Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Dokument ta’ akkumpanjament għall- Komunikazzjoni dwar politika Ewropea għall-portijiet - Sommarju tal-valutazzjoni ta’ l-impatt {COM(2007) 616 final} {SEC(2007) 1339} /* SEK/2007/1340 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 18.10.2007 SEG(2007) 1340 DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Dokument ta’ akkumpanjament għall- Komunikazzjoni dwar Politika Ewropea għall-Portijiet Sommarju tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt{COM(2007) 616 final}{SEC(2007) 1339} Id-DĠ Kap : TREN Servizzi oħra involuti : SG, SJ, ENV, ENTR, MARKT, COMP, SANCO, TAXUD, FISH, TRADE Ippjanar ta’ l-Aġenda jew referenza tal-Grupp ta’ Ħidma : 2007/TREN/004 Sezzjoni 1: L- ASPETTI PROċEDURALI U KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI 1.1 L- isfond u l-konsultazzjonijiet Il-Komunikazzjoni dwar Politika Ewropea għall-Portijiet hija parti mis-CLWP 2007, SEC (2006) 629 finali, u inizjattiva ta’ prijorità fil-programm ta’ ħidma tad-DĠ TREN, 2007/TREN/004. Wara li ġiet irtirata l-proposta għal Direttiva dwar l-Aċċess għas-Suq tas-Servizzi Portwali COM (2004) 654, il-Viċi-President Barrot nieda konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Id-DĠ TREN organizza sitt laqgħat ta’ ħidma dwar kwistjonijiet portwali mal-partijiet interessati. Il-parteċipanti ntgħażlu mill-assoċjazzjonijiet Ewropej rilevanti. Għal kull laqgħa ta’ ħidma d-DĠ TREN ħejja dokument għad-diskussjoni. Intlaqgħu kontribuzzjonijiet bil-miktub minn għadd ta’ assoċjazzjonijiet. Parallelament, esperti tal-port mill-Istati Membri ltaqgħu mad-DĠ TREN. 1.2. Il- konklużjonijiet preliminari mill-konsultazzjoni - L-istruttura organizzattiva tal-portijiet: mużajk vast ta’ mudelli ta’ ġestjoni tal-port - L-iffinanzjar tal-portijiet: Varjetà wiesgħa ta’ approċċi għall-iffinanzjar tal-port mill-Istati Membri - In-nuqqas ta’ kapaċità minħabba t-tkabbir tal-volumi tal-merkanzija, diffikultà fit-titjib tat-terminals, lokalità mhux ottimali tal-kapaċità tal-port. Meħtieġa kundizzjonijiet indaqs għall-aċċess għall-art tal-port u servizzi portwali - L-impatti esterni: meħtieġ bilanċ bejn it-tkabbir ekonomiku u l-ħarsien ta’ l-ambjent - L-aspetti soċjali: meħtieġ taħriġ aħjar, infurzar tas-saħħa u s-sigurtà, mudelli ta’ impjieg iktar flessibbli u djalogu soċjali - L-immaġni pubblika tal-portijiet: il-portijiet mhumiex apprezzati għal kollox mis-soċjetà Sezzjoni 2: Id- DEFINIZZJONI TAL-PROBLEMA Il-portijiet Ewropej iħabbtu wiċċhom ma’ bosta sfidi differenti. It-tkabbir tat-traffiku marittimu jitlob faċilitajiet portwali. It-tbaħħir tal-kontejners huwa s-settur marittimu li qed jikber malajr ħafna. Id-daqs tal-bastimenti qed jikber. It-tkabbir tal-portijiet ma żammx il-pass mal-ħtiġijiet tal-kapaċità. Minkejja d-deċentralizzazzjoni u iktar awtonomija finanzjarja, jeżistu approċċi differenti għall-iffinanzjar tal-portijiet fl-Istati Membri: livelli differenti ta’ awtonomija finanzjarja u l-għoti ta’ finanzjamenti pubbliċi; nuqqas ta’ trasparenza fl-iffissar tat-tariffi. Il-kwistjonijiet tal-ħaddiema jinkludu: L-infurzar tar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà, l-għoti ta’ livell għoli ta’ taħriġ, mudelli ta’ impjieg aktar flessibbli u djalogu soċjali. Il-portijiet jikkompetu f’kuntest ta’ katina ta’ forniment. Il-kompetizzjoni għandha żewġ aspetti: Kompetizzjoni fil-port, relatata mas-servizzi portwali, u kompetizzjoni bejn portijiet fl-istess segment tas-suq. Il-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent tassigura s-sostenibbiltà tal-portijiet. Sar progress fil-ġestjoni ambjentali, iżda restrizzjonijiet ambjentali fuq proġetti ta’ portijiet wasslu għall-proċeduri kumplessi. Il-valur tal-portijiet spiss mhux apprezzat għal kollox. Hemm għarfien tal-benefiċċji "primarji"; inqas tal-benefiċċji "sekondarji" tagħhom. Id-dritt ta’ l-UE li taġixxi L-Art. 211 tat-Trattat ta’ l-UE jagħti l-poter lill-Kummissjoni, bħala l-Gwardjan tat-Trattat, li tassigura li d-dispożizzjonijiet tagħha u l-miżuri meħuda ma’ dawn mill-istituzzjonijiet huma applikati, u li tifformola rakkomandazzjonijiet jew twassal opinjonijiet dwar kwistjonijiet trattati fit-Trattat jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li dan huwa meħtieġ. Dwar il-politika tal-portijiet, il-Kummissjoni tibbaża d-dritt tagħha li taġixxi fuq it-Titoli li ġejjin tat-Trattat ta’ l-UE: It-Titolu III (l-artikolu 39 et seq.), Trattat UE, (moviment ħieles ta’ persuni, servizzi u kapital). It-Titolu V (l-artikolu 70 et seq.) Trattat UE (politika komuni għat-trasport). It-Titolu VI (l-artikolu 81 et seq.), Trattat UE ( inter alia, regoli komuni dwar il-kompetizzjoni). Bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-artikolu 5 tat-Trattat UE, l-oqsma ta’ politika li ġejjin tħallew għall-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-partijiet interessati: - L-ippjanar ta’ l-ispazji; - Id-djalogu soċjali; - L-immaġni tal-portijiet. Sezzjoni 3: L-għanijiet (1) Biex tkun żgurata fil-portijiet kapaċità biżżejjed disponibbli biex tlaħħaq mat-tkabbir tat-traffiku (2) Biex tiġi promossa libertà ta’ aċċess akbar għall-fornituri ġodda ta’ servizzi portwali (3) Biex tiġi promossa kompetizzjoni ġusta fi ħdan u bejn il-portijiet (4) Biex jiġu promossi mudelli ta’ impjieg aktar flessibbli u djalogu soċjali (5) Biex jogħlew il-livelli tal-ġestjoni ambjentali fil-portijiet u biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn il-ħarsien ta’ l-ambjent u t-tkabbir ekonomiku Sezzjoni 4: L- ALTERNATTIVI TA’ POLITIKA, IL-VALUTAZZJONI TA’ L-ALTERNATTIVI, IL-PARAGUN TA’ L-ALTERNATTIVI, L-GħAżLA TA’ L-ALTERNATTIVI, IL-KONKLUżJONI Xi alternattivihuma addizzjonali jew sekwenzjali. Fuq xi alternattivi hemm qbil, oħrajn huma kontroversjali. Xi alternattivi ġew żviluppati fiż-żewġ proposti preċedenti għal direttiva, xi oħrajn jeħtieġu aktar studju. Xi alternattivi jikkontribwixxu għal għanijiet ta’ politika fit-tul; oħrajn se jiġġeneraw titjib fiż-żmien qasir fis-sistema tal-portijiet. 1. Il-Konċessjonijiet għal TERMINALI FIL-PORTIJIET L-awtorità ta’ port tista’ tmur għall-operazzjoni diretta ta’ terminal jew tafda l-operazzjoni lil parti terza. F’bosta Stati Membri din ta’ l-aħħar issir b’konċessjoni fuq l-art tal-port għal żmien determinat. L-għażla ta’ min jingħata l-konċessjoni ssir b’offerta jew fuq bażi diskrezzjonali. F’aternattiva leġiżlattiva l-ispejjeż ta’ selezzjoni kompetittiva ta’ operaturi ta’ terminal huma l-offerta, l-amministrazzjoni tal-kuntratt u l-ispejjeż tar-regolamentazzjoni, iktar litigazzjoni, użu inqas minn dak ottimali tal-kapaċità tal-port, perjodi ta’ amortizzazzjoni iqsar għall-investiment. L-offerta ġġib magħha l-ispejjeż. Il-benefiċċji jinkludu: l-immaniġġjar iktar mgħaġġel tal-merkanzija, żmien iqsar biex jinħatt il-bastiment, żmien inqas għall-ġbir tal-merkanzija, spejjeż operattivi iktar baxxi, proċeduri ta’ xiri trasparenti, ħlas orħos għall-immaniġġjar tal-merkanzija, iktar investiment, u impatti ekonomiċi pożittivi. L-esperjenza tal-proposti ta’ l-imgħoddi tindika oppożizzjoni għal-leġiżlazzjoni. Bosta mill-benefiċċji tagħha jistgħu jinkisbu permezz ta’ liġi mhux vinkolanti. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiċċaraw kif il-leġiżlazzjoni eżistenti, il-ġurisprudenza ta’ l-ECJ u l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni japplikaw għall-konċessjonijiet tal-portijiet. 2. Ix-Xogħol fil-Portijiet Il-prattika tas-servizz tal-burdnara hija ddiversifikata madwar l-UE. Il-kwistjoni għad-diskussjoni hija l-pools portwali, entitajiet li jipprovdu l-persunal lill-operaturi tat-terminal. F’aternattiva leġiżlattiva l-ispejjeż ewlenin għat-tneħħija jew it-tibdil obbligatorju ta’ pools ta’ ħaddiema, huma l-pagamenti ta’ kumpens, nuqqas ta’ dħul għall-ħaddiema żejda, l-ispejjeż biex jiġi trasferit ix-xogħol lill-ħaddiema individwali, l-użu ta’ ħaddiema b’inqas ħiliet, u inqas saħħa tal-unions. L-oppożizzjoni għal proposta tista’ twassal għal strajk. L-ispejjeż tax-xogħol jistgħu jiżdiedu għal ħaddiema iktar permanenti. Benefiċċji ewlenin: huma l-produttività ta’ xogħol ogħla, regolarità fl-impjieg, flessibbiltà akbar fl-użu tal-ħaddiema, korrelazzjoni eqreb bejn is-siegħat imħallsa u s-siegħat maħduma, inqas ħin qiegħed. L-esperjenza tal-proposti ta’ l-imgħoddi turi li hemm oppożizzjoni għal leġiżlazzjoni. Bosta mill-benefiċċji tagħha jistgħu jinkisbu permezz ta’ aternattiva ta’ liġi mhux vinkolanti, bħal analiżi tal-kompatibbiltà mat-Trattat ta’ l-użu ta’ persunal mill-pool. Mill-konsultazzjoni ħareġ id-djalogu soċjali. Huwa jista’ jgħin biex titjieb il-produttività, biex il-portijiet isiru aktar attraenti għall-klienti, biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tat-trasport marittimu, u għal aktar impjiegi u aħjar. M’hemm l-ebda regoli speċifiċi tal-Komunità dwar it-taħriġ tal-ħaddiema tal-portijiet. It-taħriġ huwa ta’ importanza ewlenija għall-operazzjoni sigura u effiċjenti tal-portijiet. Aternattiva leġiżlattiva tista’ tiġi kkunsidra f’dan ir-rigward. Hemm regoli ġenerali tal-Komunità għall-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Rispett sħiħ ta’ dawn ir-regoli huwa kruċjali u għandu jkun monitorjat. Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom il-ħsieb li jinkoraġġixxu t-twaqqif ta’ kumitat Ewropew għad-djalogu soċjali fil-portijiet, li jipproponu qafas reċiprokament rikonoxxut dwar it-taħriġ tal-ħaddiema tal-port, u li jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà tal-Komunità fil-portijiet. 3. Is-Servizzi Tekniċi-Nawtiċi Is-servizzi tekniċi-nawtiċi huma l-irmonk, il-pilotaġġ u l-irmiġġ. 3.1 Il- pilotaġġ L-impatt ta’ miżura ta’ l-UE fuq l-operazzjonijiet ta’ pilotaġġ huwa żgħir wisq biex jiġġustifika valutazzjoni; huma ftit il-kumpaniji kummerċjali li joffru servizz ta’ pilotaġġ, il-pilotaġġ jidher li se jibqa’ strettament regolat, u bosta portijiet se jużaw is-sigurtà biex ma jibdlux l-arranġamenti eżistenti. L-esperjenza tal-proposti ta’ l-imgħoddi turi oppożizzjoni għal leġiżlazzjoni. Aternattiva ta’ liġi mhux vinkolanti li tinterpreta l-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat għas-settur tista’ tiġi kkunsidrata. 3.2 L- irmonk Minbarra l-ispejjeż ta’ l-offerti, Direttiva ta’ aternattiva leġiżlattiva tista’ taffettwa l-istruttura tas-suq billi jonqos in-numru ta’ kumpaniji. Id-dħul ta’ aktar operaturi jwassal għat-telf ta’ l-ekonomija ta’ l-iskala. Operaturi kbar tal-laneċ ta’ l-irmonk jistgħu jieħdu vantaġġ mill-aternattiva leġiżlattiva u jwessgħu l-attivitajiet tagħhom għad-dannu ta’ operaturi iżgħar u jwasslu għal spiża soċjali. Il-benefiċċji jistgħu jkunu prezzijiet aktar baxxi, innovazzjoni u titjib tal-kwalità fis-servizzi. Soluzzjoni leġiżlattiva tista’ tnaqqas il-prezzijiet, iżda tista’ titfa’ piż ta’ spejjeż addizzjonali fuq min diġà qed jopera jew min jidħol ġdid. Liġi interpretattiva mhux vinkolanti tista’ tikseb benefiċċji simili 3.3 L-irmiġġ Fl-aternattiva leġiżlattiva l-ispejjeż għall-offerti mistennija jkunu baxxi. Id-dħul ta’ aktar operaturi jkollu impatt fuq in-numru tal-ħaddiema b’żieda fil-ħin qiegħed, u waqa’ fil-kwalità u s-sigurtà tas-servizz. Il-kompetizzjoni tiġi mis-selfhandlers. Il-benefiċċju prinċipali ta’ kompetizzjoni akbar huma prezzijiet iktar baxxi. L-aternattiva leġiżlattiva ma jidhirx li hija mixtieqa; aternattiva ta’ liġi interpretattiva mhux vinkolanti tista’ twassal għal benefiċċji simili. 3.4. Konklużjoni Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiċċaraw kif il-leġiżlazzjoni eżistenti, il-ġurisprudenza ta’ l-ECJ u l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni japplikaw għas-servizzi tekniċi-nawtiċi. 4. Il-Kwistjonijiet Ambjentali Il-portijiet jistgħu jkunu f’żoni mħarsa minn leġiżlazzjoni ambjentali; dan jitlob ippjanar aħjar tal-proċess ta’ bini tal-port. Jekk dan ma jiġix ikkunsidrat jista’ jinqala’ dewmien jew kanċellazzjoni tal-proġetti. L-ispejjeż biex jiġu sodisfatti l-istandards ambjentali jiddependu fuq il-livell ta’ konformità u tad-daqs tal-port. Port kbir jista’ jkollu bżonn ta’ baġit ta’ kważi miljun euro fis-sena. Iċ-ċertifikazzjoni twassal għal ħarsien aħjar ta’ l-ambjent u fiż-żmien medju/qasir għal iffrankar ogħla mill-ispiża għaċ-ċertifikazzjoni. Uħud mill-partijiet interessati jsostnu li hemm inċertezza legali fil-leġiżlazzjoni ambjentali u traspożizzjonijiet differenti fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. Gwida dwar l-interpretazzjoni tagħhom tista’ twassal għal ġestjoni ambjentali mtejjba. Din is-soluzzjoni ta’ liġi mhux vinkolanti hija l-aħjar għażla biex jinkiseb progress f’dawk li huma standards ambjentali u biex toffri gwida lill-awtoritajiet tal-port fuq l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw il-ħruġ ta’ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Komunità għall-iżvilupp tal-portijiet. 5. L-Ippjanar ta’ l-Ispazju Il-flussi tat-trasport madwar l-UE jistgħu jidhru irrazzjonali. Il-merkanzija spiss titwassal lill-utent aħħari fuq it-triq minn portijiet li jinsabu ’l bogħod, filwaqt li jkun hemm portijiet fil-qrib. Għandhom ikunu kkalkulati l-ispejjeż marbutin mar-rotot marittimi ppreferuti fil-preżent mill-Lvant Imbiegħed lejn il-portijiet ta’ l-Ewropa tat-Tramuntana u, bħala eżempju alternattiv, għall-portijiet fil-Mediterran eqreb lejn id-destinazzjoni aħħarija tal-merkanzija. Xenarji alternattivi bi spejjeż inqas ta’ trasport, esterni u marbutin mal-ħin, barra dawk tas-sitwazzjoni preżenti għandhom jiġu maħsuba. Dan jitlob għal valutazzjonijiet ta’ l-impatt ikbar meta jkunu qed jiġu żviluppati l-portijiet il-kbar. L-ineffiċjenzi fil-kollegamenti interni jkollhom bżonn ta’ investimenti infrastutturali konsiderevoli. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw f’dan l-istadju l-aternattiva li "ma jsir xejn" u jħallu din il-materja għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali. Ir-reviżjoni TEN-T ta’ nofs it-term 2010 se tivvaluta l-kollegamenti bejn il-portijiet u l-intern u l-impatt tagħhom fuq il-flussi tat-traffiku. 6. L-Awtonomija finanzjarja, it-Trasparenza u t-Tariffi 6.1. L-Awtonomija finanzjarja u t-tariffi Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw l-aternattiva li "ma jsir xejn" u jħallu l-materja għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, iżda jinsistu fuq il-ħtieġa għal aktar ċarezza fuq il-kompożizzjoni tat-tariffi portwali, u fuq aktar trasparenza fir-rabta tagħhom ma’ l-ispejjeż. 6.2. It-Trasparenza F’aternattiva leġiżlattiva n-numru ta’ portijiet milquta jekk id-Direttiva 2006/111 tkun estiża għal portijiet bi dħul ≥ € 20 m iżda < € 40 m isiru 42, u l-portijiet bi dħul < € 20 m isiru 260. Id-Direttiva diġà tapplika għal portijiet bi dħul ≥€ 40 m, ma jkun hemm l-ebda impatt fuq dawn. It-trasparenza fil-flussi finanzjarji pubbliċi u fis-sistema tal-prezzijiet fis-settur tal-portijiet tal-Komunità hija essenzjali għal kundizzjonijiet indaqs fi ħdan u bejn il-portijiet. Hija kkunsidrata bħala element ewlieni għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Għajnuna Statali. It-trasparenza fis-sistema tal-kontijiet tfisser trasparenza fit-tariffi tal-portijiet. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrakkomandaw li tkun segwita l-aternattiva leġiżlattiva biex jinħolqu kundizzjonijiet indaqs fost il-portijiet. Rigward l-iffinanzjar pubbliku, it-twettiq ta’ kundizzjonijiet indaqs bejn il-portijiet huwa meħtieġ. Il-Kummissjoni se ssegwi wkoll l-aternattiva ta’ liġi mhux vinkolanti u tadotta linji gwida fuq l-Għajnuna statali lill-portijiet. 7. L-IMMAġNI TAL-PORTIJIET Il-portijiet spiss għandhom immaġni pubbliku tajba insuffiċjenti. Il-promozzjoni ta’ l-immaġni tal-portijiet Ewropej hija suġġett li fil-parti l-kbira għandu jitħalla f’idejn il-portijiet infushom, ir-reġjuni u l-Istati Membri. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jeżaminaw il-kooperazzjoni, speċjalment dwar l-ambjent u l-aspetti ta’ sigurtà. Sezzjoni 5: Is-Sommarju ta’ l- GħANIJIET U L-IMPATTI, L-ATERNATTIVIET MIżMUMA U L-VALUR MIżJUD TA’ L-UE 5.1. TABELLA FIL-QOSOR L-għanijiet u l-impatti | L-aternattiva 1 | L-aternattiva 2 | L-aternattiva 3 | It-tifsira ta’ l-aternattiva | Ma jsir xejn | L-aternattiva leġiżlattiva | Il-liġi mhux vinkolanti | L-impatt fuq l-għanijiet tal-politika dwar aċċess ġdid għas-suq | Il-konċessjonijiet | - | + | ++ | Ix-xogħol fil-Portijiet | - | 0 | ++ | Is-servizzi tekniċi-nawtiċi | - | + | + | L-impatti ekonomiċi | Il-kwistjonijiet ambjentali | -- | + | ++ | L-ippjanar ta’ l-ispazju | 0 | n/a | + | It-trasparenza finanzjarja, l-awtonomija u t-tariffi | -- | ++ | ++ | L-impatt fuq politika oħra rilevanti tal-Komunità | L-Ambjent | - | + | ++ | Is-Soċjali | - | + | ++ | ++ = Impatt pożittiv sinifikanti + = Impatt pjuttost pożittiv 0 = La pożittiv u lanqas negattiv/l-ebda tibdil mis-sitwazzjoni preżenti/f’dan il-mument mhux ċar − = Impatt pjuttost negattiv −− = Impatt negattiv sinifikanti n/a = Ma japplikax 5.2. L-alternattivi rrakkomandati 1. L-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-ġurisprudenza u l-Komunikazzjonijiet preżenti dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-konċessjonijiet fil-portijiet u s-servizzi tekniċi-nawtiċi. 2. L-inkoraġġiment ta’ djalogu soċjali dwar il-portijiet. Ikun propost qafas reċiprokament rikonoxxut dwar it-taħriġ tal-ħaddiema tal-port. Il-monitoraġġ tar-regoli tas-saħħa u tas-sigurtà fil-portijiet. 3. L-estensjoni tad-Direttiva 2006/111 għall-portijiet kollha. 4. Il-linji gwida dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali 5. Il-valutazzjoni tal-kollegamenti bejn il-portijiet u l-intern u l-impatt tagħhom fuq il-flussi tat-traffiku. 6. L-esplorazzjoni tal-promozzjoni ta’ l-immaġni tal-portijiet. 5.3. Il-valur miżjud ta’ l-UE Il-Komunikazzjoni tipproponi approċċ integrat għall-isfidi li għandhom il-portijiet fl-UE. SEZZJONI 6: IL-MONITORAġġ U L-VALUTAZZJONI Il-Kummissjoni tidentifika azzjonijiet f’livell ta’ l-UE għal ġabra koerenti ta’ miżuri għal oqsma differenti ta’ politika. Soluzzjoni waħdanija ma tistax tlaħħaq mal-kwistjonijiet kollha marbutin mal-portijiet. Is-soluzzjoni hija taħlita ta’ miżuri. Sezzjoni 7: Il-Monitoraġġ u L-Valutazzjoni Il-Komunikazzjoni dwar Politika Ewropea għall-Portijiet se telenka l-azzjonijiet li se tieħu l-Kummissjoni bejn l-2008 u l-2009 dwar l-oqsma differenti tal-politika marbuta mal-portijiet.[pic][pic][pic]