18.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 192/5


Tagħrif fil-qosor imwassal mill-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna mill-Istat mogħtija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1857/2006 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni ta' prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 70/2001

(2007/C 192/08)

Numru XA: XA 10/07

L-Istat Membru: L-Olanda

Ir-Reġjun: Provincie Limburg

Titlu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew l-isem tal-kumpanija benefiċjarja ta' l-għajnuna individwali: Subsidieverordening Inrichting Landelijk Gebied Limburg

—   Paragrafu 1.5: It-titjib ta' l-għarfien u ta' l-innovazzjoni fl-agrikultura

—   Paragrafu 1.6: Il-gruppi ta' esperti dwar l-agrikultura

—   Paragrafu 1.7: L-elaborazzjoni tal-proġetti bl-iskambju ta' l-esperti

—   Paragrafu 1.8: It-tqabbil tal-prodott mas-suq (PMC's)

—   Paragrafu 1.10: Il-produzzjoni ta' l-agrikultura sostenibbli bbażata fuq il-ħamrija

—   Paragrafu 1.11: Riċerka dwar l-użu ta' “fertilizzant ġdid” minflok il-fertilizzant artifiċjali

—   Paragrafu 1.12: L-analiżi dwar il-kooperazzjoni fil-kwalità tal-pajżaġġ u l-promozzjoni tal-bejgħ ta' prodotti lokali

—   Paragrafu 1.13: L-applikazzjoni ta' l-għarfien biex ikun hemm titjib fil-kwalità ambjentali

—   Paragrafu 1.15: Mudell ta' farm sostenibbli, farms tal-ħalib

—   Paragrafu 1.16: Bioenerġija

—   Paragrafu 1.18: Farms ta' dimostrazzjoni awtosuffiċjenti fl-enerġija

Bażi ġuridika: Artikel 11, lid 3 Wet Inrichting Landelijk Gebied, juncto subsidieverordening inrichting Landelijk Gebied

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew l-ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

paragrafu 1.5: 250 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.6: 1 000 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.7: 600 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.8: 3 000 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.10: 1 980 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.11: 300 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.12: 30 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.13: 200 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.15: 150 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.16: 745 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

paragrafu 1.18: 90 000 EUR għall-perjodu 2007-2013

(Dawn l-ammonti huma stima tas-sehem massimu tal-fondi disponibbli li se jmur għall-bdiewa. Ħafna minn dawn il-paragrafi fil-fatt, jiffurmaw il-bażi biex tingħata l-għajnuna lil dawk li mhumiex bdiewa (intraprendituri oħra li jaqgħu taħt ir-regola de minimis u dawk li mhumiex intraprendituri)

Intensità massima ta' l-għajnuna:

paragrafu 1.5: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 50 000 EUR fis-sena għal kull struttura.

paragrafu 1.6: massimu ta' 80 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 63 000 EUR fis-sena għal kull grupp ta' esperti.

paragrafu 1.7: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 3 250 EUR fis-sena għal kull impriża.

paragrafu 1.8: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 25 000 EUR għal kull proġett.

paragrafu 1.10: massimu ta' 90 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 900 EUR għal kull ettaru.

paragrafu 1.11: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 100 000 EUR għal kull proġett.

paragrafu 1.12: massimu ta' 50 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 5 000 EUR għal kull studju esplorattiv.

paragrafu 1.13: massimu ta' 60 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 23 000 EUR għal kull proġett.

paragrafu 1.15: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 50 000 EUR għal kull proġett.

paragrafu 1.16: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 50 000 EUR għal kull proġett.

paragrafu 1.18: massimu ta' 75 % mill-ispejjeż eliġibbli, sa massimu ta' 30 000 EUR għal kull proġett

Data ta' l-implimentazzjoni: L-għotjiet tal-flus se jingħataw biss wara li s-Subsidieverordening inrichting Landelijk Gebied Limburg tkun ġiet approvata mill-Ministeru għall-Agrikultura, l-Ambjent u l-Kwalità ta' l-Ikel skond l-Artikolu 11(3) tal-Wet In richting Landelijk Gebied u mhux qabel ma din l-Ordinanza dwar is-Sussidju tkun ġiet notifikata skond ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għotja ta' l-għajnuna individwali: Mill-2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 inklużi

Għan ta' l-għajnuna:

Paragrafu 1.5: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġi organizzat taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a), u/jew il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor għal skambju ta' għarfien sabiex ikun hemm ideat ġodda u innovattivi. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c).

Paragrafu 1.6: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġi organizzat taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a), u/jew l-ingaġġ ta' esperti biex jagħtu parir dwar titjib fil-ħiliet u l-impriża. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c).

Paragrafu 1.7: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew il-kiri ta' għarfien espert barrani biex ifassal pjanijiet ta' negozju u studji ta' fattibiltà. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c).

Paragrafu 1.8: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew il-kiri ta' għarfien espert barrani biex jiġu żviluppati ideat innovattivi. Il-kiri ta' għarfien espert minn pajjiż ieħor huwa servizz ta' konsulenza li ma jinvolvix attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), immirat lejn il-formazzjoni tat-tqabbil tal-prodott mas-suq.

Paragrafu 1.10: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li l-produzzjoni ta' l-agrikultura bbażata fuq il-ħamrija ssir aktar sostenibbli u jtejbu l-bijodiversità.

Paragrafu 1.11: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li jintużaw l-opportunitajiet għall-ipproċessar u li jintuża d-diġestat minflok il-fertilizzant artifiċjali.

Paragrafu 1.12: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li jespoloraw l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni reġjonali bejn l-operaturi.

Paragrafu 1.13: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), bil-għan li jiżviluppaw l-għarfien espert u l-istudji dwar proġetti ta' l-agrikultura bbażata fuq il-ħamrija.

Paragrafu 1.15: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż tas-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huma marbuta ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c) li għandhom l-għan li jinvestigaw forom ġodda ta' organizzazzjoni għall-farms tal-ħalib sostenibbli.

Paragrafu 1.16: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), li jimmiraw lejn l-istudji dwar l-ġenerazzjoni ta' l-enerġija mill-bijomassa.

Paragrafu 1.18: l-għajnuna tapplika għall-ispejjeż biex jiġu organizzati t-taħriġ u s-servizzi ta' sostituzzjoni meta ma jkunx hemm l-intraprenditur fejn jidħol it-taħriġ skond l-Artikolu 15(2)(a) u/jew l-ispejjeż ta' servizzi ta' konsulenza li ma jinvolvux attività kontinwa jew perjodika u lanqas huwa marbut ma' l-ispiża ta' l-operat tas-soltu, skond l-Artikolu 15(2)(c), li għandhom l-għan li jħarsu lejn l-awtosuffiċjenza fl-enerġija fuq il-livell individwali tal-farms

Settur(i) kkonċernat(i): L-iskema ta' għajnuna tapplika għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (farms) attivi fil-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Provincie Limburg

Limburglaan 10

Postbus 5700

6202 MA Maastricht

Nederland

Indirizz web: www.limburg.nl

Tagħrif ieħor: —

Nru ta' l-għajnuna: XA 38/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: —

It-titolu ta' l-iskema ta' għajnuna ta' kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Investeringen op het terrein van energiebesparing. Titel 5, § 1, van het Openstellingsbesluit LNV-subsidies

Bażi ġuridika: De artikelen 2, 4 en 7 van de Kaderwet LNV-subsidies en de artikelen 1:3, 1:8, 1:15 en 1:16 van de Regeling LNV-subsidies

Nefqa kull sena ppjanata fil-qafas ta' l-iskema jew ammont globali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija:

 

2007: 8 300 000,00 EUR

 

2008: 14 500 000,00 EUR

 

2009: 8 900 000,00 EUR

 

2010: 4 800 000,00 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: 25 %

Data ta' implimentazzjoni: L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu mill-14 ta' Mejju sal-25 ta' mejju 2007. Fis-snin ta' wara, l-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu f'data li trid tiġi indikata fil-Gazzetta Uffiċjali

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali:

L-għan ta' l-għajnuna: L-għan ewlieni: biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni. L-għan sekondarju: biex jiġi ppreżervat u mtejjeb l-ambjent naturali. Is-sussidju huwa bbażat fuq ir-Regolament (KE) Nru 1857/2006. Huwa eliġibbli l-investiment immirat lejn l-iffrankar ta' l-enerġija

Settur(i) ekonomiċi kkonċernati: Stabbilimenti agrikoli, b'mod partikolari istabbilimenti ta' l-ortikoltura tas-serra

L-isem u l-indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

De Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Bezuidenhoutseweg 73

2500 EK Den Haag

Nederland

Websajt: www.minlnv.nl/loket

Informazzjoni oħra: Din l-iskema ta' għajnuna hija s-segwitu għal għotja ta' darba nnotifikata lill-Kummissjoni Ewropea skond in-Nru XA 99/06

XA Number: XA 70/07

Stat Membru: Spanja

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna: Ayudas para compensar los daños extraordinarios causados por la sequía en las explotaciones ganaderas extensivas

Bażi ġuridika: Orden APA/…/2007, de … de mayo, por la que se establecen las bases reguladoras y se aprueba la convocatoria de ayudas para compensar pérdidas extraordinarias producidas por la sequía en pastos en la campaña 2005/2006

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema ta' għajnuna: 3,5 miljun EUR għas-sena 2007

Intensità massima ta' l-għajnuna: Is-somma ta' l-għajnuniet li jista' jirċievi kull benefiċjarju, tal-kumpens imħallas mill-aġenziji ta' assigurazzjoni, u ta' kwalunkwe għajnuna li tkun ġiet irċevuta mill-amministrazzjoni tal-Komunità Awtonoma, ma għandhiex taqbeż 80 % mit-telf irreġistrat fuq l-azjenda, kif inhu stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Għall-kalkolu ta' l-għajnuniet, titqies l-informazzjoni fl-Indiċi tal-Veġetazzjoni taż-żoni milquta, fil-perjodu bejn l-1 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju 2006. Iż-żoni eliġibbli jkunu dawk fejn l-indiċi tal-veġetazzjoni kienet inqas mill-kwantità li tirriżulta meta titnaqqas 0,8 darba d-devjazzjoni standard mill-indiċi medju. Dan huwa ekwivalenti għal ħsarat ta' aktar minn 30 % tal-produzzjoni normali.

L-ammonti ta' l-għajnuniet huma dawn li ġejjin:

B'hekk, jekk matul il-perjodu kollu meqjus (15-il perjodu ta' 10 ijiem), l-indiċi tal-veġetazzjoni kien inqas mill-kwantità li tirriżulta meta titnaqqas 0.8 darba d-devjazzjoni standard mill-indiċi medju, l-għajnuna tiġi 48 EUR kull bhima għall-baqar u ż-żwiemel, u 7,2 EUR kull bhima għan-nagħaġ u l-mogħoż.

L-għajnuna għal kull benefiċjarju tiġi kkalkolata billi jitqies in-numru ta' perjodi ta' għaxart ijiem li fihom ġie rreġistrat il-livell imsemmi ta' nixfa.

Ladarba l-għajnuniet ikunu ġew ikkalkolati, ENESA (l-aġenzija statali għall-assigurazzjoni agrikola) titlob lil AGROSEGURO (grupp konġunt għall-assigurazzjoni agrikola) biex tiċċertifika l-kumpensi li jkunu rċevew l-aġenziji ta' assigurazzjoni. Barra minn hekk, titlob lill-Komunitajiet Awtonomi milquta biex jiċċertifikaw l-għajnuniet li jkunu taw għall-ħsarat. It-total ta' l-għajnuniet ma għandux jaqbeż it-80 % tat-telf irreġistrat fl-azjenda. Jekk dan il-limitu jinqabeż, l-għajnuna kkalkolata skond din l-Ordni titnaqqas u tiġi aġġustata għal dan il-perċentwal

Data ta' l-implimentazzjoni: L-għajnuniet jistgħu jingħataw mid-dħul fis-seħħ ta' l-Ordni, matul perjodu ta' mhux aktar minn 6 xhur

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li jagħti kumpens lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem għat-telf ekonomiku mġarrab fl-azjendi milquta, minħabba li kellhom jissuplimentaw l-għalf tal-bhejjem wara t-telf ta' mergħat ikkaġunat min-nixfa.

Ta' min wieħed jinnota li l-qafas ta' l-assigurazzjoni agrikola jinkludi assigurazzjoni li tkopri r-riskju ta' nixfa fil-mergħat u tagħti garanzija kontra t-telf fil-każ ta' nixfa estrema, jiġifieri ħsarat ta' aktar minn 50 % tal-produzzjoni (fejn l-indiċi tal-veġetazzjoni jkun inqas mill-kwantità li tirriżulta meta titnaqqas darba d-devjazzjoni standard mill-indiċi tal-veġetazzjoni medju).

F'ċerti muniċipalitajiet, instab li saru ħsarat ta' aktar minn 30 % tal-produzzjoni, li ma ġewx koperti mill-poloz ta' l-assigurazzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkunu stabbiliti għajnuniet maħsubin biex jagħmlu tajjeb għal dan it-telf.

Dawn l-għajnuniet huma stabbiliti skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006, li jirreferi għal “Għajnuna għal telf imġarrab minħabba fenomeni klimatiċi negattivi”, u jaqdu r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 11(2) sa (6), (9) u (10)

Settur benefiċjarju: Dawn l-għajnuniet huma ddestinati għas-settur tat-trobbija estensiva tal-bhejjem fil-Komunitajiet Awtonomi ta' l-Andalusija, l-Aragona, il-Gżejjer Baleari, il-Katalonja, Kastilja-La Mancha, Kastilja-León, Extremadura u Murcia

Awtorità li tagħti l-għajnuna:

Entidad Estatal de Seguros Agrarios (ENESA)

Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación

C/ Miguel Ángel, 23 — 5a planta

E-28010 Madrid

Indirizz ta' l-internet: enesa@mapya.es

XA Number: XA 71/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Il-Katalonja

Titolu ta' l-iskema ta' għajnuna jew isem l-impriża li tirċievi l-għajnuna individwali: Subvenciones para la incentivación de la mejora de la eficiencia energética en invernaderos agrícolas

Bażi ġuridika: Orden ARP/501/2006, de 25 de octubre, por la que se aprueban las bases reguladoras de las subvenciones para la incentivación de la mejora de la eficiencia energética en invernaderos agrícolas, y se convocan las correspondientes al año 2006 (DOGC 4751 de 31.10.2006)

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema ta' għajnuna, jew l-ammont totali ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-impriża: Sena 2006: 450 000 EUR

Intensità massima ta' l-għajnuna: Il-perċentwal tas-sussidju massimu għal kull applikazzjoni se jkun ta' 30 % ta' l-investiment eliġibbli u se jkun jista' jogħla f'dawn iċ-ċirkostanzi:

5 % meta min iressaq talba huwa bidwi żagħżugħ

2 % meta min iressaq talba hija mara

Data ta' l-implimentazzjoni:

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali:

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' din l-għajnuna huwa li tgħin l-investment f'azjendi agrikoli sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika fis-serer. (Artikolu 4).

Huma eliġibbli l-investmenti relatati mat-titjib ta' l-istallazzjonijiet, is-sistemi ta' tisħin u materjal, kif ukoll kwalunkwe titjib li jinvolvi ffrankar u titjib kwantifikabbli ta' l-effiċjenza enerġetika fis-serer.

In-nefqa eliġibbli hija dik elenkata fl-Artikolu 4(4)(a) u (b), jiġifieri, dik relatata mal-kostruzzjoni, l-akkwist jew it-titjib ta' l-istallazzjonijiet, kif ukoll dik relatata max-xiri jew it-twellija bil-possibilità ta' xiri ta' tagħmir u makkinarju meħtieġa biex titjieb l-effiċjenza tas-serer

Settur(i) benefiċjarju/i: Produzzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat, għajr il-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 u l-prodotti tal-kodiċijiet NM 4502, 4503 y 4504 (prodotti tas-sufra)

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Departamento de Agricultura, Ganadería y Pesca

Generalitat de Catalunya

Gran Via de les Corts Catalanes, 612-614

E-08007 Barcelona

Indirizz ta' l-internet: https://www.gencat.net/diari_c/4751/06297022.htm

Tagħrif ieħor: —

XA Number: XA 74/07

Stat Membru: Spanja

Reġjun: Castilla-La Mancha

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna: Ayudas para paliar los daños ocasionados en el viñedo afectado por las heladas acaecidas en los primeros meses de 2006

Bażi ġuridika: Orden de 15.3.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se declaran como fenómeno climático adverso asimilable a desastre natural las heladas acaecidas en los dos primeros meses de 2006 en determinados municipios de Castilla-La Mancha y Orden de 17.4.2007, de la Consejería de Agricultura, por la que se establecen las bases reguladoras de la concesión de ayudas para paliar los daños ocasionados en el viñedo afectado por las heladas acaecidas en los primeros meses de 2006

Nefqa annwali ppjanata fl-ambitu ta' l-iskema jew l-ammont komplessiv ta' l-għajnuna individwali mogħtija lill-kumpanija: 1 600 000 EUR fuq medda ta' erba' snin

Intensità massima ta' l-għajnuna: 47 % tal-ħsarat

Data ta' l-implimentazzjoni: Is-16 ta' Ġunju 2007

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali: Erba' snin mid-dħul fis-seħħ ta' l-Ordni

Għan ta' l-għajnuna: L-għan ta' l-għajnuna huwa li tagħmel tajjeb għat-tnaqqis fid-dħul mill-bejgħ tal-prodott minħabba l-fenomenu klimatiku negattiv, kif ukoll li tikkontribwixxi għall-ispejjeż imġarrba mill-agrikultur b'konsegwenza ta' dan (spejjeż tat-trasferiment ta' dwieli, taż-żbir u tar-riġenerazzjoni ta' partijiet inġazzati tad-dwieli), skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament 1857/2006

Settur(i) konċernati: produzzjoni veġetali: vinji

Isem u indirizz ta' l-awtorità li qed tagħti l-għajnuna:

Consejería de Agricultura

C/ Pintor Matías Moreno, no 4

E-45004 Toledo

Indirizz ta' l-internet: Proviżjonalment:

www.jccm.es/agricul/paginas/ayudas/agricultura/vinedo.htm

Ladarba tkun ippubblikata:

www.jccm.es/cgi-bin/docm.php3

Numru XA: XA 77/07

Stat Membru: L-Olanda

Reġjun: —

Titolu ta' l-iskema ta' l-għajnuna jew isem tal-kumpanija li tirċievi l-għajnuna individwali: Regeling LNV-subsidies (omschrijving steun: Beroepsopleiding en voorlichting voor primaire landbouwondernemingen, onderdeel collectieve adviezen)

Bażi ġuridika:

Regeling LNV-subsidies: artikel 1:2, artikel 1:3, artikel 1:20; artikel 2:1; artikel 2:3, eerste lid, aanhef en onderdeel a,

Openstellingsbesluit LNV-subsidies

Nefqa annwali ppjanata skond l-iskema jew ammont kumplessiv ta' għajnuna individwali mogħti lill-kumpanija: L-għajnuna hija ffinanzjata mill-ammont żejjed (11,32 miljun EUR) skond il-miżura 111 tal-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13

Intensità massima ta' l-għajnuna: Għal ażjendi agrikoli, 50 % ta' l-ispejjeż tas-servizz ta' konsulenza, sa massimu ta' 1 500 EUR kull sena kull farm

Data ta' implimentazzjoni: L-iskema ta' sussidji tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Natura u Kwalità ta' l-Ikel tidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2007. Il-ħlasijiet ma jsirux qabel jiġi approvat il-Programm ta' Żvilupp Rurali 2007-13

Tul ta' żmien ta' l-iskema jew ta' l-għajnuna individwali mogħtija: Sal-31 ta' Diċembru 2013

L-għan ta' l-għajnuna: L-iskema ta' għajnuna tapplika għas-servizzi ta' konsulenza kollettiva li humiex kontinwi jew rikkurrenti (bħal fil-każ tal-konsulenza ta' rutina tat-taxxa, tas-servizzi legali regolari jew tal-pubbliċità).

Fl-ambitu ta' dan il-qafas, parir fl-iżvilupp tal-farm jista' jinkiseb fl-oqsma li ġejjien biss:

L-iskema ta' għajnuna hija konformi ma' l-Artikolu 15(2)(c), (3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1857/2006

Settur(i) konċernat(i): L-impriżi agrikoli kollha li jipproduċu prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE

Isem u indirizz ta' l-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Ministerie van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Postbus 20401

2500 EK Den Haag

Nederland

Indirizz ta' l-internet: www.minlnv.nl/loket

Tagħrif ieħor: —