18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 192/13


Aġġornament tal-lista ta' postijiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) [ĠU C 247 tat-13.10.2006, p. 25, ĠU C 153 tas-6.7.2007, p. 9]

(2007/C 192/10)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postjiet transkonfinali msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni b'konformità ma' l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.

IL-POLONJA

Postazzjoni ġdida ta' qsim il-fruntiera:

 

Pieńsk-Deschka: għall-użu tal-persuni (bil-mixi jew fuq rota), miftuħ mill-1 ta' Ġunju 2007 (miftuħ 24/7),

 

Świnoujście-Garz: għall-użu tal-persuni (bil-mixi jew fuq rota kif ukoll karozzi tal-linja), miftuħ mit-8 ta' Ġunju 2007 (miftuħ 24/7).


(1)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.