16.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 134/5


Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni ta' l-applikazzjoni tal- kommunikazzjoni dwar l-insegwitu tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdioviżivi oħra (Komunikazzjoni dwar iċ-ċinema [tas-26ta' settembru 2001])

(Test b' rilevanza maż-ŻEE)

(2007/C 134/03)

Puint 2.5 tal-Kommunikazzjon lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat dwar ir-Reġjunii dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet awdiviżivi (1) oħra jiddikjara illi: “Il-kriterju speċifiku ta' kompatibbilità ghall-għajnuna għall-produzzjoni taċ-ċinema u l-programmi tat-televiżjoni kif spjegat aktar qabel ser jibqa' validu sa Ġunju 2004, li hu żmien stipulat fid-deċiżjonijiet meħuda s'issa”Fl-2004 il-Kummissjoni estendiet il-validità tal-kriterju speċifiku ta' kompatibbilità għall-għajnuna għall-produzzjoni cinematografiċi u għall-programmi televiżivi sat-30 ta' Ġunju 2007 (2).

Il-Kummissjoni kienet ħabbret li “qabel ir-reviżjoni li jmiss tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni bi ħsiebha, filwaqt li tanalizza aktar l-argumenti tas-settur, tagħmel studju estensiv dwar l-effetti tas-sistemi ta' għajnuna eżistenti mill-Istat. L-istudju għandu jeżamina b' mod partikulari l-impatt ekonomiku u kulturali ta' l-obbligi ta' territorjalizzazzjoni imposti mill-Istati Membri, b'mod partikolari meta wieħed jikkonsidra l-impatt tagħhom fuq il-ko-produzzjonijiet”.

L-istudju kien imniedi fl-24 ta' Awissu 2006 (3) Ir-riżultati ta' l-istudju ser ikunu ta' siwi kbir biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kriterju ta' kompatibbilità fil-futur.

Sabiex nagħtu aktar żmien biex ikun lest l-istudju u r-reviżjoni sussegwenti tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli tapplika l-kriterji preżenti sakemm jasal iż-żmien li jidħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar l-għajnuna mill-Istat għall-xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet oħra awdioviżivi jew mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009.


(1)  ĠU C 43, 16.2.2002, p. 6.

(2)  Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar ċerti aspetti legali relatati ma' xogħlijiet ċinematografiċi u xogħlijiet, awdioviżivi oħra tas-26 ta' Settembru 2001ĠU C 123, 30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU S 173, 12.9.2006, riferenża 2006/S 173-183834