10.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 238/21


Avviż ta' l-iskadenza ta' ċerti miżuri kontra d-dumping

(2007/C 238/10)

B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1), liema avviż ma wassal għal ebda talba sostanzjata kif għandu jkun għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżuri anti-dumping imsemmija hawn isfel se jiskadu dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità ma' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni dumped minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (2).

Prodott

Pajjiż(i) ta' l-oriġini jew ta' l-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta' l-iskadenza

Fibri prinċipali tal-poliester

Il-Belarus

Dazju anti-dumping

Regolament Tal-Kunsill (KE) Nru 1799/2002 (ĠU L 274, 11.10.2002, p. 1) estiż għall-istoppa tal-filament tal-poliester li toriġina mill-Belarus bl-istess Regolament

12.10.2007


(1)  ĠU C 16, 24.1.2007, p. 5.

(2)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).