|
11.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 212/9 |
Avviż dwar is-sospensjoni tas-sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa tal-butir mill-aġenziji ta' intervent u għall-għoti ta' l-għajnuna għall-krema, l-butir u l-butir ikkonċentrat
(2007/C 212/11)
Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2007 (1), is-sejħiet permanenti għal:
|
a) |
il-bejgħ bi prezz imnaqqas mill-aġenziji ta' intervent tal-butir mixtri skond l-Artikolu 6(2), tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u maħsub għall-ħelu, ġelati u ikel oħra ddefiniti bħala “prodotti finali” fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005; |
|
b) |
l-għoti ta' għajnuna għall-użu tal-butir, butir ikkonċentrat u krema maħsuba għall-użu fi prodotti tal-ħelu, ġelati u ikel ieħor definiti bħala “prodotti finali” fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1898/2005; |
|
ċ) |
l-għoti ta' għajnuna għall-butir ikkonċentrat maħsub għall-konsum dirett fil-Komunità |
huma sospiżi mill-12 ta' Settembru 2007.
(1) ĠU L 238, 11.9.2007, p. 28.