24.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 249/31 |
Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel
(2007/C 249/14)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu l-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.
SINTEŻI
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006
“JIHOČESKÁ ZLATÁ NIVA”
Nru tal-KE: CZ/PGI/005/0406/20.10.2004
DPO ( ) IĠP ( X )
Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru
Isem: |
Úřad průmyslového vlastnictví |
||
Indirizz: |
|
||
Tel.: |
(420) 220 383 111 |
||
Faks: |
(420) 224 324 718 |
||
Posta elettronika: |
posta@upv.cz |
2. Grupp
Isem: |
MADETA a.s. |
Indirizz: |
Rudolfovská 246/83 CZ-370 50 České Budějovice |
Tel.: |
(420) 389 136 111 |
Faks: |
(420) 387 411 944 |
Posta elettronika: |
info@madeta.cz |
Sit ta' Produzzjoni |
MADETA a.s., závod Český Krumlov, Česká republika |
Tel.: |
(420) 380 779 111 |
Faks: |
(420) 380 711 485 |
Kompożizzjoni: |
Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( ) |
Din l-applikazzjoni hija għal deroga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, peress li fiż-żona jeżisti produttur wieħed biss. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 huma sodisfatti.
3. Tip ta' Prodott:
Klassi: 1.3 Ġobon:
4. Speċifikazzjoni
(sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
4.1 Isem: “Jihočeská Zlatá Niva”
4.2 Deskrizzjoni: Il-materja prima bażika li tintuża fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon naturali li fih il-moffa huwa ħalib tal-baqar ipproċessat. Il-ġobon huwa magħmul esklussivament minn ħalib miż-żona deżinjata.
Dehra esterna: Il-ġobon huwa forma ta' rota, b'djametru ta' 180-200 mm u għoli ta' bejn wieħed u ieħor 10 ċm (piż bejn wieħed u ieħor 2,8 kg); il-marki ta' trattament bil-ħasil jew brix fuq il-qoxra, moffa blu tagħti fl-aħdar tikber fil-ġobna kollha kif ukoll il-qoxra qisha xama' fuq il-wiċċ tal-ġobon mhumiex sinjali ta' difetti. Il-wiċċ tal-ġobna jista' jkun ta' lewn bajdani għal kannella ċar.
Dehra interna: Il-ġewwieni tal-ġobna huwa abjad lewn il-krema jew simili għall-butir b'vini ħodor jagħtu fil-blu fejn il-moffa tikber fih u marki rikonoxxibbli tat-titqib.
Il-konsistenza tal-ġobon: Huwa inqas qawwi mill-“Jihočeská Niva” b'kontenut tax-xaħam ta' 50 %, artab, b'maturazzjoni konsistenti; il-preżenza ta' moffa barranija mhix permessa.
Togħma, riħa: Mielaħ, pikkanti, aromatiku, ponta taqta', karatteristiki tal-moffa koltivata Penicillium roqueforti.
L-għamla tal-prodott mat-tqegħid fis-suq, Il-ġobon jinbiegħ biss fil-forma ta' rota li tiżen madwar 2,8 kg.
Rekwiżiti fiżiċi/kimiċi:
Kontenut ta' materjal niexef: 52 %
— |
diverġenza negattiva permessa fil-kontenut ta' materjal niexef: -1 |
— |
diverġenzi pożittivi fil-kontenut ta' materjal niexef mhumiex difett |
Kontenut ta' xaħam fil-materjal niexef: 60 %
— |
medda ta' valuri permessi għall-kontenut ta' xaħam fil-materjal niexef: 60 % sa < 65 % |
Kontenut ta' melħ: 2,5-6 %
Proprjetajiet mikrobijoloġiċi: Il-ġobon fih il-moffa kkultivata Penicillium roqueforti PY jew PV, CB jew PR1 (sa PR4). Barra minn hekk, f'termini ta' rekwiżiti mikrobijoloġiċi, il-ġobon jissodisfa l-kriterji standard għas-sikurezza ta' l-ikel u l-iġjene tal-proċess ta' produzzjoni.
Ippakkjar: L-ippakkjar huwa nadif u uniformi, ikopri l-uċuħ kollha u huwa mmarkat preċiżament.
4.3 Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika hija r-reġjun tal-Boemja t'Isfel, li l-konfini tagħha huma demarkati bl-Att Nru 36/1960 Coll. dwar it-Tqassim Territorjali ta' l-Istat, kif emendat l-aħħar.
4.4 Prova ta' l-oriġini: Minbarra t-testijiet standard, kull ċisterna ta' ħalib fornit tkun ukoll iċċekkjata biex jiġi żgurat li ma jkunx fiha inibituri residwali. Il-lottijiet individwali jiġu mmarkati matul il-proċess kollu ta' maturazzjoni u ppakkjar. Kull lott huwa ttestjat fil-laboratorju matul il-proċess, mill-istadju tal-ħalib sakemm il-ġobon ikun lest għat-tqassim. (jiġifieri kontrolli inter-operattivi u mal-ħruġ). Jinżammu reġistri aġġornati fir-rigward tat-testijiet kollha li jsiru.
Jinżamm reġistru ċentrali ta' fornituri tal-ħalib u ta' xerrejja tal-prodotti finali.
Il-materja prima kollha li jidħlu fil-proċess tal-produzzjoni jridu jikkorrispondu ma' l-ispeċifikazzjoni mill-produttur (fornitur) rilevanti. dawn l-ispeċifikazzjonijiet jinżammu aġġornati. Il-fornituri tal-materja prima huma meħtieġa biex il-produttur ikun jista' jagħmel stqarrija dwar l-assenza ta' organiżmi ġenetikament modifikati u dikjarazzjoni dwar l-allerġeni preżenti.
L-ippakkjar li jintuża huwa speċifikat bħal tajjeb għall-kuntatt ma' l-ikel.
Il-produzzjoni tal-ġobon blu Jihočeská Zlatá Niva huwa rregolat bis-sistema HACCP u huwa soġġett għas-sistema ta' kontroll stipulata fil-Gwidi għall-Iġjene Tajba u Prassi tal-Manifattura; jinżammu r-reġistri dwar it-testijiet kollha li jsiru (ġurnali tal-laboratorju, reġistri tekniċi, reġistri tas-sistema elettronika LAB u reġistri tat-testijiet).
Il-prodott aħħar jrid jissodisfa r-regolament ta' l-iġjene rilevanti.
L-attivitajiet kollha ta' produzzjoni u l-konformità ma' l-ispeċifikazzjoni huma taħt is-superviżjoni permanenti ta' l-awtorità ta' kontroll, li hija l-Krajská veterinární správa (l-amministrazzjoni veterinarja reġjonali) għar-reġjun tal-Boemja t'Isfel.
Minbarra data oħra, informazzjoni dwar il-produttur, jiġifieri l-isem u l-indirizz tal-kumpanija, hija indikata fuq il-pakkett.
4.5 Metodu ta' produzzjoni: Ħalib ipproċessat b'kontenut ta' xaħam ta' 5,35 % jitferra' f'magna li tagħmel il-ġobon, u miegħu jiżdiedu kulturi komuni, li jiżguraw aċidifikazzjoni tajba tal-ġobon matul il-proċessi kollha tal-produzzjoni u tal-maturazzjoni. It-togħma karatteristika tal-Jihočeská Zlatá Niva tiġi mill-moffa kkoltivata Penicillium roqueforti (ara t-Taqsima 4.2), li ilha tintuża għal għexieren ta' snin (l-istokk tal-koltivazzjoni huwa ġeneralment disponibbli għall-użu fl-industrija ta' l-ikel). Wara li jiżdied l-ilma tat-tames u l-ħalib jobqot, il-granuli ta' ġobon li jirriżultaw jitqiegħdu fil-forom f'għamla ta' rota. Ix-xorrox jitħalla joqtor u l-kultura ta' mikroflora tiġi żviluppata f'temperatura ristretta. Il-ġobon jitmellaħ f'żewġ fażijiet: l-ewwel f'salmura ta' l-ilma mielaħ, imbagħad bl-għorik bil-melħ oħxon. Fl-imgħoddi l-maturazzjoni kienet isseħħ biss f'kantini naturali tal-maturazzjoni li kienu mħaffra fil-blat tal-franka. Fl-2005, minħabba ż-żieda fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon blu, inbnew kantini għall-maturazzjoni mgħammra bl-arja kundizzjonata għal temperatura u umdità kkontrollati. Il-ġobon jitħalla jimmatura fil-kantini għallinqas għal sitt ġimgħat. Il-wiċċ tal-ġobna maturata jinħasel jew jingiref, imbagħad il-ġobon jiġi ppakkjat f'fojl ta' l-aluminju. L-ippakkjar irid ikun uniformi, nadif u mmarkat tajjeb.
Minħabba n-natura bijoteknoloġika tal-prodott, il-ġobon blu jrid jiġi ppakkjat direttament fil-faċilità tal-produzzjoni. Dan huwa wkoll meħtieġ biex tinżamm il-kwalità tal-prodott, l-iġjene u l-indafa, biex il-ġobon ma jkunx jista' jiġi mfixkel ma' ġobon minn reġjuni oħra, u wkoll għall-finijiet tat-traċċabilità tal-prodott.
4.6 Rabta: Il-ġobon ilu jiġi prodott fl-impjant Český Krumlov bl-istess metodu ta' produzzjoni mill-1951. Il-produzzjoni ta' ġobnijiet blu b'kontenut ta' xaħam ta' 60 % f'materjal niexef bdiet f'Český Krumlov ftit snin wara li bdiet il-produzzjoni ta' ġobnijiet blu b'kontenut tax-xaħam ta' 50 %. Il-ġobon huwa msemmi għall-mergħat ta' Šumava, minn fejn ġej l-ingredjent ewlieni — ħalib tal-baqra mwassal fl-impjant taċ-Český Krumlov mill-Boemja t'Isfel, partikolarment mill-għoljiet ta' Šumava. Il-ħalib ġej minn waħda mir-reġjuni l-inqas imniġġsa. Il-mergħat jinsabu fiż-żoni protetti ta' Novohradské Hory, Blanský les u Šumava, u l-flora unika taż-żona għandha influwenza pożittiva fuq it-togħma tal-ħalib.
Dawn il-mergħat joffru varjetà wiesgħa ta' flora speċifika għar-reġjun. Pjanti biz-zokk qasir (spika, żwien, eċċ.) b'diversità kbira ta' varjetajiet huma karatterstiċi, flimkien ma' ċerti varjetajiet rari tipiċi taż-żona. Pjanta speċjali endemika hija l-Phyteuma nigrum. Pjanti speċjali oħra jinkludu l-Gentiana pannonica, Ligusticum mutellina, Arnica montana, Gentianella praecox tas-sottospeċi Bohemica, ċerti tipi ta' orkidejk terrestri, eċċ.
Dan il-pajsaġġ varjat, imħarbat huwa kkaratterizzat minn ambjent nadif ħafna, partikolarment ir-reġjun ta' Český Krumlov u l-għoljiet ta' Šumava (iddikjarati bħala Riżerva Bijosferika ta' l-UNESCO fl-1990). Il-fatt li ġie dikjarat għadd kbir ta' pajsaġġi uffiċjalment protetti, tnejn minnhom protetti mill-UNESCO, jixhed li l-ambjent naturali tal-Boemja t'Isfel huwa prezzjuż ħafna.
Tabilħaqq, l-esperjenza tan-nies tal-lokal fil-produzzjoni ta' dan il-ġobon blu, mgħoddi minn ġenerazzjoni għall-oħra, ukoll kellha influwenza kbira fuq il-kwalità u l-karatteristiċi tal-Jihočeská Zlatá Niva.
Il-ġobon blu Jihočeská Zlatá Niva huwa apprezzat ħafna fis-suq Ċek, kemm mill-pubbliku ġenerali, kif ukoll mill-ispeċjalisti fl-industrija tal-ħalib. Il-Jihočeská Zlatá Niva ġie minn ta' quddiem fost l-aqwa ġobnijiet bil-moffa f'wirjiet nazzjonali tal-ġobon (skond bord ta' speċjalisti):
2003 — it-2 post
2004 — it-2 post
2006 — it-2 post
2007 — it-3 post
Jihočeská Zlatá Niva huwa wkoll apprezzat ħafna mill-konsumaturi komuni.
Il-ġobnijet blu (ġeneralment) huma popolari mal-konsumaturi. Il-produzzjoni u l-bejgħ tal-Jihočeská Zlatá Niva huma aktar baxxi mill-bejgħ tal-Jihočeská Niva, iżda ilhom stabbli mill-2004 (skond ir-reġistri tal-produttur):
2003 — 126,680 kg mibjugħa
2004 — 115,703 kg mibjugħa
2005 — 117,314 kg mibjugħa
2006 — 112,400 kg mibjugħa
4.7 Organu ta' Spezzjoni:
Isem: |
Krajská veterinární správa pro Jihočeský kraj |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel.: |
(420) 380 711 333, (420) 380 711 941 |
|||
Faks: |
(420) 380 711 759 |
|||
Posta elettronika: |
nsp.cesky-krumlov.kvsc@svscr.cz |
4.8 Tikkettar: —
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.