30.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 202/2


L-Adozzjoni ta' sitt dokumenti ta' referenza għall-fini tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis

(2007/C 202/02)

Fit-3 ta' Awwissu 2007, il-Kummissjoni adottat it-testi kompleti tad-dokumenti ta' riferenza dwar:

l-aħjar tekniki disponibbli għal volumi kbar ta' kimiċi inorganiċi — solidi u oħrajn,

l-aħjar tekniki disponibbli għall-ispeċjalitajiet kimiċi inorganiċi,

l-aħjar tekniki disponibbli għall-polimeri,

l-aħjar tekniki disponibbli għall-industrija tal-manifattura taċ-ċeramika,

l-aħjar tekniki disponibbli għat-trattament mill-wiċċ bl-użu ta' solventi organiċi,

l-aħjar teknika disponibbli għal volumi kbar ta' kimiċi inorganiċi — ammonja, aċidi u fertilizzanti.

Dawn id-dokumenti huma disponibbli fuq is-sit ta' l-Internet http://eippcb.jrc.es.