5.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 151/21


Pubblikazzjoni ta' talba skond l-Artiklu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-deżinjazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 151/08)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta' protesta skond l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' protesta għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

SOMMARJU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 510/2006

“LINGOT DU NORD”

Nru KE: FR/PGI/005/0301/18.6.2003

AOP ( ) IGP ( X )

Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta' l-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'għan informattiv biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Institut National des Appellations d'origine

Indirizz:

138, Champs Elysées

F-75008 Paris

Tel:

(33-1) 53 89 80 00

Feks:

(33-1) 53 89 80 60

Posta elettronika:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Association Lingot du Nord

Indirizz:

21, rue Duhamel Liard

F-59660 Merville

Tel:

(33-3) 28 49 65 32

Feks:

Posta elettronika:

lingot-du-nord@wanadoo.fr

Kompożizzjoni:

produttur/ażjendi ta' l-ipproċessar ( X ) oħrajn ( )

3.   IT-Tip tal-prodott:

Klassi 1.6: Frott, ħaxix u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati.

4.   speċifikazzjoni:

(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem: “Lingot du Nord”

4.2.   Deskrizzjoni: Tista' tissejjaħ biss “Lingot du Nord” il-fażola bajda tal-varjetà 'lingot' ikkultivata fil-Vallée de la Lys, f'ħamrija li fiha aktar minn 20 % ta' tafal (tolleranza ta' 18 %) u wara mnixxfa fuq xtilliera, imneħħija mill-fosdqa u kummerċjaliżżata fis-sena tal-ħasda. Il-Lingot du Nord għandha natura fina u ratba u ma teħtieġx li tixxarrab qabel it-tisjir.

Il-fażola tingħaraf minn:

ħbub dritti, mhux forma ta' kilwa, kważi ċilindrika, ħafna drabi bit-tarf ċatt

kulur abjad jew abjad safrani,

qoxra fina u tarija,

tul medju ta' 16-il mm, b'differenza massima ta' 6 mm bejn l-iqsar u l-itwal fażola.

Il-fażola għandha l-karatteristiċi organolettiċi li ġejjin:

Minn testijiet tal-palat, imqabbla ma' fażola bajda standard, irriżulta li l-Lingot du Nord hija ppreferuta minħabba l-kulur abjad, il-qoxra fina, il-mod kif iddub fil-ħalq, il-konsistenza ratba tagħha, it-togħma tipika, mhux togħma ta' dqiq, in-natura omoġena u l-ammont żgħir ta' difetti.

Il-Lingot du Nord jiġi ppreżentat lill-konsumatur fi xbieki, f'boroż tal-plastik imtaqqbin irqiq, pakketti ta' 250 jew 500 g jew bil-kwantità (xkejjer tal-ġuta ta' 10, 25 jew 50 kg). Id-daqs tagħha huwa omoġenu, u hija aċċettata differenza massima ta' 6 mm bejn l-iqsar u l-itwal fażola. Ma jkunx fiha ħamrija, fdalijiet tal-qoxra, frak, fażola maqsuma jew imħassra, b'tolleranza ta' 0,5 % (bħala piż).

4.3.   Żona ġeografika: Il-Lingot du Nord tiġi kkultivata fil-lokalitajiet fil-Vallée de la Lys, fejn hemm ħamrija li l-kontenut ta' tafal huwa ta' ≥20 % (b'tolleranza ta' 18 %). Dan il-kontenut ta' tafal jaffettwa l-mod kif il-Lingot du Nord iddub fil-ħalq.

Iż-żerriegħa li tippermettu l-produzzjoni tal-Lingot du Nord tiġu kkultivata fiż-żona ġeografika deskritta hawn taħt. Il-ħsad tal-Lingots du Nord iseħħ fl-istess żona ġeografika.

L-elenku tal-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej:

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Wara l-ħsad, il-Lingot du Nord titqiegħed fl-ixkejjer u tiġi kkonsenjata fiċ-ċentru ta' l-għażla u l-imballaġġ. Kull xkora kkonsenjata tiġi identifikata permezz ta' tikketta li tindika l-inizjali tal-produttur, in-numru taż-żona agrikola u d-data tal-ħsad.

Wara l-għażla u l-kalibrazzjoni, il-Lingot du Nord jiġi mballat għall-kummerċjalizzazzjoni b'numru tal-lott li jippermetti l-identifikazzjoni taż-żona agrikola tal-produzzjoni tal-Lingot du Nord, iż-żona agrikola tal-produzzjoni taż-żerriegħa u d-data ta' l-imballaġġ tal-prodott.

Il-prodott tas-sena kurrenti biss jista' jiġi kkummerċjalizzat skond l-IGP. Għalhekk, il-fażola tas-sena N titlef l-indikazzjoni IĠP fis-sena N+1.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni: Il-Lingot du Nord tiġi mkabbra minn żerriegħa ċertifikata tal-varjetà lingot prodotta lokalment, bl-istess metodu tal-fażola għall-ikel, fuq żoni agrikoli li qegħdin fiż-żona IĠP u li għandhom ħamrija b'mill-inqas 20 % ta' tafal (tolleranza ta' 18 %). Il-fertilizzazzjoni tiġi ppjanata skond ir-riżultati ta' l-analiżi tal-ħamrija u l-ħtiġijiet tal-pjanta.

Meta jkunu waqgħu l-biċċa l-kbira tal-weraq, il-Lingot du Nord tinqata' u titqiegħed biex tinxef fl-apert, fuq l-ixtillieri, għal mill-inqas sebat ijiem. Meta tkun nixfet, il-Lingot du Nord tinġabar, tinħażen f'post xott u ventilat imbagħad titneħħa mill-fosdqa b'apparat tradizzjonali, msejjaħ “bogueuse” li ma jfarrakx il-fażola, jew permezz ta' l-għodda tad-dris. Wara tiġi magħżula u ppakkjata.

4.6.   Rabta:

Karatteristika partikolari: il-kapaċitajiet lokali

Il-karatteristiċi tal-Lingot du Nord jirriżultaw essenzjalment mill-kapaċitajiet lokali, applikati għal aktar minn 100 sena mingħajr modifikazzjoni. Dawn il-kapaċitajiet jikkonsistu f'metodu ta' tnixxif tradizzjonali fl-apert.

Effettivament, jinsabu referenzi għal dan it-tip ta' tnixxif sa mill-1865.

Dan it-tip ta' tnixxif ġie adottatt u, fuq kollox, ikkonservat sal-lum għax il-klima tal-Vallée de la Lys hija adattata għal dan it-tip ta' tnixxif. Din il-klima hija karatteriżżata b'ammont ta' xita baxx f'Awwissu-Settembru, iż-żmien meta l-fażola titqiegħed fuq l-ixtillieri. Barra minn hekk, f'dak il-perjodu, l-irjieħ dominanti, mill-Lvant, it-Tramuntana u l-Grigal, jiffavorixxu t-tnixxif tal-fażola.

Barra minn hekk, il-fażola tinqata' meta tkun għada ma saritx kompletament, inkella ż-żerriegħa toħroġ mill-qoxra. L-istruttura ta' l-ixtillieri tippermetti li l-fażola ssir kompletament waqt li tkun qiegħda tinxef, imħarsa mix-xita.

Barra minn hekk, il-pjanura ta' la Lys hija reġjun ta' wċuħ diversifikati u ażjendi żgħar. Il-kultivazzjoni tal-Lingot du Nord hija kultivazzjoni manwali u mhux mekkanizzata. Hemm ukoll il-karattru familjari tal-kultivazzjoni, li jispjega t-trażmissjoni ta' din il-kultura minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Fl-aħħarnett, il-fosdqa tal-lingot hija inqas ħoxna minn dik ta' fażola oħra bħal “flageolet”. Dan it-tnixxif fuq l-ixtillieri, flimkien mal-ventilazzjoni tajba tal-lott, jevita li l-fosdqa tibbies u jikkonserva l-finezza tal-qoxra tal-lingot. Il-lingot dejjem titneħħa mill-fosdqa permezz ta' l-għodda tad-dris tradizzjonali msejħa “bogueuse” minħabba l-qoxra fina li għandha. Din hija għodda tad-dris antika tad-dris tal-qamħ li ġiet modifikata sabiex iddur akter bil-mod sabiex jiġi evitat li titfarrak il-fażola, li jirriżulta bl-użu ta' magna tal-ħsad.

Finalment, il-pjanura ta' la Lys, kemm minħabba n-natura ta' l-użu li jsir minnha kif ukoll il-klima partikolari ppermettiet il-konservazzjoni ta' dan it-tip ta' tnixxif tradizzjonali li, assoċjat mal-konsum tal-ħsad ta' dik is-sena stess, tikkonserva l-finezza kollha tal-qoxra tal-Lingot du Nord u tikkonserva wkoll il-konsistenza ratba tagħha, u n-natura tagħha li ddub fil-ħalq.

Karatteristiċi partikolari

Il-kultivazzjoni tal-Lingot du Nord hija adattata ħafna għall-karatteristiċi klimatiċi (karatteristiċi kemm tal-ħamrija kif ukoll tal-klima) taż-żona tal-produzzjoni.

Effettivament, il-pjanura ta' la Lys hija reġjun fertili. Tikkorrispondi ma dipressjoni vasta ċċentrata fuq la Lys karatterizzata b'kontenut għoli ta' tafal. Il-kontenut għoli ta' tafal fil-ħamrija jaffettwa t-togħma tal-fażola kif ukoll il-mod kif ma titgħaffiġx meta tissajjar.

Min-naħa l-oħra, il-pjanura ta' Lys għandha inqas umdità mir-reġjun viċin ta' Lille. Din l-umdità baxxa, li tippersisti s-sena kollha u tiffavorixxi l-iżvilupp tal-fażola, li titlob ħamrija rikka, la niexfa wisq (li jimpedixxi t-tnibbit tal-fażola) u lanqas umda żżejjed (li jikkawża t-taħsir tal-fażola).

Il-klima hija karatterizzata wkoll minn temperatura regolari u ta' livelli aċċettabbli, mhux sħuna ħafna fis-sajf fejn is-sħana ta' matul il-jum tibqa' moderata u l-iljieli ma tantx jiksħu billi s-sema jkun imsaħħab. Barra minn hekk, l-umdità relattiva tkun dejjem suffiċjenti u n-nixfiet huma rari. Din il-klima taqbel b'mod partikolari għal-Lingot du Nord, li tikber tajjeb ħafna fuq ħamrija taflija u silikuża u ma tħobbx xita abbondati, b'mod speċjali meta tinbet u meta ssir u li teħtieġ is-sħana u ħamrija umda sabiex tikber sew (b'mod regolari).

Finalment, tmiem ta' l-istaġun xemxi jippermetti lil-Lingot li ssir sew fil-fosdqa u li titnixxef b'mod tradizzjonali fuq l-ixtillieri.

Dan għaliex ilha titkabbar għal aktar minn 100 sena, bl-istess żerriegħa prodotta lokalment, tant li addattat ruħha perfettament għall-kundizzjonijiet klimatiċi.

Din iż-żerriegħa, riprodotta bil-galbu kull sena mill-ħsad preċedenti titneħħa mill-fosdqa għaliha weħidha, ftit qabel ma titħawwel. Fil-fatt instab li l-fażola tikber aħjar b'żerriegħa mneħħija mill-fosdqa ftit qabel ma titħawwel.

Finalment, il-kultivazzjoni tal-lingot hija tipika tar-reġjun fl-użu ta' żerriegħa adattata perfettament għall-kundizzjonijiet klimatiċi tar-reġjun li, flimkien mal-metodi tradizzjonali tal-kultivazzjoni u t-tnixxif, jirriżultaw f'qoxra fina u tarija u l-konsistenza ratba tal-ħbub li jdubu fil-ħalq.

Reputazzjoni

Minħabba l-klima u xemx favorevoli għat-tkabbir tal-lingot, il-kultivazzjoni tal-Lingot du Nord saret tradizzjonali fir-reġjun ta' Merville. Effettivament, instabu referenzi għal din il-kultivazzjoni fid-distretti (arrondissements) ta' Armentières, Hazebrouk u Merville sa mill-1856. F'dak iż-żmien kienet il-varjetà ewlenija ta' fażola kkultivata fir-Tramuntana. Minn dak iż-żmien, il-Lingot du Nord ġiet ippreżentata fil-Wirja Universali ta' l-1867. Fl-1909, tħawlu 4 400 ettaru ta' fażola.

Fl-1950, is-Sur CASSEZ iddikjara li “Il-Lingot du Nord hija l-aktar tip ta' fażola mifrux fil-Vallée de la Lys”.

Il-Lingot du Nord tintuża wkoll mir-ristoranti reġjonali li joffru “ravjul taż-żrinġijiet b'meraq tat-tursin u l-Lingot du Nord”, jew denb tal-barri bil-Lingot du Nord u anki stuffat tad-dar bil-Lingot du Nord.

Fil-mument, il-Lingot du Nord hija fost il-karattri msemmijin fil-Kċina tal-Pas de Calais tat-Tramuntana.

Finalment, manifestazzjoni msejħa “Ducasse à Pierrots” tittella' kull sena fir-reġjun tat-Tramuntana tal-Pas de Calais, b'mod partikolari fil-Belt ta' Saint André lez Lille. Sa mill-1920, fil-menù ta' din il-manifestazzjoni tradizzjonalment tidher il-Lingot du Nord akkumpanjata miz-zalzett affumikat.

4.7.   Organu ta' Spezzjoni:

Isem:

Qualinorpa

Indirizz:

116, rue du Général Leclerc

F-59350 Saint André lez Lille

Tel:

(33-3) 28 38 94 84

Feks:

(33-3) 28 38 90 87

Posta elettronika:

contact@qualinorpa.com

4.8.   Tikkettar: Skond ir-regolamenti fis-seħħ, dawn għandhom jindikaw b'mod speċjali il-karatteristici li jidentifikaw il-prodott (“Prodott tas-sena”, “Iddub fil-ħalq”, “M'hemmx għalfejn tixxarrab”).


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.