Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja /* KUMM/2007/0818 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.12.2007 KUMM(2007) 818 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | RAġUNIJIET U GħANIJIET TAL-PROPOSTA Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 (‘ir-Regolament bażiku’) fil-proċediment li jikkonċerna importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela ta’ prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti u fir-Russja. | KUNTEST ġENERALI Din il-proposta qed issir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. | DISPOżIZZJONIJIET EżISTENTI FIL-QASAM TAL-PROPOSTA Bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005[1], IL-KUNSILL IMPONA DAZJU ANTI-DUMPING DEFINITTIV FUQ IMPORTAZZJONIJIET TA’ PRODOTTI B’VINA PARALLELA TA’ PRODOTTI RRUMBLATI ċATT TA’ AZZAR SILIKON-ELETTRIKU (“GOES”) LI JORIġINAW FL-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA (“STATI UNITI”) U R-RUSSJA (IR-“REGOLAMENT DEFINITTIV”). Bid-Deċiżjoni 2005/622/KE[2], IL-KUMMISSJONI AċċETTAT GARANZIJI OFFRUTI FUQ IL-PREZZ MINN żEWġ PRODUTTURI ESPORTATURI LI KKOOPERAW LI KELLHOM IMPOSTI DAZJI SPEċIFIċI TA’ 31.5 % (AK STEEL CORPORATION, STATI UNITI) U 11.5 % (NOVOLIPETSK IRON U STEEL CORPORATION (NLMK), IR-RUSSJA) RISPETTIVAMENT. ID-DAZJI ANTI-DUMPING APPLIKABBLI MAL-PAJJIż KOLLU FUQ IL-KUMPANIJI L-OħRA KOLLHA, MINBARRA VIZ STAL, FIR-RUSSJA, SOġġETTI GħAL DAZJU TA’ 0 %, HUMA 37.8 % GħALL-ISTATI UNITI U 11.5 % GħAR-RUSSJA. | KONSISTENZA MA’ POLITIKI U GħANIJIET OħRAJN TA’ L-UNJONI Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT | KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI | IL-PARTIJIET INTERESSATI KKONċERNATI MILL-PROċEDIMENT DIġÀ KELLHOM IL-POSSIBBILTÀ LI JIDDEFENDU L-INTERESSI TAGħHOM MATUL L-INVESTIGAZZJONI, SKOND ID-DISPOżIZZJONIJIET TAR-REGOLAMENT BAżIKU. | ĠBIR U UżU TA’ GħARFIEN ESPERT | MA KIEN HEMM EBDA ħTIEġA TA’ GħARFIEN ESPERT ESTERN. | STIMA TA’ L-IMPATT Din il-proposta hi r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ta’ l-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | TAQSIRA TA’ L-AZZJONI PROPOSTA F’Ottubru 2006, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni INTERIM DWAR L-ISKOP TAL-PRODOTT FIR-RIGWARD TA’ L-IMPORTAZZJONIJIET TA’ L-GOES LI JORIġINAW MILL-ISTATI UNITI TA’ L-AMERIKA U MIR-RUSSJA. Il-proposta mehmuża għal Regolament tal-Kunsill għandha l-konklużjonijiet rigward l-eżenzjoni possibbli ta’ parti mid-definizzjoni tal-prodott oriġinali mill-miżuri li ġew imposti f'Awissu 2005. Minħabba li l-investigazzjoni sabet li l-GOES irqaq ta’ ħxuna ta’ massimu ta’ 0.16 mm mhumiex prodotti fil-Komunità, għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi distinti u huma ddestinati għal użi aħħara differenti, u li ma teżisti ebda interkambjabilità bejn il-GOES irqaq u l-GOES regolari, qed jiġi propost li l-iskop tal-miżuri għandhom jiġu limitati għall-GOES bi ħxuna ta’ aktar minn 0.16 mm. Huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandha tiġi ppubblikata fil-ĠURNAL UFFIċJALI TA’ L-UNJONI EWROPEA SA MHUX IKTAR TARD MIT-20 TA’ JANNAR 2008. | BAżI LEGALI Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005. | PRINċIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | PRINċIPJU TAL-PROPORZJONALITÀ Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: | IL-FORMA TA’ AZZJONI HI DESKRITTA FIR-REGOLAMENT IMSEMMI HAWN FUQ U MA TħALLI EBDA AMBITU GħAL DEċIżJONI NAZZJONALI. | MHIJIEX MEħTIEġA INDIKAZZJONI TA’ KIF IL-PIż FINANZJARJU U AMMINISTRATTIV LI JAQA’ FUQ IL-KOMUNITÀ, IL-GVERNIJIET NAZZJONALI, L-AWTORITAJIET REġJONALI U LOKALI, L-OPERATURI EKONOMIċI U ċ-ċITTADINI JITNAQQAS U JSIR PROPORZJONALI MA’ L-GħAN TAL-PROPOSTA. | GħAżLA TA’ STRUMENTI | STRUMENTI PROPOSTI: REGOLAMENT. | MEZZI OħRA MHUMIEX BIżżEJJED MINħABBA LI R-REGOLAMENT BAżIKU MA JIPPREVEDIX GħAżLIET OħRAJN. | IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | IL-PROPOSTA MA GħANDHA EBDA IMPATT FUQ L-ISPIżA IżDA GħANDHA IMPATT FINANZJARJU FUQ ID-DħUL, L-EFFETT HU DAN LI ġEJ; (€ MILJUN GħAL PUNT DEċIMALI WIEħED) | Linja tal-baġit | Dħul[3] | Perjodu ta’ 12-il xahar li jibda minn jj/xx/ssss | [Sena 2008] | Artiklu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2008 | 0.2 miljun euro | dettall f’euro Sitwazzjoni wara l-azzjoni | 2005 | 2006 | 2007 | [n+4] | [n+5] | Artiklu 120 | 32 662 | 97 987 | 97 987 | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1371/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[4] (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. IL-MIŻURI FIS-SEĦĦ (1) Bir-Regolament (KE) Nru 1371/2005[5], il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela ta’ prodotti rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku (“GOES”) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika (“Stati Uniti”) u r-Russja (ir-“Regolament definittiv”). (2) Bid-Deċiżjoni 2005/622/KE[6], il-Kummissjoni aċċettat garanziji offruti fuq il-prezz minn żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw li kellhom imposti dazji speċifiċi ta’ 31.5 % (AK Steel Corporation, Stati Uniti) u 11.5 % (Novolipetsk Iron u Steel Corporation (NLMK), ir-Russja) rispettivament. Id-dazji anti-dumping applikabbli mal-pajjiż kollu fuq il-kumpaniji l-oħra kollha, minbarra Viz Stal, fir-Russja, soġġetti għal dazju ta’ 0 %, huma 37.8 % għall-Istati Uniti u 11.5 % għar-Russja. B. L-INVESTIGAZZJONI PREŻENTI (3) L-informazzjoni li tinsab għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni indikat li ċerti GOES li tipikament għandhom ħxuna li twassal għal 0.1 mm u minħabba, inter alia, l-effiċjenza elettromanjetika għolja tagħhom, piż baxx u żvilupp bi sħana baxxa assoċjati ma’ l-użu tagħhom għandhom proprjetajiet li mhumiex preżenti f’tipi ta’ GOES oħra. Minħabba dawn il-karatteristiċi, l-użu ta’ dawn il-prodotti meqjus ukoll differenti u jinsab tipikament fl-industriji ta’ l-inġinerija ta’ l-avjazzjoni u tal-mediċina. Għalhekk, tqies xieraq li jiġi rivedut il-każ safejn l-iskop tal-prodott hu kkonċernat. (4) Wara li ġie stabbilit, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed provi li jiġġustifikaw il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali, il-Kummissjoni, b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, bdiet reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku[7]. L-iskop ta’ l-investigazzjoni kien limitat għad-definizzjoni tal-prodott soġġett għall-miżuri fis-seħħ sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa għal emenda ta’ l-iskop tal-prodott. C. IL-PRODOTT RIVEDUT (5)Il-prodott li qed jiġi rivedut huma prodotti b’vina parallela rrumblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku, attwalment ikklassifikati fil-kodiċijiet tan-NM 7225 11 00 (b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar) u 7226 11 00 (b’wisa’ ta’ anqas minn 600 mm). Dawn il-kodiċijiet qed jingħataw biss għall-informazzjoni. (6)Il-GOES jinħadmu minn koljaturi rromblati bis-sħana ta’ azzar liga silikon ta’ ħxuna differenti li l-istruttura partikolari tal-vina tagħhom hi diretta bl-istess mod sabiex tippermetti kondottività manjetika bi grad ogħla ta’ effiċjenza. L-ineffiċjenza fir-rigward ta’ din il-kondottività manjetika tissejjaħ ‘core loss’, li hi l-indikatur prinċipali tal-kwalità tal-prodott. (7)Is-suq hu tipikament maqsum fi gradi b’kondottività għolja jew fi gradi b’permeabilità għolja u fi gradi regolari. Il-gradi b’permeabilità għolja jippermettu li jitwettaq anqas core loss għal kwalunkwe ħxuna tal-folji. Karatteristiċi ta’ din ix-xorta huma rilevanti b’mod speċjali għall-produtturi industrijali tat-trasformers ta’ l-enerġija elettrika. D. L-INVESTIGAZZJONI (8) Il-Kummissjoni tat parir kemm lill-produtturi tal-GOES tal-Komunità, lill-importaturi magħrufin kollha tal-Komunità u l-utenti kif ukoll lill-produtturi magħrufin li jesportaw fl-Istati Uniti u r-Russja dwar il-bidu tar-reviżjoni. (9) Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet imsemmija hawn fuq u minn dawk il-partijiet li għarrfu lilhom infushom fil-limitu taż-żmien iffissat fl-avviż ta’ ftuħ ta’ l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni tat ukoll lill-partijiet interessati l-opportunità biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu għal seduta ta’ smigħ. (10) Il-kumpaniji li ġejjin ikkooperaw fl-investigazzjoni u pprovdew informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni. Il-produtturi Komunitarji - ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja- Orb Electrical Steels Limited - Cogent Power Limited, Newport, ir-Renju Unit Il-produtturi tal-GOES fl-Istati Uniti - AK Steel Corporation, Butler, Pennsylvania- Allegheny Technologies Incorporated, Pittsburgh, Pennsylvania Il-produtturi tal-GOES fir-Russja - Novolipetski Iron & Steel Corporation (NLMK), Lipetsk- VIZ Stal, Ekaterinburg Il-produttur tal-GOES irqaq fl-Istati Uniti - Arnold Magnetic Technologies, Marengo, Illinois L-importaturi tal-GOES irqaq fil-Komunità - Gebruder Waasner GmbH, Forchheim, il-Ġermanja L-utenti tal-GOES irqaq fil-Komunità - Gebruder Waasner GmbH, Forchheim, il-Ġermanja- Sangl GmbH, Erlangen, il-Ġermanja- Vacuumschmelze GmbH, Hanau, il-ĠermanjaE. IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI 1. L-identità differenti ta’ produtturi tal-GOES “ordinarji” kontra dawk “irqaq” (11) Ebda wieħed mill-produtturi tal-GOES, li ġew investigati fil-qafas tal-proċedura li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, ma jipproduċu GOES bil-ħxuna kif immirat fl-iskop ta’ l-investigazzjoni tal-prodott attwali. (12) La ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH, lanqas Orb Electrical Steels Limited (Cogent) ma jipproduċu GOES irqaq u l-istess sitwazzjoni tapplika għall-produtturi ta’ Istati Uniti, jiġifieri AK Steel Corporation u Allegheny Technologies Incorporated, u l-produtturi Russi VIZ Stal u NLMK. Konsegwentement, ebda wieħed minn dawn il-produtturi ma kellu interess dirett u ebda wieħed minnhom ma oġġezzjona dwar l-esklużjoni possibbli tal-GOES irqaq mill-iskop tal-miżuri. (13) Il-produzzjoni tal-GOES irqaq teħtieġ proċess ta’ rromblar mill-ġdid, li jsir minn kumpaniji speċjalizzati li minnhom tnejn huma magħrufin lill-Kummissjoni fil-pajjiżi kkonċernati. Il-produtturi mill-Istati Uniti Arnold Magnetic Technologies u l-produttur Russu Ileko (Asha), li minnhom ikkooperat biss l-ewwel kumpanija. Kif indikat hawn fuq fil-premessi (10) u (11), m’hemmx produzzjoni ta’ din ix-xorta li hi magħrufa fil-Komunità. 2. Id-differenzjazzjoni tal-prodott (14) AK Steel Corporation ipproduċiet GOES irqaq sa l-1971, imsejħa gradi-T. Il-proċess tal-produzzjoni beda minn gradi ta’ GOES lesti kompletament (kemm regulari kif ukoll b’permeabilità għolja), li minnhom tneħħa l-mill coating u fejn il-folji ġew irromblati, ittemprati u miksijin mill-ġdid. Użi aħħarin speċifiċi nstabu fl-industrija ta’ l-avjazzjoni, fit-transformers u f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet elettro-tekniċi, li għalihom id-daqs u l-piż tal-materjal hu ta’ importanza deċiżiva. Instab li GOES irqaq ta’ din ix-xorta mhumiex interskambjabbli ma’ GOES oħrajn. (15) Ġie wkoll eżaminat jekk gradi-T ta’ din ix-xorta kinux jikkonsistu minn prodott li seta’ jiġi ddistingwit minn GOES “ordinarji” abbażi ta’ karatteristiċi tekniċi. Instab li l-proċess ta’ rromblar mill-ġdid (li jikkonsisti minn proċess ta’ tiġbid mekkaniku kiesaħ u li jiċċattja), flimkien ma’ l-ittemprar u l-kisi mill-ġdid, fundamentalment jibdel l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-prodott, osservazzjoni li hi kkorroborata bit-tneħħija tal-garanzija oriġinali tal-manifatturi tal-prodott. (16) Instab ukoll li l-karatteristiċi fiżiċi tal-ħxuna mhumiex limitati għal 0.10 mm li kien il-massimu tal-ħxuna msemmija fl-avviż ta’ ftuħ. Il-ħxuna li kummerċjalment tidher l-aktar hi 0.1016 mm u 0.1524 mm li fl-Istati Uniti ta’ spiss hi magħrufa bħala 4 “mil” u 6 “mil”. “Mil” wieħed jirrappreżenta elf ta’ pulzier jew 0.0254 mm. (17) Id-definizzjoni tal-prodott tal-GOES irqaq għalhekk għandha tkun speċifikata bħala GOES li huma rromblati mill-ġdid għal ħxuna ta’ massimu ta’ 0.16 mm, ittemprati u miksijin mill-ġdid. F. APPLIKAZZJONI RETROATTIVA (18) Minħabba s-sejbiet ta’ hawn fuq il-GOES irqaq għandhom karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi differenti u użi aħħarin oħrajn għajr dawk tal-GOES, meqjus adatt li jiġu eżentati l-importazzjonijiet tal-GOES bi ħxuna massima ta’ 0.16 mm mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ. (19) Konsegwentement, għall-oġġetti li mhumiex koperti bl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2005 kif emendat b’dan ir-Regolament, id-dazji definittivi anti-dumping imħallsa jew imdaħħlin fil-kontijiet skond l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2005 fil-verżjoni inizjali tiegħu għandhom jiġu rimborżati jew jintbagħtu lura. (20) Ir-rimborż jew ir-remissjoni għandha tiġi rikjesta mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skond il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. (21) Billi din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni hi limitata għall-kjarifika tal-prodott u billi ma kienx maħsub li dan it-tip ta’ prodott jiġi kopert bil-miżuri oriġinali, biex ma titħallhiex issir ħsara konsegwenti lill-importaturi tal-prodott, hu xieraq li l-iskoperti jibdew japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament definittiv. Barra minn hekk, b’mod partikolari fid-dawl tad-dħul fis-seħħ relattivament reċenti tar-Regolament oriġinali u tan-numru limitat mistenni ta’ talbiet għal rimborż, m’hemmx raġuni ta’ aktar importanza biex tiġi prevista applikazzjoni retroattiva ta’ din ix-xorta. (22) Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data tar-Regolament (KE) Nru 1371/2005 li jiskadi skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolment bażiku. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2005 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: “Dazju anti-dumping definittiv hu hawnhekk impost fuq importazzjonijiet ta’ prodotti b’vina parallela rromblati ċatt ta’ azzar silikon-elettriku bi ħxuna li tkun aktar minn 0.16 mm, li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u r-Russja, li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 7225 11 00 (prodotti b’wisa’ ta’ 600 mm jew aktar) (il-kodiċi TARIC 7225 11 00 10) u ex 7226 11 00 (prodotti b’wisa’ anqas minn 600 mm) (il-kodiċijiet TARIC 7226 11 00 11 u 7226 11 00 91.” Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta ’ l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mit-28 ta’ Awissu 2005. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 223, 27.8.2005, p. 1. [2] ĠU L 223, 27.8.2005, p. 42. [3] B’rigward għar-riżorsi proprji tradizzjonalment (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % ta’ l-ispejjeż tal-ġbir [4] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12). [5] ĠU L 223, 27.8.2005, p. 1. [6] ĠU L 223, 27.8.2005, p. 42. [7] ĠU C 254, 20.10.2006, p. 10.