9.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 267/40 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti
(2007/C 267/15)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA' SPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI (STG)
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
“PÓŁTORAK”
Nru tal-KE: PL/TSG/007/0034/06.09.2005
1. Isem u indirizz tal-grupp applikant
Isem: |
Krajowa Rada Winiarstwa i Miodosytnictwa przy Stowarzyszeniu Naukowo — Technicznym Inżynierów i Techników Przemysłu Spożywczego |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(48-22) 828 27 21 |
||
Posta Elettronika: |
krwim@sitspoz.pl |
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Il-Polonja
3. Speċifikazzjoni tal-Prodott
3.1. Isem li għandu jiġi rreġistrat
“Półtorak”
Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, it-tikketta jista' jkun fiha t-tagħrif kif ġej: “miód pitny wytworzony zgodnie ze staropolską tradycją” (mead magħmul skond tradizzjoni Pollakka antika). Dan it-tagħrif għandu jiġi tradott fil-lingwi uffiċjali l-oħra.
3.2. Indika jekk l-isem:
|
hux speċifiku fih innifsu |
|
jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikoli jew ta' l-oġġett ta' l-ikel |
Id-denominazzjoni “półtorak” ġejja min-numru “1.5” (PL: “półtora”) u jirrelata direttament mal-kompożizzjoni u l-metodu ta' produzzjoni storiċi stabbiliti ta' “półtorak” — il-proporzjonijiet ta' għasel u ilma fil-mead wort li jkun parti għasel ma' 0.5 parti ilma. L-isem għalhekk jesprimi n-natura speċifika tal-prodott. Billi t-terminu “półtorak” huwa kelma li tintuża biss għal tip speċifiku ta' mead, l-isem għandu jitqies bħala speċifiku fih innifsu.
3.3. Indika jekk hix meħtieġa r-riżerva ta' l-isem skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006
|
Reġistrazzjoni b'riżerva ta' l-isem |
|
Reġistrazzjoni mingħajr riżerva ta' l-isem |
3.4. Tip ta' prodott
Klassi 1.8. — Prodotti oħra ta' l-Anness I
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel li għandu l-isem indikat fil-punt 3.1
“Półtorak” huwa mead, xarba ċara iffermentata mill-mead wort, magħrufa minħabba l-aroma karatteristika tagħha ta' l-għasel u t-togħma tal-materja prima użata.
It-togħma ta' “półtorak” tista' tittejjeb permezz tal-ħwawar li jintużaw. Lewn il-“półtorak” ivarja bejn dehbi u ambra skur u jiddependi mit-tip ta' għasel użat fil-produzzjoni.
L-indikaturi fiżiko-kimiċi tipiċi tal-mead“półtorak” huma:
— |
kontenut ta' alkoħol: 15-18 % vol., |
— |
zokkor għar-riduzzjoni wara l-inverżjoni: aktar minn 300 g/l, |
— |
aċidità totali espressa f'aċidu maliku: 3,5-8 g/l, |
— |
aċidità volatili espressa f'aċidu aċetiku: massimu ta' 1,4 g/l, |
— |
zokkor totali, abbażi tal-konċentrazzjoni reali ta' l-alkoħol (f' % vol.) multiplikat bi 18: min. 600 g, |
— |
estratt mhux taz-zokkor: mhux anqas minn
|
— |
irmied: minimu ta' 1,3 g/l — fil-każ ta' mead tal-frott. |
Huwa projbit l-użu ta' preżervattivi, stabilizzaturi u koloranti artifiċjali u sustanzi artifiċjali li jagħtu togħma fil-produzzjoni ta' “półtorak”.
3.6. Deskrizzjoni tal-metodi ta' produzzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel li għandu l-isem indikat fil-punt 3.1
Materja prima:
— |
Għasel naturali skond il-parametri li ġejjin:
|
— |
Ħmira tal-mead b'attenwazzjoni għolja — adegwata għall-attenwazzjoni ta' estratti għoljin fil-wort miżjud bil-ħmira biex jiffermenta (pitched wort) |
— |
Ħxejjex aromatiċi u ħwawar: imsiemer tal-qronfol, kannella, noċemuskata jew ġinġer. |
— |
Meraq tal-frott naturali jew frott frisk. |
— |
Alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (possibbilment). |
Metodu ta' produzzjoni:
Fażi 1
Produzzjoni tal-birra (tgħollija) tal-mead wort f'temperatura ta' 95-105 °C. Il-proporzjonijiet meħtieġa ta' għasel u ilma għall-“półtorak” huma parti għasel ma' 0,5 parti ilma (jew ilma mħallat mal-meraq tal-frott) fil-prodott finali. Minħabba l-fatt li l-konċentrazzjoni taz-zokkor hija għolja wisq għall-ħmira biex tħalli effett fil-proċess ta' fermentazzjoni, jitħejja wort bil-proporzjonijiet li ġejjin: parti għasel ma' żewġ partijiet ilma, li magħhom jistgħu jiżdiedu ħxejjex aromatiċi jew ħwawar. F'każ ta' meads tal-frott, talanqas 30 % ta' l-ilma huwa sostitwit bil-meraq tal-frott. Sabiex jinżammu l-proporzjonijiet adegwati ta' għasel u ilma li huma karatteristiċi tal-“półtorak”, tiżdied il-bqija ta' l-għasel fil-fażi finali tal-fermentazzjoni jew matul il-maturazzjoni.
Osservanza stretta tal-proporzjonijiet ta' l-ilma u ta' l-għasel u l-ksib ta' l-estratt meħtieġ fit-tank tal-wort li jkollu kopertura biex iżżomm is-sħana bil-fwar (steam jacket). Dan il-metodu ta' tgħollija jimpedixxi l-karamelizzazzjoni taz-zokkor.
Fażi 2
It-tkessiħ tal-wort għal 20-22 °C, it-temperatura ideali biex il-ħmira tippropoga. It-tkessiħ tal-wort għandu jsir dakinhar stess tal-produzzjoni, u l-perjodu tat-tkessiħ jiddependi mill-effiċjenza tal-kessieħ. It-tkessiħ jiggarantixxi s-sikurezza mikrobijoloġika tal-wort.
Fażi 3
Pitching — iż-żieda ta' soluzzjoni tal-ħmira mal-wort f'tank tal-fermentazzjoni.
Fażi 4
A. |
Fermentazzjoni mgħaġġla — bejn 6-10 ijiem. Iż-żamma tat-temperatura għal-livell massimu ta' 28 °C tiggarantixxi li l-proċess ta' fermentazzjoni jimxi b'mod tajjeb. |
B. |
Fermentazzjoni bil-mod — bejn 3-6 ġimgħat. Il-perjodu ta' fermentazzjoni jiggarantixxi li jintlaħqu l-parametri fiżiko-kimiċi tajbin. |
F'din il-fażi huwa possibbli li tiżdied il-bqija ta' l-għasel sabiex tinkiseb il-proporzjon meħtieġa fil-“półtorak”.
Fażi 5
Tiswib (racking) tal-wort attenwat miżjud bil-ħmira biex jiffermenta (pitched wort).
Wara li jkun intlaħaq kontenut ta' alkoħol ta' għall-inqas 12 % vol, għandu jsir it-tiswib qabel il-maturazzjoni. Dan jiggarantixxi li l-mead ikollu l-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u organolettiċi xierqa. Jekk il-pitched wort jitħalla fuq fis-sediment [lees] għal aktar żmien mill-perjodu ta' fermentazzjoni bil-mod dan jaffettwa negattivament il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, minħabba l-awtoliżi [autolysis] tal-ħmira.
Fażi 6
Il-maturazzjoni u s-sifonaġġ (it-tferriegħ mingħajr ma jitqanqal il-fond [decanting]) — dan jirrepeti ruħu kemm-il darba jkun neċessarju biex jipprevjeni milli jseħħu proċessi mhux mixtieqa fis-sediment [lees] (awtoliżi tal-ħmira). Matul il-perjodu ta' maturazzjoni jkun possibbli li jsiru operazzjonijiet bħall-pasturizzazzjoni u l-filtrazzjoni. F'din il-fażi u fil-każ li dan ma jkunx sar fil-fażi finali tal-fermentazzjoni, huwa possibbli li tiżdied il-bqija ta' l-għasel sabiex jinkiseb il-proporzjon meħtieġ fil-“półtorak”. Din il-fażi hija essenzjali sabiex jiġi żgurat li l-prodott ikollu l-karatteristiċi organolettiċi korretti.
Il-perjodu ta' maturazzjoni minimu għall-“półtorak” huwa ta' tliet snin.
Fażi 7
L-aġġustament fit-togħma (il-kompożizzjoni) — din il-fażi tikkonċerna t-tħejjija tal-prodott finali bil-karatteristiċi organolettiċi u fiżiko-kimiċi xierqa għall-“półtorak”, kif speċifikat fil-punt 3.5 — Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel. Sabiex jiġi żgurat li l-parametri meħtieġa jintlaħqu, jkun possibbli li jiġu kkoreġuti l-karatteristiċi organolettiċi u fiżiko-kimiċi billi:
— |
jiżdied l-għasel biex il-mead isir ħelu |
— |
jiżdiedu l-ħxejjex aromatiċi u l-ħwawar, |
— |
jiżdied l-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola. |
L-għan ta' din il-fażi huwa li jinkiseb prodott bil-bouquet karatteristika tal-“półtorak.”
Fażi 8
Tferrigħ f'kontenituri individwali f'temperatura ta' 18-25 °C. Huwa rrakkomandat li l-“półtorak” jiġi ppreżentat fi ppakkjar tradizzjonali, bħal: damiġġjani, kontenituri taċ-ċeramika jew btieti tal-ballut.
3.7. In-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew l-oġġett ta' l-ikel
In-natura speċifika tal-“półtorak” tirriżulta minn:
— |
tħejjija tal-wort (il-kompożizzjoni u l-proporzjon tal-materja prima), |
— |
il-maturazzjoni, |
— |
il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u organolettiċi tiegħu. |
It-tħejjija tal-wort (kompożizzjoni)
In-natura speċifika tal-“półtorak” tirriżulta b'mod partikolari mill-użu ta' u l-osservanza stretta ma' l-proporzjonijiet stabbiliti ta' għasel u ilma — parti għasel ma' 0,5 parti ilma — fil-mead wort. Dan il-proporzjon huwa l-fattur determinanti f'kull fażi ieħor li ssegwi fil-produzzjoni tal-“półtorak” li jagħti l-karattersitiċi uniċi tiegħu.
Maturazzjoni:
Skond riċetta antika tradizzjonali Pollakka, in-natura tal-prodott jiddependi mill-maturazzjoni tiegħu għal perjodu ta' żmien speċifiku. Fil-każ ta' “półtorak” dan il-perjodu għandu jkun mhux anqas minn tliet snin.
Karatteristiċi fiżiko-kimiċi u organolettiċi:
L-osservanza tal-fażijiet kollha tal-produzzjoni inklużi fl-ispeċifikazzjoni tiggarantixxi li jinkiseb prodott b'togħma u aroma uniċi. It-togħma u l-aroma uniċi tal-“półtorak” jirriżultaw minn kontenut adegwat ta' zokkor u alkoħol:
— |
zokkor għar-riduzzjoni wara l-inverżjoni; >300 g/l, |
— |
zokkor totali, abbażi tal-konċentrazzjoni reali ta' l-alkoħol (f' % vol.) multiplikat bi 18: min. 600 g, |
— |
alkoħol: 15-18 % vol. |
Minħabba l-proporzjonijiet stretti definiti ta' l-ingredjenti użati fil-produzzjoni tiegħu, il-“półtorak” għandu konsistenza tipikament likwida u viskuża li tiddistingwih minn tipi oħra ta' mead.
3.8. In-natura tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew ta' l-oġġett ta' l-ikel
Metodu tal-produzzjoni tradizzjonali:
Il-produzzjoni tal-mead fil-Polonja hija tradizzjoni li tmur lura eluf ta' snin u hija kkaratterizzata minn diversità kbira. L-iżvilupp u t-titjib tal-metodu tal-produzzjoni matul is-sekli irriżultaw f'ħafna tipi ta' mead. L-istorja tal-produzzjoni tal-mead tmur lura għall-bidu tas-sovranità Pollakka. Fid-966, id-diplomatiku, negozjant u vjaġġatur Spanjol, Ibraħim ibn Jaqub kiteb: “Minbarra l-ikel, il-laħam u l-art għall-ħrit, il-pajjiż ta' Mieszko I jabbonda bil-mead, kif jissejħu l-inbejjed u x-xorb li jsakkar Slavi” (Mieszko I kien l-ewwel re storiku tal-Polonja). Il-Kronaki ta' Gallu Anonimu, li rreġistraw l-istorja Pollakka fi tmiem is-sekli 11 u 12, kien fihom ukoll bosta referenzi għall-produzzjoni tal-mead.
Il-poeżija epika nazzjonali Pollakka “Pan Tadeusz” ta' Adam Mickiewicz, li tirrakkonta l-istorja tan-nobbiltà bejn l-1811 u l-1812, fiha ħafna informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum u t-tipi differenti ta' mead. Il-mead jissemma wkoll fil-poeżiji ta' Tomasz Zan (1796–1855) u fit-triloġija ta' Henryk Sienkiewicz li tiddeskrivi l-ġrajjiet tal-Polonja tas-seklu 17 (“Ogniem i mieczem”, ippubblikata fl-1884; “Potop”, ippubblikata fl-1886 u “Pan Wołodyjowski”, ippubblikata fl-1887 u 1888).
Is-sorsi oriġinali li jiddeskrivu d-drawwiet kulinarji Pollakki tas-sekli 17 u 18 mhux biss fihom referenzi ġenerali dwar il-mead, iżda wkoll referenzi għat-tipi differenti ta' mead. Dawn kienu jissejħu “półtorak”, “dwójniak”, “trójniak” u “czwórniak” skond il-metodu tal-produzzjoni. Kull wieħed minn dawn l-ismijiet jirrigwarda tip differenti ta' mead, prodott abbażi ta' proporzjonijiet differenti ta' għasel u ilma jew meraq tal-frott, u ta' perjodi tal-maturazzjoni differenti. It-teknika tal-produzzjoni ta' “półtorak” ilha tintuża, bi ftit modifiki, għal sekli sħaħ.
Kompożizzjoni tradizzjonali:
Il-qsim tradizzjonali tal-mead f'“półtorak”, “dwójniak”, “trójniak” u “czwórniak” fil-Polonja ilu jeżisti sekli sħaħ u hekk għadu llum il-ġurnata f'moħħ il-konsumaturi. Wara t-Tieni Gwerra Dinjija saru tentattivi sabiex il-qsim tradizzjonali tal-mead tiġi rregolata f'erba' kategoriji. Dan il-qsim fl-1948 fl-aħħar ġie mnaqqax fil-liġi Polakka permezz ta' l-Att dwar il-produzzjoni ta' l-inbejjed, most ta' l-inbid, meads u l-kummerċ f'dawn il-prodotti bħal dawn (Gazzetta tal-Liġijiet tar-Repubblika tal-Polonja tat-18 ta' Novembru 1948). Dan l-Att fih regoli dwar il-produzzjoni tal-meads, u jispeċifika l-proporzjonijiet ta' għasel u ilma u r-rekwiżiti teknoloġiċi. Il-proporzjon ta' ilma u għasel għall-“półtorak” jingħata hekk: “Il-mead prodott esklussivament minn parti għasel naturali u nofs parti ilma jista' jissejjaħ półtorak”.
3.9. Rekwiżiti minimi u proċeduri ta' kontroll tan-natura speċifika tal-prodott
Il-kontroll obbligatorju jinkludi:
— |
l-osservanza tal-proporzjonijiet stabbiliti ta' l-ingredjenti fil-mead wort. |
— |
l-osservanza tal-perjodu tal-maturazzjoni |
— |
karatteristiċi organolettiċi tal-prodott finali (togħma, fwieħa, kulur, ċarezza), |
— |
l-indikaturi fiżiko-kimiċi tal-prodott finali: kontenut ta' alkoħol, zokkor totali, zokkor għar-riduzzjoni wara l-inverżjoni, aċidità totali, aċidità volatili, estratt mhux ta' zokkor u rmied fil-każ tal-meads tal-frott — il-valuri għandhom jikkorrispondu ma' dawk indikati fil-punt 3.5 ta' l-ispeċifikazzjoni. |
Kontrolli obbligatorji jsiru talanqas darba fis-sena.
Huwa rrakkomandat li kontrolli jsiru wkoll matul il-fażijiet tal-produzzjoni elenkati hawn. Il-kontrolli fil-fażijiet tal-produzzjoni elenkati hawn m'humiex obbligatorji, iżda huma rrakkomandati minħabba li jgħinu fl-eliminazzjoni ta' l-iżbalji li jistgħu jsiru matul il-fażijiet differenti tal-produzzjoni:
Fażi 4:
Matul il-proċess ta' fermentazzjoni, għandhom isiru testijiet fil-laboratorji regolari fuq il-karatteristiċi organolettiċi (togħma u fwieħa) u l-parametri fiżiko-kimiċi bħall-kontenut ta' l-alkoħol u l-kontenut taz-zokkor li huma soġġetti għal bidla matul il-proċess tal-fermentazzjoni alkoħoliku.
Fażi 6:
Matul il-maturazzjoni, għandhom isiru kontrolli regolari abbażi tal-karatteristiċi organolettiċi tal-prodott u l-indikaturi fiżiko-kimiċi bħall-kontenut ta' l-alkoħol, iz-zokkor totali u l-aċidità volatili.
Fażi 8:
Qabel it-tqegħid fil-fliexken, għandhom isiru kontrolli fuq il-parametri fiżiko-kimiċi u organolettiċi speċifikati f'3.5 — Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew ta' l-ikel.
4. Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott:
4.1. Isem u Indirizz
Isem: |
Główny Inspektorat Jakości Handlowej Artykułów Rolno — Spożywczych |
Indirizz: |
ul. Wspólna 30, PL-00-930 Warszawa |
Tel.: |
(48-22) 623 29 00 |
Faks: |
(48-22) 623 29 98 |
Posta Elettronika: |
— |
|
|
4.2. Kompiti speċifiċi ta' l-awtorità jew ta' l-entità
L-awtorità ta' spezzjoni msemmija hawn hija responsabbli għall-verifika ta' l-ispeċifikazzjonijiet kollha.