10.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 268/8


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 268/09)

XA Numru: XA 146/07

Stat Membru: Franza

Reġjun: Dipartiment ta' Vendée

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: «Fonds pour les manifestations agricoles ou agroalimentaires»: aides pluriannuelles en faveur de l'agriculture vendéenne au travers de soutiens aux manifestations agricoles ou agroalimentaires (assistance technique: promotion)

Bażi ġuridika: Article L.1511-5 du Code général des collectivités territoriales

Convention cadre en cours entre l'État et le département de la Vendée

Nefqa annwali ppjanata skond dawn iż-żewġ skemi ta' għajnuniet:: 150 000 EUR fis-sena

Intensità massima ta' l-għajnuna: Il-fondi għall-avvenimenti agrikoli jew agroalimentari jipprevedu sussidji bbażati fuq il-firxa u l-wisa' ġeografiku ta' l-avveniment u għal baġits minimu ta' 1 520 EUR, limitati sa:

750 EUR għall-kompetizzjonijiet u l-avvenimenti,

4 500 EUR għall-fieri u l-wirjiet,

9 000 EUR għall-espożizzjonijiet

F'kull każ se jitqiesu l-ispejjeż effettivi: l-ispejjeż li jirriżultaw direttament mill-organizzazzjoni jew mill-parteċipazzjoni għall-avvenimenti, spejjeż reali ta' loġistika bħax-xiri jew il-kiri ta' materjal għall-wiri, jew il-ġestjoni ta' l-istands ta' preżentazzjoni.

L-ammont ta' għajnuna ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta' għajnuna ta' 80 % tan-nefqa u jista' jiġi rivedut meta jkun xieraq fil-każ meta organi pubbliċi oħrajn jieħdu sehem fil-finanzjament ta' operazzjoni

Data ta' l-implimentazzjoni: Mid-data tan-notifika tal-wasla għand il-Kummissjoni

Tul ta' żmien ta' l-iskema: Ħames snin li jibdew mid-data tan-notifika tal-wasla ta' l-iskeda ta' eżenzjoni għand il-Kummissjoni

Għan ta' l-għajnuna: Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jistgħu jkunu finanzjati l-azzjonijiet ta' promozzjoni, l-organizzazzjoni jew il-parteċipazzjoni f'fieri u wirjiet, l-azzjonijiet ta' relazzjonijiet pubbliċi, l-istħarriġ u r-riċerki tas-suq.

Fil-fatt, l-għan hu li tiġi appoġġata l-organizzazzjoni ta' avvenimenti ta' natura agrikola jew agroalimentari li jiffavorixxu u jippromwovu l-produzzjonijiet lokali ta' kwalità.

Il-Fond għall-avvenimenti agrikoli jew agroalimentari se jagħti l-għajnuniet tiegħu lill-gruppi ta' bdiewa, għaqdiet ta' minn irabbi l-bhejjem u assoċjazzjonijiet ta' produtturi bi produzzjonijiet ġejjin mill-agrikolturi ta' Vendée u għal azzjonijiet li jgħaqqdu flimkien il-prodotti ta' l-SMEs biss. Fi ħdan dan il-limitu, l-għajnuniet se jkunu proposti lil dawk kollha interessati, mingħajr diskriminazzjoni u b'kundizzjonijiet indaqs.

L-għajnuniet kollha se jingħataw in natura, f'forma ta' sevizzi sussidjati. Skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 ta' l-eżenzjoni agrikola, mhu se jsir ebda pagament dirett lill-benefiċjarji.

Huma esklużi mill-ambitu ta' l-għajnuniet l-ispejjeż kollha marbuta mas-sessjonijiet ta' dewqien u tixrid ta' kampjuni b'xejn, kif ukoll l-operazzjonijiet kollha li jsiru fil-punti ta' bejgħ jew li ġeneralment, jinvolvu reklamar skond il-punt 152 tal-Linji Gwida Komunitarji li japplikaw għall-għajnuniet mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-foresterija 2007-2013

Settur ikkonċernat: is-settur agrikolu jew agroalimentarji kollu kopert mill-istatut ta' l-SMEs skond id-Dritt Komunitarju

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Conseil Général de la Vendée

Direction de l'Environnement et de l'Aménagement

Service de l'Agriculture et de la Pêche

40, rue Maréchal Foch

F-85923 La Roche sur Yon Cedex 9

Indirizz ta' l-internet: www.vendee.fr (sit ġenerali tad-Dipartiment)

sezzjoni:: www.vendee.fr/conseil-general

subsezzjoni:: www.vendee.fr/conseil-general/guide-subventions

Id-deskrizzjoni se titqiegħed on line meta din l-iskeda ta' eżenzjoni tiġi rreġistrata mill-Kummissjoni

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 147/07

Stat Membru: L-Italja

Reġjun: Sardegna

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna u isem il-kumpanija benefiċjarja ta' għajnuna waħdanija: Misura n. 323 del PSR 2006/2013 «Tutela e riqualificazione del patrimonio rurale»

Azione 3 «Conservazione e recupero degli elementi architettonici tipici del paesaggio rurale della Sardegna»

Azione 4 «Riqualificazione delle strutture e del contesto paesaggistico nelle aziende agricole»

Bażi ġuridika: Regolamento (CE) n. 1698/2005 del Consiglio, del 20 settembre 2005, sul sostegno allo sviluppo rurale da parte del Fondo europeo agricolo per lo sviluppo rurale (FEASR), articolo 57

Nefqa annwali ppjanata għall-iskema jew ammont annwali kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: 10 miljun EUR mill-bidu ta' l-2009

Intensità massima ta' l-għajnuna: 75 % tan-nefqa eliġibbli (l-Artikolu 5 tar-Regolament)

Data ta' l-applikazzjoni: wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun waslitilha n-notifika

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: 1.1.2009–31.12.2013

Għan ta' l-għajnuna: appoġġ għall-SMEs

Settur(i) kkonċernat(i): produzzjoni agrikola

Isem u l-indrizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Regione autonoma della Sardegna

Assessorato dell'Agricoltura e riforma agropastorale

Via Pessagno, 4

I-09125 Cagliari

Sit ta' l-Internet: http://intranet.sardegnaagricoltura.it/documenti/misura323/

informazzjoni meħtieġa għal aċċess: user: intrasaa — password: agripass

Tagħrif ieħor: —

Alfonso Orefice

Direttur Ġenerali

Numru XA: XA 148/07

Stat Membru: Ir-Repubblika tal-Litwanja

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Techninės paramos teikimas žemės ūkio sektoriuje

Bażi ġuridika: Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministro 2007 m. gegužės 16 d. įsakymas Nr. 3D-237 „Dėl žemės ūkio veiklos subjektų lavinimo ir mokymo, mokslo žinių sklaidos, žemės ūkio parodų, mugių, žemės ūkio konkursų organizavimo finansavimo taisyklių patvirtinimo“ (décret ministériel no 3D-237 du 16 mai 2007)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: 7 000 000 LTL, bir-rata uffiċjali tal-kambju ta' l-Euro (2 027 340 EUR)

Intensità massima ta' l-għajnuna:

1.

Nefqa eliġibbli rigward l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' pesuni attivi fil-biedja tiġi rifonduta kif ġej:

sa 70 % tan-nefqa eliġibbli fuq taħriġ ta' persuni attivi fil-biedja taħt il-Programm ta' Taħriġ tal-Prinċipji Bażiċi tal-Biedja;

sa 50 % tan-nefqa eliġibbli fuq taħriġ ta' persuni attivi fil-biedja skond Programmi ta' Taħriġ għas-sewwieqa ta' tratturi ta' kategorija TR1 u TR2 u tal-makkinarju agrikolu awtomottiv ta' kategorija SZ;

sa 90 % tan-nefqa eliġibbli dwar l-organizazzjoni ta' konferenzi, laqgħat u avvenimenti vokazzjonali u edukattivi u dwar il-pubblikazzjoni ta' pubblikazzjonijiet.

2.

Sa 100 % tan-nefqa eliġibbli relatata ma' l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni f'kompetizjonijiet, esibizzjonijiet u fieri huma rimborżati.

3.

Sa 90 % tan-nefqa eliġibbli relatata mat-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku huma rimborżati.

4.

Sa 90 % tan-nefqa eliġibbli fuq katalgi, websajts u pubblikazzjonijiet oħrajn huma rimborżati

Data ta' l-implimentazzjoni: l-1 ta' Ġunju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew l-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2013

Għan ta' l-għajnuna: Għajnuna lill-SMEs.

Sabiex tiżgura l-provvista ta' appoġġ tekniku fil-qasam agrikolu.

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006 japplika

Spejjeż eliġibbli:

1.

Spejjeż relatati ma' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' persuni attivi fil-biedja (taħriġ ta' persuni attivi fil-biedja skond il-Programm ta' Taħriġ tal-Prinċipji Bażiċi tal-Biedja u skond programmi għat-taħriġ ta' sewwieqa ta' tratturi ta' kategorija TR1 u TR2 u tal-makkinarju agrikolu awtomottiv ta' kategorija SZ; organizzazzjoni ta' konferenzi u laqgħat; organizzazzjoni ta' avvenimenti vokazzjonali u edukattivi; publikazzjonijiet):

ħlas lil-letturi, għalliema, membri tal-ġurija u bordijiet ta' eżamijiet, organizzaturi ta' avvenimenti u dawk li jiġbru l-materjal ta' informazzjoni;

spejjeż ta' komunikazzjoni (telefon, servizzi postali, internet);

spejjeż tat-trasport;

spejjeż tal-missjonijiet;

kiri ta' postijiet u apparat;

spejjeż ta' ekwipaġġar ta' postijiet ta' avveniment;

spejjeż tat-traduzzjoni;

spejjeż għall-akkwist u għall-ġbir ta' informazzjoni u materjal ta' riferenza;

spejjeż għall-kumpilazzjoni, tfassil u t-tbigħ ta' pubblikazzjonijiet;

spejjeż għat-tixrid ta' l-informazzjoni (spiża fuq il-ħruġ ta' materjal għall-avveniment u notifikazzjonijiet ta' pubblikazzjoni, it-tqegħid ta' notifiki fl-istampa, u l-preparament ta' informazzjoni u x-xandir tagħha fuq ir-radju u t-televiżjoni);

spejjeż ta' organizzazzjoni direttament relatati ma' l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' pesuni attivi fil-biedja.

2.

Spejjeż relatati ma' l-organizzazzjoni ta', u l-parteċipazzjoni f'kompetizjonijiet, esibizzjonijiet u fieri:

ħlas ta' parteċipazzjoni;

spejjeż tat-trasport;

spejjeż tal-publikazzjoni;

post ta' kiri għall-esibizzjoni;

premjijiet simboliċi mogħtija fil-qafas tal-kompetizzjonijiet, sa valur ta' 250 EUR għal kull premju u rebbieħ.

3.

Nefqa relatata mat-tixrid ta' għarfien xjentifiku, bil-kundizzjoni li kumpaniji, ditti jew oriġini individwali ma jissemmewx (għajr għall-prodotti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini għall-prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel (titlu mhux uffiċjali) (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1) (organizzazzjoni ta' konferenzi u seminarji, organizzazzjoni għall-avvenimenti vokazzjonali u edukattivi, pubblikazzjonijiet):

ħlas lil-letturi, għalliema, membri tal-ġurija u bordijiet ta' eżamijiet, organizzaturi ta' avvenimenti u dawk li jiġbru l-materjal ta' informazzjoni;

spejjeż ta' komunikazzjoni (telefon, servizzi postali, internet);

spejjeż tat-trasport;

spejjeż tal-missjonijiet;

kiri ta' postijiet u apparat;

spejjeż ta' ekwipaġġar għall-postijiet ta' avvenimenti;

spejjeż tat-traduzzjoni;

spejjeż għall-akkwist u għall-ġbir ta' informazzjoni u materjal ta' riferenza;

spejjeż għall-kumpilazzjoni, tfassil u t-tbigħ ta' pubblikazzjonijiet;

spejjeż għat-tixrid ta' l-informazzjoni (spiża fuq il-ħruġ ta' materjal relatat ma' avveniment u notifikazzjonijiet ta' publikazzjoni, it-tqegħid ta' notifiki fl-istampa, u l-preparament ta' informazzjoni u x-xandir tagħha fuq ir-radju u t-televiżjoni);

spejjeż organizzattivi direttament relatati mat-tixrid ta' l-għarfien xjentifiku.

4.

Spejjeż fuq katalgi, websajts u pubblikazzjonijiet oħrajn li jipprovdu informazzjoni fattwali fuq il-produtturi fir-reġjun konċernat, jew tal-prodott konċernat, bil-kundizzjoni li tali informazzjoni u l-manjiera li hija provduta tkun imparzjali u li l-produtturi kollha għandhom l-istess opportunitajiet li jissemmew f'tali pubblikazzjonijiet:

spejjeż għall-kumpilazzjoni, tfassil u t-tbigħ ta' pubblikazzjonijiet;

spejjeż għall-akkwist u għall-ġbir ta' informazzjoni u materjal ta' riferenza;

spejjeż ta' komunikazzjoni (telefon, servizzi postali, internet);

spejjeż tat-trasport;

spejjeż tal-missjonijiet;

spejjeż tat-traduzzjoni;

spejjeż tal-publikazzjoni;

spejjeż ta' organizzazzjoni direttament relatati mal-publikazzjoni ta' katalgi, websajts u publikazzjonijiet oħrajn

Settur(i) kkonċernat(i): Produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija

Gedimino pr. 19 (Lelevelio g. 6)

LT-01103 Vilnius

Indirizz ta' l-Internet: http://www.zum.lt/min/index.cfm?fuseaction=displayHTML&attributes.file=File_66.cfm&langparam=LT

Tagħrif ieħor: —

Numru XA: XA 174/07

Stat Membru: Franza

Reġjuni: dawn l-azzjonijiet kollha jistgħu jiġu ffinanzjati mill-awtoritajiet lokali kollha (kunsilli reġjonali u ġenerali) li jkunu jixtiquhom, inkluż id-dipartimenti extra-Ewropej

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Aides en faveur de la sélection dans le secteur de l'élevage

Bażi ġuridika: Le code rural, en particulier le chapitre III du titre V du livre VI

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema: 15 miljun EUR, suġġetti għall-mobilitazzjoni ta' l-approprjazzjonijiet korrispondenti

Intensità massima ta' l-għajnuna: fl-osservanza tal-limiti ffissati fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, jiġifieri massimu ta' 100 % għall-punt (a), massimu ta' 70 % għall-punt (b) u massimu ta' 40 % għall-punt (ċ) ta' l-azzjonijiet deskritti taħt is-sezzjoni “Għan ta' l-għajnuna”:

Data ta' l-implimentazzjoni: minn mindu tiġi rreġistrata l-eżenzjoni mill-Kummissjoni

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: 2007-2013

Għan ta' l-għajnuna: L-għajnuna hija bbażata fuq il-punti a, b u c ta' l-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità ġenetika tal-popolazzjonijiet bovini, ovini, kaprini u suwini permezz ta' programmi razzjali ta' selezzjoni, billi fi Franza jitrabbbew bosta razez li l-għadd tagħhom ivarja ħafna.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' l-għajnuniet li jistgħu jiġu proposti għal investimenti bil-għan li jintroduċu tekniki jew prattiki ta' selezzjoni innovattivi fl-azjendi agrikoli, dawn se jkunu f'kull każ adottati sal-31.12.2011.

Għat-tliet friegħi tal-programmi ta' selezzjoni msemmija, mhi ser tingħata l-ebda għajnuna diretta lil dawk li jrabbu l-bhejjem: l-għajnuniet se jingħataw lill-organizzazzjonijiet li se jkunu inkarigati mill-awtoritajiet Franċiżi, skond il-kundizzjonijiet f'dan id-dokument, li jwettqu l-operazzjonijiet issussidjati.

Settur(i) konċernat(i): Is-setturi tat-trobbija bovina, ovina, kaprina u suwina

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministère de l'Agriculture et de la Pêche, DGPEI

3, rue Barbet de Jouy

F-75349 Paris 07 SP

Office national interprofessionnel de l'élevage et de ses productions

80, avenue des Terroirs de France

F-75607 Paris Cedex 12

Indirizz ta' l-internet: http://www.office-elevage.fr/aides-nat/aides-nat.htm

Aktar informazzjoni: Meta l-awtoritajiet lokali jintervjenu biex jikkumplementaw il-finanzjamenti ta' l-office de l'élevage, għandhom jagħmlu dan bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk adottati mill-office de l'élevageu jivverifikaw il-konformità mal-limiti ta' l-għajnuniet

Numru XA: XA 175/07

Stat Membru: L-Ungerija

Reġjun: it-territorju kollu ta' l-Ungerija

Titlu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem il-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: A 2007. évben tavaszi fagykárt szenvedett mezőgazdasági termelők hitelhez jutási lehetőségének támogatása

Bażi ġuridika:

az Európai Bizottság 1860/2004/EK rendelete (2004. október 6.) az EK-Szerződés 87. és 88. cikkének csekélyösszegű (de minimis) támogatásokra való alkalmazásáról a mezőgazdasági és halászati ágazatban (HL L 325/4., 2004. 10.28.);

2006. évi LXXXVIII. törvény a nemzeti agrár-kárenyhítési rendszerről

A földművelésügyi és vidékfejlesztési miniszter /2007. (…..) FVM rendelete a 2007. évben tavaszi fagykárt szenvedett mezőgazdasági termelők hitelhez jutási lehetőségéről

Nefqa annwali ppjanata taħt l-iskema jew ammont kumplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: Baġit annwali ppjanat: 250 miljun HUF

Intensità massima ta' l-għajnuna: L-intensità massima ta' appoġġ għall-għajnuna mmirata għat-tnaqqis tal-ħsara u dak tas-self u sussidju ta' garanzija flimkien hija 80 % tat-telf tad-dħul

Data ta' implimentazzjoni: Minn Lulju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema ta' għajnuna jew għotja ta' għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna hu sabiex jipprovdi lill-bdiewa b'kumpens għall-ħsara mġarrba mill-ġlata matul ir-Rebbiegħa ta' l-2007, minħabba kundizzjonijiet ħżiena ta' temp. Il-bdiewa soffrew tnaqqis sostanzjali mid-dħul tagħhom (telf ta' produzzjoni ta' bejn il-50 % sa 100 %). Sabiex ikun kumpensat għal dan it-telf ta' dħul — minbarra li jipprovdulhom b'kumpens immirat għat-tnaqqis tal-ħsara — il-bdiewa għandhom jiġu intitolati għal self issussidjat u tali self għandu ikun ukoll akkumpanjat b'garanzija.

Applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006.

L-intensità massima ta' għajnuna (kumpens immirat għat-tnaqqis tal-ħsara, sussidji ta' interess, garanzija) hija 80 % tat-telf tad-dħul

Settur(i) konċernat(i): Produzzjoni veġetali (għeneb, frott)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna. Indirizz ta' l-:

Földművelésügyi és Vidékfejlesztési Minisztérium

H-1055 Budapest

Kossuth Lajos tér 11

Indirizz virtwali: http://www.fvm.hu/main.php?folderID=1846&articleID=10748&ctag=articlelist&iid=1

Budapest, 12 ta' Lulju 2007

Dr. András Máhr

Segretarju ta' l-Istat