhejjem, u l-kundizzjonijiet pedoloġiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-bażi alimentari li tintuża biex tinkiseb il-materja prima ta' kwalità unika, iż-żona tat-twelid, trobbija, tismin, qatla u qtugħ tal-ħnieżer tar-razza Bísaro u r-razez imħallta bejniethom użati fil-produzzjoni tax-Chouriço azedo de Vinhais, hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta' Alfândega da Fé, Bragança, Carrazeda de Anciães, Freixo de Espada à Cinta, Macedo de Cavaleiros, Miranda do Douro, Mirandela, Mogadouro, Torre de Moncorvo, Vila Flor, Vimioso u Vinhais tad-distrett ta' Bragança u l-muniċipalitajiet ta' Alijó, Boticas, Chaves, Mesão Frio, Mondim de Basto, Montalegre, Murça, Régua, Ribeira de Pena, Sabrosa, Santa Marta de Penaguião, Valpaços, Vila Pouca de Aguiar u Vila Real tad-distrett ta' Vila Real, billi din iż-żona biss għandha l-bażi alimentari u l-ħiliet ta' trobbija meħtieġa. Minħabba l-kundizzjonijiet klimatiċi partikolari meħtieġa biex jinkiseb ix-Chouriço azedo de Vinhais, l-għarfien tal-popolazzjoni u l-metodi lokali, leali għat-tradizzjoni u kostanti, iż-żona ġeografika ta' l-ipproċessar hija ristretta għall-muniċipalitajiet ta' Alfândega da Fé, Bragança, Carrazeda de Anciães, Freixo de Espada à Cinta, Macedo de Cavaleiros, Miranda do Douro, Mirandela, Mogadouro, Torre de Moncorvo, Vila Flor, Vimioso u Vinhais, tad-distrett ta' Bragança.

4.4   Prova ta' l-oriġini: Ix-Chouriço azedo de Vinhais jista' jiġi prodott biss f'impjanti ta' l-ipproċessar b'liċenzja xierqa li jinsabu fiż-żona ta' l-ipproċessar imsemmija. Il-proċess ta' produzzjoni kollu huwa suġġett għal sistema ta' kontroll rigoruża li tiggarantixxi t-traċċabilità totali tax-Chouriço azedo de Vinhais. Il-materja prima tiġi mill-ħnieżer tar-razza Bísaro mniżżla fir-Reġistru Żootekniku tar-Razza jew ħnieżer li tnisslu mit-taħlit (F1) bejn il-bhejjem b'wieħed mill-ġenituri tagħhom ikun tar-razza Bísaro, imniżżel fil-Ktieb ta' l-Adulti tar-Reġistru Żootekniku, imrobbija f'azjendi li jrabbu l-bhejjem li jkollhom żona kompatibbli mas-sistemi tal-produzzjoni tradizzjonali u semi-estensivi, fejn hija possibbli l-provvista ta' għalf tradizzjonali. Ta' min jiġi enfasizzat li l-ħnieżer jikkonsmaw kwantitajiet imdaqqsa ta' qastan, li lil-laħam jagħtuh il-karatteristiċi organolettiċi li jintgħarfu perfettament. Il-ħnieżer jinqatlu u jinqatgħu f'impjanti b'liċenzja li fiż-żewġ każijiet jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni. L-operazzjonijiet ta' l-ipproċessar jistgħu jsiru biss f'impjanti awtorizzati mill-grupp wara li l-organu ta' spezzjoni jkun ta l-approvazzjoni tiegħu. Il-marka taċ-ċertifikazzjoni fuq kull unità hija numerata biex b'hekk tkun possibbli t-traċċabilità totali sa l-azjenda agrikola minn fejn oriġina l-prodott. Il-prova ta' l-oriġini tista' ssir f'kull stadju tal-katina tal-produzzjoni permezz tan-numru tas-serje li għandu jitniżżel fuq il-marka taċ-ċertifikazzjoni.

4.5   Metodu ta' produzzjoni: Il-laħam tal-majjal (id-dgħif, il-laħam tar-ras, il-ġenb u ż-żaqq) jinqata' f'biċċiet ta' daqs medju, jiġi mssajjar fil-melħ u l-ilma, u jitqaxxar meta jkun għadu jaħraq. Il-ħobż jinqata' f'biċċiet irqaq u bil-qoxra u mbagħad jirtab fl-istokk tal-laħam. Ma' din it-taħlita jiżdiedu l-ħwawar, l-istrixxi tal-laħam, iż-żejt, il-paprika u t-tewm. Meta tkun imħawra sew, it-taħlita minnufih tiddaħħal ġol-musrana tal-ħanżir u mbagħad tiġi affumikata bil-mod fuq ħatab tal-ballut u/jew tal-qastan, dan skond it-tradizzjoni għal aktar minn erba' ġimgħat. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, ix-Chouriço azedo de Vinhais jitqiegħed fis-suq sħiħ, dejjem ippakkjat minn qabel fil-post ta' l-oriġini. Għall-ippakkjar, jintuża materjal speċjali, li meta jidħol f'kuntatt mal-prodott, ma jagħmillux ħsara u jkun inerti f'atmosfera normali, kontrollata jew fil-vakwu. L-operazzjonijiet ta' l-ippakkjar jistgħu jsiru biss fiż-żona ġeografika ta' l-ipproċessar, bil-għan li jiġu ggarantiti t-traċċabilità u l-kontroll, u li tiġi evitata kull alterazzjoni fil-karatteristiċi tat-togħma tal-prodott.

4.6   Rabta: L-eżistenza ta' varji skulturi żoomorfiċi u r-referenzi dwar it-taxxa fuq dawn l-annimali u l-prodotti tagħhom f'varji reġistri muniċipali tar-reġjun jixhdu l-antikwità u l-importanza tat-trobbija tal-ħnieżer f'dan ir-reġjun. Ir-relazzjoni bejn dan il-prodott u ż-żona ġeografika tinbet mir-razza ta' l-annimali (awtoktoni), l-għalf tagħhom bi prodotti lokali, l-għarfien f'dak li huwa l-għażla tal-biċċiet tal-majjal, l-affumikatura b'duħħan ftit intens u gradwali bl-użu ta' injam tar-reġjun u l-proċess ta' preżervazzjoni li jsir f'ambjenti kesħin u nixfin ħafna li hemm fir-reġjun.

4.7   Organu ta' spezzjoni:

Isem:

Tradição e Qualidade — Associação Interprofissional para

Produtos Agro-Alimentares de Trás-os-Montes

Indirizz:

Av. 25 de Abril, 273 S/L

P-5370-202 Mirandela

Tel.:

(351) 278 261 410

Faks:

(351) 278 261 410

Posta elettronika:

tradição-qualidade@clix.pt

Tradição e Qualidade ġiet rikonoxxuta bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-istandard 45011:2001.

4.8   Tikkettar: It-tikkettar għandu jkun fih il-kliem li ġejjin: “Chouriço azedo de Vinhais — Indicação Geográfica Protegida”, (Indikazzjoni Ġeografika Protetta), il-logo tal-Komunità korrispondenti u l-logo għall-prodotti ta' Vinhais riprodott hawn taħt. It-tikkettar fih ukoll il-marka taċ-ċertifikazzjoni, li għandha tindika obbligatorjament isem il-prodott u l-indikazzjoni tiegħu, isem l-organu ta' spezzjoni u n-numru tas-serje (kodiċi numeriku jew alfanumeriku li jiggarantixxi t-traċċabilità tal-prodott).


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.