52007SC0476

Abbozz ta' baġit ta' emenda preliminari nru 3 għall-baġit ġenerali 2007 - Rendikont ġenerali tad-dħul - Dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq skond it-taqsima - Taqsima III - Il-Kummissjoni (preżentat mill-Kummissjoni) /* SEK/2007/0476 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 13.4.2007

SEG(2007) 476 finali

ABBOZZ TA' BAĠIT TA' EMENDA PRELIMINARI Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2007

RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U L-INFIQ SKOND IT-TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni

(preżentat mill-Kummissjoni)

ABBOZZ TA' BAĠIT TA' EMENDA PRELIMINARI Nru 3 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2007

RENDIKONT ĠENERALI TAD-DĦUL DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U L-INFIQ SKOND IT-TAQSIMA Taqsima III - Il-Kummissjoni

Wara li kkunsidrat:

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 272 tiegħu,

- it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

- ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit abbozz ta' baġit ta' emenda preliminari Nru 3 tal-baġit ta' l-2007 għar-raġunijiet stipulati fil-memorandum ta' spjegazzjoni.

WERREJ

1. Introduzzjoni 4

2. L-AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-KOMPETITTIVITà U L-INNOVAZZJONI 4

3. Modifika ta' l-istruttura baġitarja ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) 6

4. Modifika tal-pjan ta' stabbiliment tal-Eurojust 6

5. Modifika tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) 7

6. Modifika tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (FRONTEX) 7

TABELLA MQASSRA TA' TIBDILIET PROPOSTI MILL-PDAB 3/2007 8

RENDIKONT ĠENERALI TA’ DĦUL U RENDIKONT TA’ DĦUL U NFIQ SKOND IT-TAQSIMA

Ir-rendikont ġenerali tad-dħul u r-rendikont tad-dħul u l-infiq għal kull taqsima huma mibgħuta separatament permezz tas-sistema SEI-BUD. Bħala eżempju, tinsab mehmuża verżjoni bl-Ingliż f'forma ta' anness baġitarju.

1. INTRODUZZJONI

L-għan ta' l-Abbozz ta' baġit ta' emenda preliminari (PDAB) 3/2007 huwa li jistabbilixxi struttura u allokazzjonijiet baġitarji li jippermettu l-iffinanzjar ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni fl-2007.

Il-PDAB preżenti jantiċipa modifiki fl-istruttura baġitarja b'riżultat ta' l-estensjoni tal-mandat ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura; u l-modifika tal-pjanijiet ta' stabbiliment għal tliet aġenziji oħra: il-Eurojust, l-Aġenzija Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Frontex.

2. L-AĠENZIJA EŻEKUTTIVA GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U L-INNOVAZZJONI

Fil-qafas ta' l-istrateġija ta' Lisbona għat-tkabbir u l-impjiegi, l-Unjoni Ewropea ħadet miżuri sabiex tippromwovi u tiżviluppa l-kompetittività u l-innovazzjoni biex tikkontribwixxi għat-tkabbir u tagħmel l-Ewropa post aktar attraenti għall-investiment u x-xogħol.

Dawn il-miżuri jinkludu d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi Programm ta' Qafas ta' Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) 2007-2013,[2] li jikkonsisti fil-Programm għall-Intraprenditorija u l-Innovazzjoni (EIP), il-Programm ta' Appoġġ għall-Politika ta' l-Informazzjoni u t-Teknoloġija ta' Komunikazzjoni (ICT) u l-Programm Ewropa ta' Enerġija Intelliġenti (IEE). Dawn il-miżuri jinkludu wkoll ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Marco Polo II 2007-2013[3].

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi jagħti lill-Kummissjoni, assistita minn kumitat regolatorju u soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet, il-poter li tuża korpi Komunitarji b'personalità ġuridika (aġenziji eżekuttivi) bl-għan li jwettqu ċerti ħidmiet marbuta mat-tmexxija ta' programmi Komunitarji, inklużi ħidmiet ta' implimentazzjoni tal-baġit. Dan jippermetti lill-Kummissjoni sabiex tagħmel użu minn għarfien tekniku espert suffiċjenti għat-tmexxija ta' tali programmi, sabiex tiffoka fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha, u tikkontrolla aħjar il-ħidmiet li tafda lil korpi barranin.

Il-Kummissjoni użat din il-possibbiltà billi waqqfet l-Aġenzija Eżekuttiva ta' Enerġija Intelliġenti (IEEA) bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta' Diċembru 2003, sabiex tmexxi l-azzjoni Komunitarja fil-qasam ta' l-enerġija mwettqa fil-qafas ta' l-ewwel Programm Ewropa ta' Enerġija Intelliġenti.

Wara opinjoni favorevoli mill-Kumitat Regolatorju għall-Aġenziji Eżekuttivi fl-14 ta' Frar 2007, id-Deċiżjoni 2004/20/KE issa qed tkun emendata sabiex tagħti lill-"Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti" ċerti ħidmiet ta' tmexxija marbuta ma' l-implimentazzjoni tat-tieni programm IEE (is-suċċessur tal-programm IEE kurrenti li ġie integrat fiċ-CIP), u tkabbar il-qasam ta' attività tagħha sabiex tinkludi ċerti ħidmiet ta' tmexxija marbuta mat-twettiq tal-Programm ta' Intraprenditorjat u Innovazzjoni (EIP) u ċerti ħidmiet ta' tmexxija marbuta mal-Programm Marco Polo II.

F'termini konkreti dan ikun ifisser estensjoni tat-tul, id-daqs u r-responsabbiltajiet ta' l-IEEA eżistenti kif ukoll isem ġdid "Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni sabiex jirriflettu l-programmi u ħidmiet ġodda fdati lil din l-aġenzija.

Il-PDAB 3/2007 preżenti jipproponi li jkunu stabbiliti l-istruttura u l-allokazzjonijiet baġitarji meħtieġa sabiex jippermettu l-iffinanzjar ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni waqt is-sena tal-baġit 2007.

In-nefqa għall-Aġenzija Eżekuttiva ssir mill-programmi indikati hawn fuq, ilkoll koperti mill-intestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju 2007 - 2013.

It-tibdiliet baġitarji meħtieġa bħala riżultat tat-twaqqif ta' l-Aġenzija Eżekuttiva huma mqassra fit-tabella, fi tmiem it-test. L-effett nett tagħhom ikun, minn perspettiva baġitarja, wieħed newtrali.

B'mod aktar dettaljat u konformi mal-ġustifikazzjoni u r-rendikont finanzjarju ppreżentat mid-DĠ Baġit lill-Awtorità Baġtarja[4], il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għandu jiffinanzja, fl-2007, sussidju totali ta' 9,7 miljun EUR[5]għall-baġit ta' l-aġenzija Eżekuttiva, inkluż l-ammont ta' 5,3 EUR diġà awtorizzat fil-baġit 2007 għall-aġenzija eżekuttiva eżistenti.

Inħolqu l-punti baġitarji ġodda li ġejjin:

- 02 01 04 30 – Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Sussidju mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ta' Intraprenditorjat u Innovazzjoni

- 06 01 04 32 - Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Sussidju mill-Programm Marco Polo II

It-titolu tal-punt baġitarju eżistenti 06 01 04 30 ikun emendat kif ġej:

- 06 01 04 30 – Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Sussidju mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Il-Programm 'Enerġija Intelliġenti – Ewropa'

L-allokazzjonijiet għall-punti baġitarji li ġejjin ikunu aġġustati bl-istess mod:

- 02 01 04 04 – Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Il-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni – Nefqa fuq it-tmexxija amministrattiva

- 02 02 01 – Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Il-Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni

- 06 02 06 — Il-programm Marco Polo II

- 06 04 06 – Il-Programm ta' Qafas ta' Kompetittività u Innovazzjoni, Programm 'Enerġija Intelliġenti - Ewropa'

Fl-2007, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni jkollha persunal ta' 35 aġent statutorju fil-pjan ta' stabbiliment tagħha, 11-il uffiċjal sekondat minnhom mill-Kummissjoni; il-persunal statutorju ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti u 16-il aġent temporanju, li minnhom 5 huma uffiċjali sekondati mill-Kummissjoni.

3. MODIFIKA TA' L-ISTRUTTURA BAġITARJA TA' L-AġENZIJA EżEKUTTIVA GħALL-EDUKAZZJONI, L-AWDJOVIżIV U L-KULTURA (EACEA)

Il-mandat ta' l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/114/KE tat-8 ta' Frar 2007, sabiex tinkludi t-tmexxija tal-programmi Youth u Erasmus Mundus li fihom huma involuti l-benefiċjarji ta' l-IPA (L-Istrument ta' Qabel l-Adeżjoni).

Sabiex tiġi akkomodata din il-bidla fi ħdan l-istruttura baġitarja, hu propost li jinħoloq il-punt li ġej fil-baġit 2007:

- 22 01 04 30 Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — Sussidju għall-programmi ta' l-intestatura 4 fil-politika dwar it-tkabbir.

F'dan il-punt, hu propost li tiddaħħal "p.m." fil-linja.

Il-mandat estiż jitlob ukoll aġġustament tal-pjan ta' stabbiliment ta' l-Aġenzija Eżekuttiva, li hu deskritt fl-anness għall-baġit. It-tliet aġenti temporanji addizzjonali huma marbuta ma' l-implimentazzjoni tal-Programm Erasmus Mundus dwar il-Kooperazzjoni Esterna u l-Programm Erasmus Mundus dwar il-Balkani tal-Punent li ġew fdati lill-Aġenzija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2007/114/KE) tat-8 ta' Frar 2007. Barra minn hekk, it-taqsim mill-ġdid ta' l-aġenti temporanji skond il-grad hi aġġustata sabiex tikkorrispondi ma' l-indikazzjonijiet ta' l-Istqarrija Leġiżlattiva Finanzjarja dwar l-estensjoni tal-mandat ta' l-Aġenzija.

4. MODIFIKA TAL-PJAN TA' STABBILIMENT TAL-EUROJUST

Fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2007, l-awtorità baġitarja emendat l-ammont għall-Eurojust, u żiditu għal 18,4 miljun EUR imqabbla mas-17-il miljun EUR li kienu ddaħħlu fl-abbozz preliminari tal-baġit. Sabiex tuża l-livell ta' approprjazzjonijiet awtorizzat mill-Awtorità Baġitarja, il-Eurojust titlob li żżid it-talba tagħha għall-persunal minn 144 għal 147 post.

L-għadd ippjanat ta' 147 post għas-sena 2007 jirriżulta mill-espansjoni tal-ħidmiet u l-funzjonijiet li jridu jsiru kemm fl-oqsma operazzjonali kif ukoll f'dawk amministrattivi ta' l-Eurojust.

Il-Pjan ta' Stabbiliment propost jinkludi wkoll modifika tat-taqsim bil-kategorija u l-grad tal-persunal.

Il-modifiki proposti ma għandhom l-ebda effett baġitarju.

5. MODIFIKA TAL-PJAN TA' STABBILIMENT TA' L-AġENZIJA EWROPEA GħAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI (FRA)

Il-bidla taċ-Ċentru Ewropew għas-Sorveljanza tar-Razziżmu u l-Ksenofobija (EUMC) f'Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) twassal mandat usa' meta mqabbel ma' l-istrutturi preżenti ta' l-EUMC. Il-ħidmiet il-ġodda ta' għarfien espert ikunu jeħtieġu r-reklutaġġ ta' aktar speċjalisti fil-livell Universitarju. Għalhekk l-Aġenzija tipproponi distribuzzjoni aħjar tal-postijiet bejn l-Amministraturi u l-Assistenti, billi ttejjeb il-pjan ta' Stabbiliment flimkien mat-tnaqqis ta' l-għadd totali tal-postijiet (minn 50 għal 46 post).

L-aġġustament mill-ġdid tal-Pjan ta' Stabbiliment propost ma jkollu l-ebda impatt fuq il-livell ta' l-approprjazzjonijiet baġitarji.

6. MODIFIKA TAL-PJAN TA' STABBILIMENT TA' L-AġENZIJA EWROPEA GħALL-ĠESTJONI TAL-KOOPERAZZJONI OPERAZZJONALI FIL-FRUNTIERI ESTERNI TA' L-ISTATI MEMBRI TA' L-UNJONI EWROPEA (FRONTEX)

Fil-baġit ta' l-Unjoni Ewropea għall-2007, l-awtorità baġitarja qiegħdet ammont addizzjonali ta' 12,8 miljun EUR fir-riżerva għal Frontex. L-ammont addizzjonali (+60%) ingħata lill-Aġenzija sabiex jippermettilha twettaq ħidmietha aħjar. Madanakollu, ma saret l-ebda bidla li tikkorrispondi magħha għall-pjan ta' stabbiliment. Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tar-riżerva huma marbuta mal-programm ta' ħidma u l-politika dwar il-persunal.

Frontex ħejjiet Programm ta' Ħidma 2007 rivedut, approvat mill-Bord ta' Tmexxija. Il-ħruġ tal-fondi addizzjonali fir-riżerva hu meħtieġ għall-Frontex sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma rivedut għall-2007. Hu meħtieġ ukoll li l-pjan ta' stabbiliment jiżdied minn 34 għal 49, kif miktub fl-istess dokument.

L-għadd ta' persunal preżenti mhux biżżejjed sabiex jindirizza ż-żieda fl-attivitajiet operazzjonali. Iż-żieda fl-għadd ta' operazzjonijiet jew proġetti (103 b'kollox, appoġġjati minn analiżi ta' riskju apposta) tista' tkun implimentata b'suċċess biss sakemm il-Frontex ikollha persunal ta' appoġġ operazzjonali suffiċjenti.

Għal dawn ir-raġunijiet, hu propost li l-pjan ta' stabbiliment tal-Frontex għall-2007 jkun emendat. Il-modifiki proposti għall-pjan ta' stabbiliment huma baġitarjament newtrali.

TABELLA MQASSRA TA' TIBDILIET PROPOSTI MILL-PDAB 3/2007

2007 Baġit+AB 1+PDAB 2 | PDAB 3/2007 | L-ammont il-ġdid |

Nomenklatura | Intestatura | QF | Impenji Totali | Ħlasijiet Total | Impenji Totali | Ħlasijiet Total | Impenji Totali | Ħlasijiet Total |

02 01 04 04 | Programm ta’ qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ta' Intraprenditorjat u Innovazzjoni – Spiża fuq il-ġestjoni amministrattiva | 1 | 10.600.000 | 10.600.000 | -1.582.000 | -1.582.000 | 9.018.000 | 9.018.000 |

02 01 04 30 | Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Sussidju mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ta' Intraprenditorjat u Innovazzjoni | 1 | 3.082.000 | 3.082.000 | 3.082.000 | 3.082.000 |

02 02 01 | Programm ta’ qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm għall-Intraprenditorjat u l-Innovazzjoni | 1 | 112.600.000 | 60.000.000 | -1.500.000 | -1.500.000 | 111.100.000 | 58.500.000 |

06 01 04 30 | Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Sussidju mill-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Il-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa | 1 | 5.277.000 | 5.277.000 | 460.000 | 460.000 | 5.737.000 | 5.737.000 |

06 01 04 32 | Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Sussidju mill-Programm Marco Polo II | 1 | 870.000 | 870.000 | 870.000 | 870.000 |

06 02 06 | Programm Marco Polo II | 1 | 55.775.000 | 5.000.000 | -870.000 | -870.000 | 54.905.000 | 4.130.000 |

06 04 06 | Programm ta’ qafas għall-innovazzjoni u l-kompetittività – il-programm 'Enerġija intelliġenti – Ewropa' | 1 | 58.883.000 | 6.900.000 | -460.000 | -460.000 | 58.423.000 | 6.440.000 |

22 01 04 30 | Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura — Sussidju għall-programmi ta' l-intestatura 4 fil-politika dwar it-tkabbir | 4 | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

Total | 243.135.000 | 87.777.000 | 243.135.000 | 87.777.000 |

[1] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. kif emendat l-aħħar bir-Regolament 1995/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006(ĠU L 390, 30.12. 2006, p.l).

[2] ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

[3] ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1.

[4] Ittri LRR D(2007) 980 u 983 tas-7.2.2007

[5] Eskluża l-kontribuzzjoni EFTA