52007PC0751

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 /* KUMM/2007/0751 finali - ACC 2007/0263 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.11.2007

KUMM(2007) 751 finali

2007/0263 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fil-konsultazzjonijiet tagħha man-New Zealand dwar is-sistema ġdida ta’ ġestjoni ta’ l-importazzjoni, il-Kummissjoni indikat li għandha l-intenzjoni li tintroduċi tnaqqis tar-rata tariffarja fi ħdan il-kwota u modifika tal-karatteristiċi speċifiċi tax-xaħam fil-butir fl-iskeda CXL tal-KE għall-prodotti agrikoli, kif ukoll li tinnegozja dawn il-modifiki b'konformità mal-paragrafu 6 tal-Ftehim dwar l-Interpretazzjoni ta' l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994.

2. Fl-14 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnotifika lid-WTO li l-Komunità Ewropea kellha l-intenzjoni li timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand tal-partiti 0405 10 11, 0405 10 19 u 0405 10 30 inklużi fl-Iskeda CXL tal-Komunità Ewropea annessa mal-GATT. Għaldaqstant, fit-3 ta' Awwissu 2007, il-Komunità Ewropea nnotifikat lid-WTO bl-intenzjoni tagħha li timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand fl-Iskeda CXL tal-KE.

3. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

4. Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri man-New Zealand.

L-iskambju ta’ ittri ġie inizjalat mill-Kummissjoni fil-…. ta’ Novembru 2007.

5. Din il-proposta titlob lill-Kummissjoni biex tapprova l-ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand. Hekk kif il-Kunsill jadotta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni se tinnotifika lid-WTO dwar it-tibdil neċessarju fl-Iskeda CXL tal-Komunità Ewropea.

2007/0263 (ACC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Fl-14 ta' Mejju 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, bil-għan li timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand. Għaldaqstant, fit-3 ta' Awwissu 2007, il-Komunità Ewropea nnotifikat lid-WTO bl-intenzjoni tagħha li timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand fl-Iskeda CXL tal-KE.

2. In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

3. Il-Kummissjoni nnegozjat b’suċċess il-ftehim man-New Zealand. Għaldaqstant, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand għandu jiġi approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim hu anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa li tiffirma l-Ftehim sabiex tesprimi l-kunsens tal-Komunità li tkun b’hekk marbuta[1].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

FTEHIM

fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

L-Ittra Nru 1 Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussell, ………..

Sinjur,

Wara negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal- Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjonijiet kif deskritti hawn taħt.

Dispożizzjonijiet finali għall-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand

Il-kwota tat-tariffi se tkun applikabbli għall-butir li joriġina min-New Zealand u li jaqa’ taħt dawn il-partiti tariffarji:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

ex-0405 10 11 ex-0405 10 19 | Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85%, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott |

ex-0405 10 30 | Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85%, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott, li jista' jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi konċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala "Ammix" u "Spreadable)" |

Ir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota għandha tkun ta’ €70/100 kg.

Il-kwantità tal-kwota għandha tkun ta’ 74 693 tunnellata.

L-eliġibbiltà għall-kwota hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji rilevanti.

Ġenerali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2008.

Inkun grat jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dak imsemmi hawn fuq.

Nitolbok, Sinjur, tilqa’ l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F’isem il-Komunità Ewropea

L-Ittra Nru 2 Ittra minn New Zealand

Brussell, .…….

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li tgħid dan li ġej:

“Wara negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal- Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjonijiet kif deskritti hawn taħt.

Dispożizzjonijiet finali għall-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand

Il-kwota tat-tariffi se tkun applikabbli għall-butir li joriġina min-New Zealand u li jaqa’ taħt dawn il-partiti tariffarji:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

ex-0405 10 11 ex-0405 10 19 | Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85%, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott |

ex-0405 10 30 | Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott, li jista' jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi konċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala "Ammix" u "Spreadable)" |

Ir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota għandha tkun ta’ €70/100 kg.

Il-kwantità tal-kwota għandha tkun ta’ 74 693 tunnellata.

L-eliġibbiltà għall-kwota hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji rilevanti.

Ġenerali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2008.

Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dak imsemmi hawn fuq."

Il-Gvern tan-New Zealand għandu l-unur jikkonferma l-qbil tiegħu mal-kontenut ta' din l-ittra.

Nitolbok, Sinjur, tilqa’ l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F’isem in-New Zealand

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

1. | IL-LINJA TAL-BAĠIT: 05 02 12 – Ħalib u prodotti tal-ħalib Kapitolu 10 – Artikolu 1000: Dazji agrikoli | PDB 2008: 406.0 Miljun € 1,683.2 Miljun € |

2. | TITOLU: Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 |

3. | BAŻI ĠURIDIKA: L-Artikolu 133 tat-Trattat |

4. | GĦANIJIET: Biex timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand billi tintroduċi tnaqqis fir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota u modifika fil-karatteristiċi speċifiċi tax-xaħam fil-butir fl-Iskeda CXL tal-KE għall-prodotti agrikoli. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljuni) | IS-SENA FINANZJARJA KURRENTI (EUR miljuni) | IS-SENA FINANZJARJA SUSSEGWENTI (EUR miljuni) |

5.0 | NEFQA – IDDEBITATA MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) – MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI – MINN SETTURI OĦRAJN | – | – | – |

5.1 | DĦUL – RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (IMPOSTI/ĦLASIJIET DOGANALI) – NAZZJONALI | €11.2 Miljun li jibdew mill-2008 | – |

5.0.1 | STIMA TAN-NEFQA | – | – | – |

5.1.1 | PREVIŻJONIJIET TAD-DĦUL |

5.2 | METODU TA' KALKOLU: (1) |

6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRIJAZZJONIJIET FIL-KAPITOLU KKONĊERNAT TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.1 | JISTA’ L-PROĠETT JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA' TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.2 | JINĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

6.3 | SE JKUN HEMM BŻONN LI L-APPROPRIJAZZJONIJIET JITNIŻŻLU FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: Huwa previst li l-miżura timplika t-telf ta’ ammont nett ta’ madwar €11.2 miljun . (1) Is-sitwazzjoni attwali: 77,402 t x € 86.88/100 kg = 67.25 miljun € Il-Proposta tad-Deċiżjoni tal-Kunsill: 74,693 t x € 70.0/100 kg = €52.29 miljun Telf mid-dħul: €14.96 * 75% = 11.22 Miljun€ (ammont nett wara t-tnaqqis ta’ 25% mill-ispejjeż tal-ġbir). |

[1] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej .