19.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 309/18


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti għas-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti ta' l-Aġenzija

(2007/C 309/04)

WERREJ

1-2

INTRODUZZJONI

3-6

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7

OSSERVAZZJONIJIET

Tabelli 1 sa 4

Ir-risposti ta' l-Aġenzija

INTRODUZZJONI

1.

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) twaqqfet mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2004/20/KE tat-23 ta' Diċembru 2003 (1). L-Aġenzija twaqqfet għal perijodu li beda fl-1 ta' Jannar 2004 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2008 biex timmaniġġja l-azzjonijiet tal-Komunità fis-settur ta' l-enerġija. L-Aġenzija kisbet l-indipendenza finanzjarja tagħha fl-1 ta' Jannar 2006.

2.

It-Tabella 1 tagħti sommarju tal-kompetenzi u ta' l-attivitajiet ta' l-Aġenzija. Informazzjoni prinċipali meħuda mir-rendikonti finanzjarji ppreparati mill-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2006 hija ppreżentata fit-Tabelli 2, 3 u 4.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

3.

Din id-Dikjarazzjoni hija indirizzata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 (2); kienet ippreparata wara eżami tal-kontijiet ta' l-Aġenzija, kif meħtieġ mill-Artikolu 248 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

4.

Il-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2006 (3) ġew ippreparati mid-Direttur tagħha, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, u mibgħuta lill-Qorti, li hija meħtieġa li tagħti dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tagħhom u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

5.

Il-Qorti wettqet il-verifika tagħha skond l-Istandards Internazzjonali tal-Verifika u l-Kodiċi ta' l-Etika ta' l-IFAC u l-INTOSAI, sa fejn dawn huma applikabbli għall-kuntest tal-Komunità Ewropea. Il-verifika kienet ippjanata u mwettqa bi ħsieb li tinkiseb assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari.

6.

Il-Qorti kisbet għalhekk bażi raġonevoli għad-Dikjarazzjoni espressa hawn taħt.

L-affidabilità tal-kontijietIl-kontijiet ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2006, fl-aspetti materjali kollha, huma affidabbli.Il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażiIt-tranżazzjonijiet fil-bażi tal-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija, fit-totalità tagħhom, huma legali u regolari.L-osservazzjoni li ġejja ma tpoġġix f'diskussjoni d-Dikjarazzjoni tal-Qorti.

OSSERVAZZJONI

7.

Ir-rata ta' utilizzazzjoni ta' approprijazzjonijiet ta’ impenn għall-2006 kienet ta' 97 %. Madankollu, ir-rata ta' annullament kienet ta' 8 % u aktar minn 20 % ta' l-approprijazzjonijiet ta’ impenn fl-2006 ġew trasferiti 'l quddiem. Aktar minn 48 % ta' l-approprijazzjonijiet għal attivitajiet operattivi (it-Titolu III) kienu impenjati f'Diċembru, għalhekk 43 % ta' l-impenji kellhom jiġu trasferiti 'l quddiem għall-2007, u 32 % tat-trasferimenti mill-2005 kienu annullati fl-2006. Bosta linji tal-baġit għas-sostenn amministrattiv ma ntużawx matul l-2006 u madwar 94 000 euro kienu trasferiti mingħajr ġustifikazzjoni adegwata (4). Għalhekk, il-prinċipju baġitarju ta' l-annwalità ma kienx osservat b'mod rigoruż.

Dan ir-rapport ġie adottat mill-Qorti ta' l-Awdituri fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-27 ta' Settembru 2007.

Għall-Qorti ta' l-Awdituri

Hubert WEBER

President


(1)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(2)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 5.

(3)  Dawn il-kontijiet ġew ippreparati fil-21 ta' Ġunju 2007 u rċevuti mill-Qorti fil-5 ta' Lulju 2007.

(4)  L-Artikolu 9 tar-Regolament Finanzjarju.


 

Tabella 1

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (Brussell)

Oqsma ta' kompetenza Komunitarja stipulati mit-Trattat

Kompetenzi ta' l-Aġenzija kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta' Diċembru 2003

Tmexxija

Riżorsi disponibbli għall-Aġenzija fl-2006

(2005 n/a)

Attivitajiet u servizzi provduti fl-2006

Il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja, għall-ħarsien u għat-titjib tal-kwalità ta' l-ambjent; għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem; għall-użu għaqli u razzjonali tar-riżorsi naturali; u għall-promozzjoni ta' miżuri fuq livell internazzjonali li jittrattaw problemi ambjentali reġjonali kif ukoll globali.

(l-Artikolu 174(1)

Objettivi

Fil-qafas ta' l-istrateġija ta' żvilupp sostenibbli, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri sabiex tippromwovi u tiżviluppa l-enerġija li tista' tiġġedded u l-effiċjenza fl-enerġija. L-objettiv huwa sabiex tikkontribwixxi b'mod ibbilanċjat għas-sigurtà fil-provvista ta' l-enerġija, il-kompetittività u l-ħarsien ta' l-ambjent. L-oqsma ta' l-azzjoni huma l-iżvilupp ta' l-enerġija li tista' tiġġedded u l-effiċjenza ta' l-enerġija, inkluż is-settur tat-trasport, u l-promozzjoni tagħhom fil-pajjiżi li jkunu qegħdin jiżviluppaw.

Dawn il-miżuri jinkludu programm ta' ħafna snin għall-azzjoni fis-settur ta' l-enerġija: “Enerġija Intelliġenti-Ewropa” 2003-2006 — IEE 1 (id-Deċiżjoni Nru 1230/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003).

Taħt dan il-programm tal-Komunità, l-Aġenzija hija responsabbli għall-implimentazzjoni tax-xogħlijiet li jikkonċernaw l-għajnuna tal-Komunità, ħlief għall-evalwazzjoni tal-programm, il-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni u l-istudji strateġiċi, jew kull azzjoni oħra li taqa' b'mod esklussiv taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kummissjoni Ewropea.

Kompiti

Fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-programm Komunitarju IEE 1:

Li timmaniġġja l-istadji kollha matul iċ-ċiklu ta' proġetti speċifiċi;

Li tadotta l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit u li twettaq, meta l-Kummissjoni tkun tatha l-poter li tagħmel dan, l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex timmaniġġja l-programm tal-Komunità u, b'mod partikolari, dawk marbuta ma' l-għoti ta' kuntratti u għotjiet ta' flus;

Il-ġbir, l-analiżi u t-trasmissjoni lill-Kummissjoni ta' l-informazzjoni kollha meħtieġa biex titmexxa l-implimentazzjoni tal-programm.

1   Kumitat Direttiv

Magħmul minn ħames membri maħtura mill-Kummissjoni Ewropea.

Jadotta l-programm ta' xogħol annwali ta' l-Aġenzija wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Minbarra dan, jadotta l-baġit amministrattiv ta' l-Aġenzija u r-rapport ta' attività annwali tiegħu.

2   Direttur

Maħtur mill-Kummissjoni Ewropea.

3   Kontroll tal-Verifika Esterna

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri.

4   Awtorità ta' Approvazzjoni

Il-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill

Baġit finali

A)

53,2 miljun euro (100 % mill-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea) għall-baġit tal-programm IEE 1 li l-Aġenzija timplimenta taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni;

B)

5,2 miljun euro (100 % sussidju Komunitarju) għall-baġit amministrattiv li għalih l-Aġenzija hija awtonoma.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2006

16-il kariga ta' aġent temporanaju mniżżla fil-pjan ta' twaqqif.

Karigi ta' aġent temporanju okkupati: 16

Karigi oħra:

Persunal fuq kuntratt: 30 kariga ppjanata, li minnhom 25 kienu okkupati.

Total tal-Persunal fil-31/12/2006: 41

Responsabbli għal

Kompiti operattivi: 31

Kompiti amministrattivi: 10

Immonitorjat 218-il proġett kontinwu li għalihom ingħataw għotjiet taħt is-Sejħa għall-proposti 2003 u 2004. B'kollox, 168 rapport tal-progress u 36 rapport interim u 20 rapport finali ġew approvati u skond dawn twettqu l-pagamenti lill-benefiċjarji. Minbarra dan, l-Aġenzija ħadet sehem f'aktar minn 100 laqgħa dwar il-proġetti. Organizzat ukoll 14-il grupp ta' ħidma tal-ko-ordinaturi tal-proġetti bil-parteċipazzjoni tad-DĠ ġenitur u programmi oħra relevanti tal-Kummissjoni.

Mexxiet is-Sejħa għall-proposti 2005 għall-programm IEE (ippubblikata fl-2005 bi skadenza għall-preżentazzjoni fil-bidu ta' l-2006): b'kollox, l-IEEA rċeviet 265 proposta minn 29 pajjiż u madwar 2000 organizzazzjoni. Bħal fis-sena ta' qabel, esperti esterni assistew l-IEEA matul l-evalwazzjoni. B'kollox kienu konklużi 125 ftehim ta' għotjiet.

Mexxiet is-Sejħa għall-proposti 2006 għall-programm IEE: is-Sejħa kienet ippubblikata lejn l-aħħar ta' Mejju 2006 bi skadenza għall-preżentazzjoni fil-31 ta' Ottubru 2006. Saru sforzi sostanzjali għall-promozzjoni tas-sejħa lil gruppi mmirati relevanti madwar l-Ewropa, inkluża l-organizzazzjoni tal-Jum ta' Informazzjoni Ewropea (Brusselll, il-31 ta' Mejju 2006, 450 parteċipant, xandira diretta bl-internet), sostenn ta' aktar minn 40 ġurnata ta' informazzjoni nazzjonali, ċirkulazzjoni ta' avviżi bl-email, u aġġornamenti regolari fuq l-internet. B'kollox, l-IEEA rċeviet 351 proposta bħala tweġiba għas-Sejħa ta' l-2006. Evalwazzjonijiet ma' l-esperti esterni seħħew fil-bidu ta' l-2007.

Ippubblikat u kkomunikat informazzjoni dwar il-programm IEE u l-Aġenzija: fl-2006, il-websajt tal-programm irreġistra aktar minn 500 000 download u miljun żjara tal-paġna.

Avviżi Regolari ta' l-Aħbarijiet intbagħtu lid-database ta' kuntatt IEE, li kien jinkludi aktar minn 5 000 kuntatt sa tmiem l-2006.

Informazzjoni u aġġornamenti dwar proġetti IEE ingħataw permezz ta' tliet ħarġiet tan-newsletter “Intelligent Energy News” (44 000 download matul l-2006) u fact sheets ta' proġetti individwali (100 000 download).

Tat bidu għal feedback mir-riżultati tal-proġetti f'oqsma ta' politika prinċipali tad-DĠ ġenitur fl-għamla ta' assembleji u tal-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-proġetti f'konferenzi prinċipali

Għamlet rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex tmexxi l-implimentazzjoni tal-programm IEE u t-tħejjija tal-programm ta' segwitu IEE II (2007-2013): fuq stedina tad-DĠ ġenitur, l-Aġenzija ħadet sehem f'task force inkarigat bit-tħejjija ta' abbozz ta' programm ta' xogħol għall-IEE II. L-attivitajiet kienu jinkludu analiżi ta' esperjenzi u dejta statistiċi relatati mar-regoli ta' parteċipazzjoni, proposti għal temi tematiċi futuri, u l-organizzazzjoni u l-analiżi ta' stħarriġ pubbliku. Bl-istess mod, u fuq stedina tad-DĠ ġenitur, l-Aġenzija użat it-tagħlim li kienet kisbet mit-tmexxija tal-linja ta' żvilupp esterna IEE (COOPENER) u applikatu fil-fażi tad-disinn tal-Faċilità ta' l-Enerġija DEV/AIDCO u tal-programm suċċessur COOPENER II.

Sors: Informazzjoni ppreżentata mill-Aġenzija

Sors: Dejta provduta mill-Aġenzija. Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha: dawn il-kontijiet huma ppreparati abbażi tad-dovuti.

Tabella 2

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (Brussell) — Implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2006

(1000 euro)

Dħul

Nefqa

Sors tad-dħul

Dħul imdaħħal fil-baġit finali għas-sena finanzjarja

Dħul irċevut

Allokazzjoni tan-nefqa

Approprijazzjonijiet skond il-baġit finali

Approprijazzjonijiet trasferiti mis-sena/snin finanzjarja/i preċedenti (1)

imdaħħla

impenjati

imħallsa

trasferiti

annullati

disponibbli

imħallsa

annullati

Sussidji komunitarji

5 168

5 168

Titolu I

Persunal

2 959

2 944

2 561

118

280

66

2

64

Sussidji oħra (2)

 

461

Titolu II

Amministrazzjoni

784

718

651

67

66

324

309

15

 

 

 

Titolu III

Attivitajiet operattivi (3)

1 425

1 346

549

797

79

70

1

69

Total

5 168

5 629

Total

5 168

5 008

3 762

982

425

461

313

148

Sors: Dejta provduta mill-Aġenzija. Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha. Dħul miġbur u pagamenti huma stmati fuq bażi tal-flus kontanti.


Tabella 3

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (Brussell) — Kont tar-riżultat ekonomiku għas-sena finanzjarja 2006

(1000 euro)

 

2006

Dħul operattiv

Sussidji komunitarji

5 057

Dħul ieħor

105

Total (a)

5 162

Spejjeż operattivi

Spejjeż relatati mal-persunal

2 616

Spejjeż relatat ma' l-attiv fiss

38

Spejjeż amministrattivi oħra

1 305

Total (b)

3 959

Bilanċ favur/(kontra) minn attivitajiet operattivi (c = a – b)

1 203

Spejjeż 2005 (d)

273

Riżultat ekonomiku għas-sena (e = c – d)

930


Tabella 4

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti (Brussell) — Karta tal-bilanċ fil-31 ta' Diċembru 2006

(1000 euro)

 

2006

Attiv mhux kurrenti

Attiv fiss intanġibbli

13

Attiv fiss tanġibbli

88

Attiv kurrenti

Riċevibbli ta' skadenza qasira

95

Likwidità u ekwivalenti likwidi

1 509

Total ta' l-attiv

1 705

Passiv kurrenti

Proviżjonijiet għal riskji u spejjeż

48

Kontijiet pagabbli

727

Total tal-passiv

775

Attiv nett

Riżultat ekonomiku għas-sena

930

Total ta' l-attiv nett

930

Total tal-passiv u ta' l-attiv nett

1 705


(1)  Approprijazzjonijiet li jifdal mill-2005 trasferiti mill-Kummissjoni għall-Aġenzija.

(2)  Sussidju rċevut mill-Kummissjoni Ewropea biex ikopri l-impenji trasferiti mill-2005 għall-2006.

(3)  Nefqa fuq laqgħat ta' l-esperti konnessi ma' l-implimentazzjoni ta' proġetti.

Sors: Dejta provduta mill-Aġenzija. Din it-tabella tagħti sommarju tad-dejta mogħtija mill-Aġenzija fil-kontijiet annwali tagħha. Dħul miġbur u pagamenti huma stmati fuq bażi tal-flus kontanti.


R-RISPOSTI TA’ L-AĠENZIJA

7.

L-Aġenzija ser timplimenta proċedura fl-aħħar tas-sena li tassigura li approprijazzjonijiet ġustifikati biss jiġu miġjuba ‘l quddiem.