52007PC0786

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-Istrument tal-Flessibilità /* KUMM/2007/0786 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 5.12.2007

KUMM(2007) 786 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-Istrument tal-Flessibilità

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni ta' l-Istrument tal-Flessibilità sabiex ikun possibbli l-finanzjament ta' nfiq definit b'mod ċar li ma jistax jiġi ffinanzjat fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Għall-baġit ta' l-2008, huwa meħtieġ infiq addizzjonali, lilhinn mil-limiti tas-sub-intestatura 1a u l-intestatura 4. Huwa għalhekk propost li jiġi mmobilizzat l-Istrument tal-Flessibilità f'konformità mal-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

L-ammonti li għandhom jiġu mmobilizzati huma:

- EUR 200 miljun għall-finanzjament tal-programmi GNSS Ewropej (EGNOS-GALILEO);

- EUR 70 miljun għall-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà.

- Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni ta' l-Istrument tal-Flessibilità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba[2], u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[3],

Billi:

Fil-laqgħa ta' konċiljazzjoni tat-23 ta' Novembru 2007, iż-żewġ fergħat ta' l-awtorità tal-baġit qablu li jimmobilizzaw l-Istrument tal-Flessiblità sabiex jikkumplimenta l-finanzjament fil-baġit ta' l-2008 ta':

- il-programmi GNSS Ewropej (EGNOS-GALILEO) għal ammont ta' EUR 200 miljun;

- il-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà għal ammont ta' EUR 70 miljun.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-baġit ta' l-2008"), l-istrument tal-flessibilità għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 270 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji.

Dawn l-ammonti għandhom jintużaw sabiex jikkumplimentaw il-finanzjament ta':

- il-programmi GNSS Ewropej (EGNOS-GALILEO) għal ammont ta' EUR 200 miljun, taħt l-artikolu 06 02 10 tal-Programm Galileo fis-Sub-Intestatura 1a;

- il-Politika Komuni dwar l-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà għal ammont ta' EUR 70 miljun, taħt il-kapitolu 19 03 fl-Intestatura 4.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fl-istess waqt bħall-baġit ta' l-2008.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1

[2] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[3] ĠU […]