52007SC1631

Dikjarazzjoni - Dikjarazzjoni Konġunta Tripartitika Li tistabbilixxi "Jum Marittimu Ewropew" /* SEK/2007/1631 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 3.12.2007

SEG(2007) 1631 finali

DIKJARAZZJONI

Dikjarazzjoni Konġunta Tripartitika Li tistabbilixxi "Jum Marittimu Ewropew"

DIKJARAZZJONI

Dikjarazzjoni Konġunta TripartitikaLi tistabbilixxi "Jum Marittimu Ewropew"

Filwaqt li jfakkru li l-Ewropa hija Kontinent Marittimu bi kważi 70 000 km ta' kosta,

Jfakkru li 22 mis-27 Stat Membru ta' l-UE huma Stati kostali jew gżejjer,

Filwaqt li jfakkru li r-reġjuni marittimi ta' l-Unjoni Ewropea jirrappreżentaw madwar 40% tal-PGD u l-popolazzjoni tagħha,

Filwaqt li jfakkru li aktar minn żewġ terzi tal-fruntieri ta' l-Unjoni huma marittimi u li l-ispazji marittimi taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri tagħha huma akbar mit-territorju terrestri tagħhom,

Filwaqt li jfakkru l-importanza ekonomika ta' setturi hekk diversi bħalma huma l-bini tal-bastimenti, it-tbaħħir, il-portijiet u s-sajd, l-enerġija 'l barra mix-xtut, it-turiżmu, l-ambjent u l-wirt marittimu, kif ukoll is-sinerġiji bejniethom,

Filwaqt li jfakkru li l-Ewropa jeħtiġilha ttejjeb il-kapaċità tagħha li tindirizza l-isfidi l-kbar li għandha quddiemha, bħalma huma l-globalizzazzjoni, it-tibdil fil-kima, is-sostenibbiltà fl-enerġija u l-pressjonijiet ambjentali fil-kosti u fl-ibħra,

Filwaqt li jfakkru fl-importanza tar-reġjuni tal-kosta, il-gżejjer u r-reġjuni l-aktar imbiegħda, kif ukoll fir-rilevanza ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika marittima Ewropea tal-ġejjieni,

Filwaqt li jfakkru l-importanza ta' ambjent marittimu b'saħħtu sew għas-sostenibbiltà ta' l-attivitajiet ekonomiċi fuq l-ibħra u għall-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni kostali,

Filwaqt li jżommu quddiem għajnejhom il-wirt komuni u r-responsabbiltà komuni ta' l-Ewropej għall-oċeani u l-ibħra,

Filwaqt li jfakkru fil-kobor enormi ta' l-oċeani tad-dinja, u fir-rwol li jista' jkollha l-UE fil-konservazzjoni tagħhom bħala riżors għall-ġejjieni ta' l-umanità,

Filwaqt li jenfasizzaw il-ħtieġa li jitkattru l-għarfien u l-viżibbiltà ta' l-importanza ta' l-oċeani, ta' ekonomija marittima ħajja u tal-wirt marittimu Ewropew għani, li l-benefiċċji tiegħu għandhom jiġu ċċelebrati kull sena,

Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewopea

Japprovaw l-istabbiliment ta' "Jum Marittimu Ewropew" li għandu jiġu ċċelebrat fl-20 ta' Mejju ta' kull sena, li fl-okkażjoni tiegħu għandhom jiġu organizzati attivitajiet għat-tkattir ta' l-għarfien u t-tixbik ta' kuntatti.