52007PC0861

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv /* KUMM/2007/0861 finali - COD 2007/0291 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.12.2007

KUMM(2007) 861 finali

2007/0291 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

SFOND

In-netwerks tal-komunikazzjoni u s-sistemi ta' l-informazzjoni saru fatturi essenzjali fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali. Is-sigurtà u l-flessibbiltà tan-netwerks tal-komunikazzjoni u s-sistemi ta' l-informazzjoni qed iqajmu dejjem aktar tħassib għas-soċjetà. L-istrateġija tal-Kummissjoni "i2010 – Soċjetà ta' l-informatika Ewropea għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi"[1] saħqet fuq l-importanza tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni għall-ħolqien ta' spazju waħdieni Ewropew għall-informazzjoni.

Dan l-aħħar, il-Komunikazzjoni "A strategy for a Secure Information Society – Dialogue, partnership and empowerment"[2] analizzat il-qagħda attwali rigward it-theddid li hemm għas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni u ressqet strateġija politika aġġornata, b'enfasi fuq l-impatt pożittiv tad-diversità teknoloġika fuq is-sigurtà kif ukoll fuq l-importanza tal-ftuħ u ta' l-interoperabbiltà.

Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kunsill ħareġ Riżoluzzjoni dwar Strateġija għal Soċjetà ta' l-Informazzjoni Sikura[3], li appellat lill-ENISA biex "tkompli taħdem id f'id ma' l-Istati Membri, mal-Kummissjoni u mal-partijiet interessati rilevanti l-oħra, sabiex twettaq dawk il-kompiti u tilħaq l-għanijiet iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 460/2004 u sabiex tgħin lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jilħqu r-rekwiżiti tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni, u b'hekk tagħti kontribut għall-implimentazzjoni u għall-iżvilupp ulterjuri ta' l-Istrateġija l-ġdida għal Soċjetà Sikura ta' l-Informazzjoni fl-Ewropa, kif stabbilita f'din ir-Riżoluzzjoni" [traduzzjoni mhux uffiċjali].

L-ISTABBILIMENT TA' L-ENISA

Bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Komunità, ta' l-Istati Membri u għaldaqstant ukoll tal-komunità tan-negozji, biex jipprevjenu, jindirizzaw u jwieġbu għal problemi tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni, fl-2004 twaqqfet l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA) għal perjodu ta' ħames snin[4].

L-iskop ewlieni ta' l-Aġenzija huwa "li jiġi żgurat livell għoli u effettiv tan-netwerks u s-sigurtà tas-sistemi ta' l-informazzjoni ġewwa l-Komunità u sabiex tkun żviluppata kultura ta' sigurtà tan-netwerks u s-sistemi ta' l-informazzjoni għall-benefiċċju taċ-cittadini, tal-konsumaturi, ta' l-impriżi u ta' l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea, u permezz ta' hekk għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern."

Fil-proposta tagħha ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-twaqqif ta' l-ENISA[5], il-Kummissjoni għarrfet li s-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni " saret prijorità politika ewlenija ". Il-gvernijiet qed jaraw responsabbiltà usa' għas-soċjetà u qed jagħmlu sforzi dejjem akbar biex itejbu s-sigurtà fit-territorju tagħhom. Iridu jippromwovu s-sigurtà, pereżempju billi jagħtu appoġġ għal timijiet ta' rispons f'emerġenzi elettroniċi, għar-riċerka u għal kampanji ta' kuxjenza. (...) l-Istati Membri, madankollu, jinsabu fi stadji differenti tax-xogħol tagħhom u jiffokaw fuq affarijiet differenti. (...) m'hemmx kooperazzjoni transkonfinali sistematika dwar is-sikurezza tan-netwerks u ta' l-informazzjoni (...) l-implimentazzjoni tal-qafas legali jvarja. Iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti hija nazzjonali filwaqt li l-industrija globali tiżviluppa standards ewlenin, u l-operaturi u l-bejjiegħa jħabbtu wiċċhom ma' attitudnijiet differenti min-naħa tal-gvernijiet. Dan kollu jwassal għal nuqqas ta' interoperabbiltà li jimpedixxi l-użu tajjeb tal-prodotti u s-servizzi ta' sigurtà. " Il-proposta ressqet argumenti għal koordinazzjoni mtejba u effettiva bejn l-Istati Membru u wkoll bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Komunità, ta' l-Istati Membri u, bħala konsegwenza, l-komunità kummerċjali għall-prevenzjoni, l-indirizzar u tweġib għal problemi ta' sigurtà fin-netwerks u ta' l-informazzjoni.

L-EVALWAZZJONI TA' L-ENISA

L-Artikolu 25 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija jistipula li l-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' l-Aġenzija sa Marzu 2007. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni " għandha twettaq din l-evalwazzjoni, prinċipalment bl-iskop li jiġi deċiż jekk it-tul ta' l-Aġenzija għandux jiġi estiż lil hinn mill-perjodu speċikat fl-Artikolu 27 " (jiġifieri, ta' ħames snin). Barra minn hekk, "[ i]l-valutazzjoni għandha tirrigwarda kemm ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija fil-kisba ta' l-għanijiet u l-kompiti tagħha, kif ukoll il-prattiċi tax-xogħol tagħha u tikkunsidra, jekk hemm bżonn, il-proposti approprjati ".

Bi qbil mat-termini ta' referenza miftehma mal-Bord tat-Tmexxija ta' l-ENISA, f'Ottubru 2006, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni indipendenti minn bord ta' esperti esterni li sservi ta' bażi għall-evalwazzjoni msemmija fir-Regolament ta' l-ENISA. L-għan ta' l-evalwazzjoni esterna kien li tipprovdi analiżi kostruttiva tal-prattiċi ta' ħidma, ta' l-organizzazzjoni u tal-kompetenzi ta' l-Aġenzija, b'rakkomandazzjonijiet għal titjib fejn xieraq. Kif speċifikat fit-termini ta' referenza, l-evalwazzjoni esterna qieset il-fehmiet tal-partijiet kollha interessati. F'Jannar 2007, l-esperti ressqu r-rapport tagħhom, li kkonferma li r-raġunijiet oriġinali tal-politika għall-istabbiliment ta' l-Aġenzija u l-għanijiet oriġinali tagħha għadhom validi[6].

Skond l-Artikolu 25(3) tar-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija, f'Marzu 2007, il-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Aġenzija ħareġ rakkomandazzjonijiet dwar tibdil xieraq għar-Regolament[7]. Waħda minn dawk kienet li r-Regolament għandu jiġi emendat biex jestendi l-mandat ta' l-aġenzija, iżda li l-ambitu ta' l-Aġenzija m'għandhux jinbidel sostanzjalment.

F'Ġunju 2007, il-Kummissjoni ressqet il-Komunikazzjoni COM(2007) 285 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjonijiet ta' l-Aġenzija, li tat ħarsa lejn il-proċess ta' evalwazzjoni u lejn ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni mill-bord ta' esperti esterni.

F'konformità ma' l-Istrateġija tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar[8], saret konsultazzjoni pubblika dwar l-estensjoni u l-ġejjieni ta' l-Aġenzija bejn it-13 ta' Ġunju u s-7 ta' Settembru 2007[9]. Il-biċċa l-kbira tar-rispondenti qablu, inter alia, li Aġenzija tkun għada l-aqwa strument biex tindirizza l-isfidi tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni.

RAġUNIJIET GħALL-AZZJONI

Fit-13 ta' Novembru, il-Kummissjoni pproponiet li titwaqqaf Awtorità Ewropea għas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi[10]. Il-Kummissjoni pproponiet li din l-awtorità għandha tingħata r-responsabbiltà għall-attivitajiet ta' l-ENISA li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità mill-14 ta' Marzu 2011 'il quddiem.

Peress li l-mandat ta' l-Aġenzija se jiskadi fit-13 ta' Marzu 2009, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, se jkun meħtieġ li tiġi adottata miżura tranżitorja għas-sentejn bejn l-iskadenza skedata ta' l-Aġenzija u d-data li fih l-Awtorità Ewropea għas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi se terfa' r-responsabbiltà għall-attivitajiet tagħha li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità.

2007/0291 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[11],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[12],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[13],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura kif stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat[14],

Billi:

1. Fl-2004, Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni[15] (minn issa 'l quddiem "l-Aġenzija").

2. F'Marzu 2007, il-Bord ta' Ġestjoni ta' l-Aġenzija ħareġ rakkomandazzjonjiet dwar it-tibdiliet xierqa għar-Regolament. Waħda minn dawk kienet li r-Regolament għandu jiġi emendat biex jestendi l-mandat ta' l-aġenzija, iżda li l-ambitu ta' l-Aġenzija m'għandhux jinbidel sostanzjalment.

3. F'konformità ma' l-Istrateġija tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjoni pubblika dwar l-estensjoni u l-ġejjieni ta' l-Aġenzija bejn it-13 ta' Ġunju u s-7 ta' Settembru 2007.

4. Fit-13 ta' Novembru, il-Kummissjoni pproponiet li titwaqqaf Awtorità Ewropea għas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi[16]. Il-Kummissjoni pproponiet li din l-awtorità tingħata r-responsabbiltà għall-attivitajiet kollha ta' l-ENISA li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità mill-14 ta' Marzu 2011 'il quddiem.

5. Peress li l-mandat ta' l-Aġenzija se jiskadi fit-13 ta' Marzu 2009, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, huwa meħtieġ li tiġi adottata miżura tranżitorja għas-sentejn bejn l-iskadenza skedata ta' l-Aġenzija u d-data li fih l-Awtorità Ewropea għas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi se terfa' fuqha r-responsabbiltà għall-attivitajiet t ta' l-Aġenzija li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità.

6. Il-perjodu effettiv ta' l-Aġenzija għalhekk għandu jiġi estiż sat-13 ta' Marzu 2011,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Emenda tar-Regolament (KE) Nru 460/2004

L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 27 - Tul ta' Attività

L-Aġenzija għandha tiġi stabbilita fl-14 ta' Marzu 2004 għal perjodu ta' seba' snin."

Artikolu 2Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […], [….]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni.

2. IL-QAFAS ABM / ABB

Il-qasam/oqsma ta' politika kkonċernati u l-attività/attivitajiet assoċjati:

Is-soċjeta ta' l-informazzjoni u l-medja

i2010 - Il-politika dwar il-komunikazzjoni elettronika u s-sigurtà tan-netwerks

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji ta' tħaddim u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex-linji BA)) li jinkludu l-intestaturi:

09 02 03 L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni

09 02 03 01 L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – Sussidju fil-kuntest tat-Titoli 1 u 2

09 02 03 02-L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – Sussidju fil-kuntest tat-Titolu 3

3.2. Tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Id-dikjarazzjoni finanzjarja attwali hija bbażata fuq estensjoni sat-13 ta' Marzu 2011.

3.3. Karatteristiċi tal-baġit:

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | Intestatura f'perspettiva finanzjarja |

09 02 03 01 | Mhux Obblig. | Diff[17] | Le | Iva | Le | Nru 1.a Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi |

09 02 03 02 | Mhux Obblig. | Diff | Le | Iva | Le | Nru 1.a Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi |

4. SINTE ŻI TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Taqsira ta' approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u approprjazzjonijiet ta’ ħlas (AĦ)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta' nefqa | Numru tat-taqsima | 14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Total |

Nefqa operattiva (Titolu 3) |

l-approprjazzjonijiet għall-impenji (CA) | 8.1. | a | 2.192 | 2.788 | 0.563 | 5.543 |

l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (PA) | b | 2.192 | 2.788 | 0.563 | 5.543 |

Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza (Titoli 1 u 2) |

Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 4.482 | 5.702 | 1.151 | 11.335 |

AMMONT TA’ REFERENZA TOTALI |

Approprjazzjonijiet ta’ Impenn | a+c | 6.674 | 8.490 | 1.714 | 16.878 |

Approprjazzjonijiet ta' Ħlas | b+c | 6.674 | 8.490 | 1.714 | 16.878 |

Nefqa amministrattiva li mhijiex inkluża fl-ammont ta’ referenza[18] |

Riżorsi umani u spejjeż assoċjati (AMD) | 8.2.5. | d | 0.329 | 0.410 | 0.081 | 0.819 |

Spejjeż amministrattivi, għajr għal riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0.008 | 0.010 | 0.002 | 0.020 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervenzjoni |

TOTAL AI inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 7.011 | 8.910 | 1.797 | 17.717 |

TOTAL AĦ inkluża n-nefqa tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 7.011 | 8.910 | 1.797 | 17.717 |

Dettalji ta’ kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu linji addizzjonali jekk ikun previst kofinanzjament minn korpi differenti):

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Korp ta' kofinanzjament | 14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Total |

f |

TOTAL AI inkluż kofinanzjament | a+c+d+e+f | 7.011 | 8.910 | 1.797 | 17.717 |

4.1.2. Il-kompatibilità ma' l-ipproggrammar finanzjarju

( Il-proposta hija kompatibbli ma' l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[19] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljun (sa punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 55 | 55 | 55 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fil-medda l-qasira jew fil-medda t-twila

Peress li mhemmx biżżejjed żmien qabel tmiem il-mandat attwali ta' l-ENIS għal dibattitu sħiħ u sostantiv dwar proposta ġdida sostanzjali, sempliċement l-estensjoni ta' l-ENISA f'forma identika tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jadottaw rapidament bażi ġuridika tranżitorja sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta' l-ENISA u tiġi evitata l-kontinwità tal-miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni.

5.2. Valur miżjud ta' l-involviment Komunitarju u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u sinerġija possibbli

Peress li ħafna jiddependi fuq is-sistemi tan-netwerks u ta' l-informazzjoni, it-tħaddim sikur tagħhom sar punt ewlieni ta' tħassib. Is-sistemi ta' l-informazzjoni huma kruċjali għall-ekonomija kollha, mhux biss għall-biċċa l-kbira tas-setturi ta' l-industrija, iżda wkoll għas-settur pubbliku u għaċ-ċittadini privati. Kwalunkwe ħsara f'sistemi bħal dawn tirrigwarda lil kulħadd – lill-individwi, lill-amministrazzjonijiet pubbliċi u lin-negozjanti.

Is-sigurtà għalhekk saret punt ta' tħassib kbir mil-lat ta' politika. Il-gvernijiet qed jaraw responsabbiltà usa' għas-soċjetà u qed jagħmlu sforzi dejjem akbar biex itejbu s-sigurtà fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri, madankollu, jinsabu fi stadji differenti tax-xogħol tagħhom u jiffokaw fuq affarijiet differenti. L-implimentazzjoni tal-qafas ġuridiku jvarja wkoll. Jeżisti nuqqas ta' interoperabbiltà li jimpedixxi l-użu tajjeb tal-prodotti u s-servizzi ta' sigurtà .

Ix-xogħol ta' l-Aġenzija jiffoka fuq it-titjib tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni fl-Ewropa u t-titjib tal-kapaċità ta' l-Istati Membri, individwalment u kollettivament biex jirrispondu għal problemi kbar fis-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni. Huwa mmirat biex jiżgura l-kooperazzjoni transkonfinali sistematika dwar is-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni bejn l-Istati Membri.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

- It-titjib ta' l-elastiċità fin-netwerks Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika

Ix-xogħol ta' l-Aġenzija sa l-2009 se jinkludi, fost affarijiet oħra, stħarriġ ta' l-obbligi ta' elastiċità, rekwiżiti u prassi tajba li qed jintużaw[20], kif ukoll analiżi ta' metodi u proċeduri ulterjuri biex tittejjeb l-elastiċità. Fl-2009 u l-2010, se jseħħu proġetti sperimentali addizzjonali biex tiġi vvalutata l-validità tar-rekwiżiti, tal-metodi u tal-prassi. Dan il-programm se jsegwi u jappoġġa, kif meħtieġ, ir-reviżjoni u l-aġġornar tad-Direttivi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

- L-iżvilupp u ż-żamma tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri

L-ENISA għandha tkompli tibni fuq l-isforzi tagħha li tidentifika ċrieki ta' kompetenza fis-sigurtà madwar l-Ewropa fuq suġġetti bħat-trawwim tal-kuxjenza u r-rispons għall-inċidenti, l-kooperazzjoni dwar l-interoperabilità ta' eID pan-Ewropea[21] u ż-żamma ta' pjattaforma li tappoġġa il-qsim ta' prassi tajba fin-NIS Ewropej[22]. Mill-2009 sa l-2010, għandha tinkiseb aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li jittejbu l-kapaċitajiet ta' l-Istati Membri kollha u jittejbu l-livelli globali ta' koerenza u interoperabilità.

- L-identifikazzjoni ta' riskji emerġenti għall-ħolqien tal-affidabilità u l-kunfidenza

Matul l-2009 u l-2010, l-identifikazzjoni tar-riskji emerġenti se tiġi rfinata, biex b'hekk il-ġbir tad-dejta, l-ipproċessar, it-tixrid u r-reazzjonijiet isiru sistematiċi. L-impatt mistenni se jkun l-identifikazzjoni aktar bikrija tar-riskji emerġenti matul l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta' applikazzjonijiet u servizzi ġodda.

- Il-bini tal-kunfidenza fl-informazzjoni mal-mikro-impriżi

L-era ta' l-informazzjoni diġitali qed tkompli tiftaħ ħafna opportunitajiet għall-impriżi, speċjalment għall-mikroimpriżi. Madankollu, għad jeżistu dgħufijiet f'dak li jirrigwarda żvilupp ulterjuri u l-adozzjoni ta' l-ICT mill-utenti. L-għan huwa li jinġabru u jiġu vvalutati l-ħtiġijiet u l-istennijiet tal-mikro-impriżi f'dan il-qasam, it-twettiq ta' eżerċizzji ta' analiżi tad-differenzi u t-tmexxija ta' l-approċċ ta' valutazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju ta' l-ENISA.

5.4. Metodi għall-implimentazzjoni (indikattivi)

( Ġestjoni ċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament permezz ta’ delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet mis-settur nazzjonali pubbliku/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku

( Tmexxija maqsuma jew diċentralizzata

( ma’ Stati Membri

( ma’ pajjiżi terzi

( Tmexxija konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. SORVELJANZA U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ sorveljanza

Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli għall-monitoraġġ effettiv u l-evalwazzjoni tar-rendiment ta' l-Aġenzija meta mqabbla ma' l-għanijiet u r-rapporti, annwalment lill-Bord ta' Ġestjoni.

Id-Direttur Eżekuttiv ifassal ir-rapport ġenerali li jkopri l-attivitajiet kollha t'a l-Aġenzija fis-sena ta' qabel li, b'mod partikolari jqabbel ir-riżultati miksuba ma' l-għanijiet tal-programm ta' ħidma annwali. Wara l-adozzjoni mill-Bord ta' Ġestjoni, dan ir-rapport jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u jiġi ppubblikat.

6.2. Evalwazzjoni

Minn meta l-ENISA twaqqfet fl-2004, kienet soġġetta għal evalwazzjonijiet esterni u interni.

Skond l-Artikolu 25 tar-Regolament ENISA, l-ewwel pass f'dan il-proċess kien l-evalwazzjoni indipendenti ta' l-ENISA minn panil ta' esperti esterni fl-2006/2007. Ir-rapport minn panil ta' esperti esterni[23] kkonferma li r-raġunijiet oriġinali ta' politika għall-istabbiliment ta' l-ENISA u l-għanijiet oriġinali tagħha għadhom validi u kien ukoll ċentrali biex jitqajmu xi wħud mill-kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati.

F'Marzu 2007, il-Kummissjoni rrappurtat dwar l-evalwazzjoni lill-Bord ta' ġestjoni, li mbagħad għamel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar il-ġejjieni ta' l-Aġenzija u dwar il-bidliet għar-Regolament ENISA[24].

F'Ġunju 2007, il-Kummissjoni ressqet il-valutazzjoni tagħha tar-riżultati dwar l-evalwazzjoni esterna u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta' ġestjoni f'Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill[25]. Il-Komunikazzjoni qalet li għandha ssir għażla bejn li jiġi estiż il-mandat ta' l-Aġenżija jew li l-Aġenżija tiġi ssostitwita b'mekkaniżmu ieħor, per eżempju forum permanenti ta' partijiet interessati, jew netwerk ta' organizzazzjonijiet ta' sigurtà. Il-Komunikazzjoni fetħet ukoll konsultazzjoni pubblika dwar dan is-suġġett, fejn talbet lill-partijiet interessati Ewropej għall-fehmiet tagħhom b'lista ta' mistoqsijiet bħala gwida għal diskussjonijeit ulterjuri[26].

7. Miżuri kontra l-frodi

Il-ħlasijiet għal kwalunkwe servizz jew studji mitluba jiġu vverifikati mill-Istaff ta' l-Aġenzija qabel il-ħlas. Dispożizzjonijiet kontra l-frodi (superviżjoni, rekwiżiti ta' rappurtar, eċċ.) se jkunu inklużi fil-ftehimiet u l-kuntratti kollha konklużi bejn l-Aġenzija u r-rekwiżiti ta' kwalunkwe ħlasijiet.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

(Indika l-intestaturi ta' l-għanijiet, ta' l-azzjonijiet u tar-realizzazzjoni) | 14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | Spiża totali |

GĦAN OPERATTIV Nru 1 It-titjib ta' l-elastiċità fin-netwerks Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika |

Azzjoni 1: Analiżita' miżuri ġuridiċi u regolatorji dwar l-elastiċità tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet pubbliċi |

Azzjoni 2: Il-promozzjoni ta' l-eżerċizzi għall-ġestjoni ta' kriżijiet tal-kompjuters |

Azzjoni 3: L-iżvilupp ta' miżuri ulterjuri biex tittejjeb l-elastiċità |

- Riżultat: Grupp virtwali ta' esperti dwar "it-titjib ta' l-elastiċità". (inkluż id-DNSSEC); rapporti dwar teknoloġiji ta' qofol u ta' l-Internet elastiċi; rapport dettaljat dwar teknoloġiji emerġenti ta' l-elastiċità |

Subtotal ta’ Għan 1 | 0.245 | 0.305 | 0.060 | 0.610 |

GĦAN OPERATTIV Nru 2 L-iżvilupp u ż-żamma tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri |

Azzjoni 1: Pjattaforma ta' kooperazzjoni għall-komunità tat-trawwim tal-kuxjenza |

- Riżultat: lista interna ta' kuntatti ta' esperti għat-trawwim tal-kuxjenza li huma parti mill-komunità ENISA AR |

Azzjoni 2: Ċirku ta' kompetenza fis-sigurtà għall-komunità CERT. L-ENISA se tibni fuq l-għarfien, prassi tajba stabbiliti u proġetti ta' suċċess mill-komunitajiet varji eżistenti tas-CERT fl-Ewropa u lil hinn. |

Subtotal ta’ Għan 2 | 0.241 | 0.300 | 0.059 | 0.600 |

GĦAN OPERATTIV Nru 3 L-identifikazzjoni ta' riskji emerġenti għall-ħolqien tal-affidabilità u l-kunfidenza |

Azzjoni 1: Database sperimentali għar-riskji emerġenti |

Azzjoni 2: Dokumenti ta' pożizzjoni mmirati lejn l-analiżi tat-theddid għat-teknoloġiji emerġenti abbażi tas-suġġerimenti tal-partijiet interessati u l-PSG |

Subtotal ta’ Għan 3 | 0.172 | 0.215 | 0.043 | 0.430 |

GĦAN OPERATTIV Nru 4 Il-bini tal-kunfidenza fl-informazzjoni mal-mikro-impriżi |

Azzjoni 1: Analiżi kontinwa tal-ħtiġijiet u l-istennijiet tal-mikro-impriżi, il-bini ta' l-iskambji u l-għarfien fost il-partijiet interessati |

Azzjoni 2: Valutazzjoni tal-proċess għall-ġestjoni tar-riskji għall-mikro-impriżi |

- Riżultat: Proġetti pilota għall-iżvilupp u l-użu ta' l-għarfien meħtieġ dwar il-ġestjoni tar-riskji |

Subtotal ta’ Għan 4 | 0.088 | 0.110 | 0.022 | 0.220 |

GĦAN OPERATTIV Nru 5 Il-ġestjoni ta' l-attivitajiet |

Azzjoni 1: Komunikazzjoni u avviċinament għall-partijiet interessati tan-NIS |

Azzjoni 2: Il-ġestjoni tal-korpi u l-gruppi ta' l-ENISA, jiġifieri laqgħat tal-Bord ta' ġestjoni u tal-Grupp Permanenti ta' Partijiet Interessati, il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet tal-Gruppi ta' Ħidma u l-ġestjoni tan-netwerk ta' l-Uffiċjali Nazzjonali tal-Kuntatt. |

Subtotal ta’ Għan 5 | 1.446 | 1.858 | 0.379 | 3.683 |

SPIŻA TOTALI | 2.192 | 2.788 | 0.563 | 5.543 |

8.2. Spejjeż amministrattivi

8.2.1. Għadd u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ karigi | Persunal li għandu jiġi assenjat bit-tmexxija ta’ l-azzjoni bl-użu ta' riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta' postijiet/FTEs) |

14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 |

Uffiċjali jew persunal temporanju | A*/AD | 29 | 29 | 29 |

B*, C*/AST | 15 | 15 | 15 |

Persunal ieħor | 11 | 11 | 11 |

TOTAL | 55 | 55 | 55 |

8.2.2. Deskrizzjoni ta’ ħidmiet maħruġa mill-azzjoni

L-Aġenzija se tkompli:

- jkollha funzjonijiet ta' konsulenza u ta' koordinazzjoni, minn fejn tiġbor u tanalizza d-dejta dwar is-sigurtà ta' l-informazzjoni. Illum, kemm l-organizzazzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk privati b'għanijiet differenti jiġbru dejta dwar inċidenti ta' l-IT u dejta oħra rilevanti għas-sigurtà ta' l-informazzjoni. Madankollu, m'hemm l-ebda entità ċentrali fuq il-livell Ewropew li, b'mod komprensiv, tista' tiġbor u tanlizza d-dejta u tipprovdi opinjonijiet u pariri b'appoġġ għax-xogħol ta' politika tal-Komunità dwar is-sigurtà tan-netwerk u ta' l-informazzjoni;

- isservi bħala ċentru ta' għarfien espert li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Komunità jistgħu jikkonsultaw għal opinjonijiet u pariri dwar kwistjonijiet tekniċi marbuta mas-sigurtà;

- tikkontribwixxi għal kooperazzjoni wiesgħa bejn atturi differenti fil-qasam tas-sigurtà ta' l-informazzjoni, eż. tagħti għajnuna fl-attivitajiet ta' segwitu b'appoġġ għall-kummerċ elettroniku sikur. Kooperazzjoni bħal din tkun prerekwiżit vitali għat-tħaddim sikur tan-netwerks u tas-sistemi ta' l-informazzjoni fl-Ewropa. Il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-partijiet interessati kollha hija meħtieġa;

- tikkontribwixxi għall-approċċ koordinat għas-sigurtà ta' l-informazzjoni permezz ta' appoġġ lill-Istati Membri, eż dwar il-promozzjoni ta' attivitajiet għal-valutazzjoni tar-riskji u ta' trawwim ta' kuxjenza;

- tiżgura l-interoperabilità tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni meta l-Istati Membri japplikaw rekwiżiti tekniċi li jaffetwaw is-sigurtà;

- tidentifika l-ħtiġijiet ta' standardizzazzjoni rilevanti u tivvaluta l-istandards ta' sigurtà eżistenti kif ukoll l-iskemi ta' ċertifikazzjoni, u tippromwovi l-użu tagħhom l-aktar fil-wisa' b'appoġġ għal-leġiżlazzjoni Ewropea;

- tappoġġa l- kooperazzjoni internazzjonali f'dan il-qasam li qed issir dejjem aktar meħtieġa peress li l-kwistjonijiet tas-sigurtà tan-netwerks u ta' l-informazzjoni huma globali.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (koperti mir-Regolamenti ta' l-Istaff)

( Karigi attwalment allokati lit-tmexxija tal-programm li se jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( Karigi li se jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li jridu jerġgħu jimtlew permezz ta’ riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ tmexxija (tqassim mill-ġdid intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Spejjeż amministrattivi oħra inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | 14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | TOTAL |

Titolu 2 – Tħaddim ta' l-Aġenzija Din l-approprjazzjoni hija maħsuba li tkopri: il-bini u spejjeż assoċjati, proprjetà mobbli u spejjeż assoċjati, spejjeż amministrattivi attwali u spejjeż fl-ICT | 0.501 | 0.637 | 0.129 | 1.266 |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra | 4.482 | 5.702 | 1.151 | 11.335 |

8.2.5. Spiża finanzjarja ta’ riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara |

Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) | 0.329 (3.5 uffiċjali) | 0.410 (3.5 uffiċjali) | 0.081 (3.5 uffiċjali) |

Staff iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarju, esperti nazzjonali ssekondati, staff kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 0.329 | 0.410 | 0.081 |

Din hija l-ispiża għall-istaff assenjat għall-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni ta' l-Aġenzija fi ħdan il-Kummissjoni.

Kalkolu: - Uffiċjali u Aġenti temporanji

Fl-2009-2010, 3.5 uffiċjali fis-sena se jkunu allokati għall-kompiti ta' superviżjoni, monitoraġġ tal-baġit u finanzjament u wkoll koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija. Għad-dettalji, ara t-Tabella 8.2.5. L-istima tax-xogħol hija bbażata fuq l-esperjenza miksuba mix-xogħol ma' l-Aġenzija sa issa.

Kalkolu – L-impjegati iffinanzjati skond l-Artikolu XX 01 02

Mhux ippjanat staff bħal dan.

8.2.6. Nefqiet oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) |

14 Mar – 31 Diċ 2009 | 2010 | 1 Jan – 13 Mar 2011 | 2012 | 2013 | 2014 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.008 | 0.010 | 0.002 | 0.020 |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[27] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 It-total ta’ infiq ieħor ta’ ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

It-total tan-nefqiet amministrattivi minbarra r-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.008 | 0.010 | 0.002 | 0.020 |

Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra li mhumiex inklużi fl-ammont ta ’ referenza

[1] COM(2005) 229.

[2] COM (2006) 251, 31.5.2006.

[3] ĠU C 68, 24.3.2007, p. 1.

[4] Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 460/2004 ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni – ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament ta' l-ENISA").

[5] COM(2003) 63, 11.2.2003.

[6] Disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/dgs/information_society/evaluation/studies/index_en.htm.

[7] Disponibbli fuq: http://enisa.europa.eu/pages/03_02.htm.

[8] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea - COM(2006) 689.

[9] F'din il-websajt tista' ssib link għar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika: http://ec.europa.eu/information_society/policy/nis/enisa/index_en.htm.

[10] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Suq fil-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, COM(2007) 699.

[11] ĠU C […], […], p. […].

[12] ĠU C […], […], p. […].

[13] ĠU C […], […], p. […].

[14] ĠU C […], […], p. […].

[15] Ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.)

[16] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Suq fil-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, COM(2007) 699.

[17] Krediti mhux assoċjati

[18] Nefqa skond l-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[19] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[20] Stħarriġ bħal dan jissejjes fuq dawk magħmula mill-ENISA fl-2006 u l-2007 dwar il-miżuri ta' sigurtà implimentati mill-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi

[21] Dan l-appoġġ għandu jkun ta' segwitu għax-xogħol ta' l-ENISA fl-2006 u l-2007 dwar lingwa komuni għat-titjib ta' l-interoperabilità ta' l-eID.

[22] Din il-pjattaforma hija azzjoni ta' segwitu għax-xogħol li sar fl-2007 sabiex tiġi ddefinita rotta għall-istabbiliment ta' sistema għall-qsim ta' prassi tajba fin-NIS Ewropej

[23] http://ec.europa.eu/dgs/information_society/evaluation/studies/index_en.htm.

[24] Kif ipprovdut fl-Artikolu 25 tar-Regolament ta' l-ENISA. It-test sħiħ tad-dokument adottat mill-Bord tat-Tmexxija ta' l-ENISA, li fih ukoll il-kunsiderazzjonijiet tal-Bord, huwa disponibbli fl-indirizz: http://enisa.europa.eu/pages/03_02.htm.

[25] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-evalwazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) COM(2007) 285 finali, 1.6.2007: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0285:EN:NOT.

[26] http://ec.europa.eu/yourvoice/ipm/forms/dispatch?form=EnisaFuture&lang=en.

[27] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.