[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.11.2007 KUMM(2007) 747 finali 2007/0267 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2007) 1554}{SEG(2007) 1555} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha L-għanijiet tal-proposta huma tnejn: - li tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa, filwaqt li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-applikazzjoni korretta tar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-VAT fuq is-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni; li jitnaqqas l-impatt tal-VAT moħbija fl-ispejjeż tal-fornituri tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni. Dawn l-għanijiet jintlaħqu bit-tliet miżuri li jinsabu f’din il-proposta: - il-kjarifika tar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni; - it-twessigħ ta’ l-alternattiva eżistenti għat-tassazzjoni dwar it-trasferiment tad-dritt ta’ l-għażla fost l-Istati Membri għall-operaturi ekonomiċi; - l-introduzzjoni ta’ grupp li jaqsam l-ispejjeż li jippermetti l-operaturi ekonomiċi biex jgħaqqdu flimkien l-investimenti u jirridistribwixxu l-kostijiet ta’ dawn l-investimenti eżentati mill-VAT mill-grupp lill-membri. Kjarifika tar-regoli Il-kjarifika tar-regoli dwar l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni timmira li tipprovdi applikazzjoni aktar uniformi ta’ l-eżenzjoni mill-VAT, u b’hekk tinħoloq ta’ aktar ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi ekonomiċi biex jikkonformaw mar-regoli. Din il-kjarifika tinkludi l-elementi li ġejjin: - il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjonijiet tal-VAT huma bbażati fuq kriterji ekonomiċi oġġettivi li jisseparawhom minn interpretazzjoni bbażata fuq kunċetti tad-dritt privat nazzjonali li hija waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-interpretazzjoni u applikazzjoni differenti fl-Istati Membri (eż. assigurazzjoni trid tindirizza riskju u tipprovdi għal indennizz jew benefiċċju); dawn il-kriterji ekonomiċi oġġettivi jiżguraw li anki s-servizzi ġodda li se jiġu żviluppati fil-futur se jkunu koperti bl-eżenzjoni tal-VAT jekk jissodisfaw dawn il-kriterji; - ir-regoli l-ġodda jintroduċu l-kunċett li l-eżenzjoni għandha tkopri il-provvista ta’ kwalunkwe element inkluż f’servizz ta’ l-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat; - kunċett armonizzat komuni ta' intermedjazzjoni ġie introdott għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni; - fejn dan kien possibbli, id-definizzjonijiet il-ġodda ħolqu aktar konsistenza mar-regoli tas-suq intern (eż. fondi ta’ investiment). Il-proposta għal Direttiva hija akkumpanjata bi proposta għal Regolament li jelenka, mhux esklussivament, każijiet li jkunu koperti jew esklużi minn eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni. L-alternattiva għat-tassazzjoni Skond l-alternattiva usa’ tat-tassazzjoni, se jkun l-operatur ekonomiku li jiddeċiedi jekk iridx ikun taxxabbli bis-sħiħ; meta hu jeżerċita dan id-dritt, hu jkun jista’ jnaqqas l-input VAT fuq l-investimenti tiegħu bħal kull operatur ekonomiku ieħor. B’dan il-mod jinħoloq ambjent ekwu għall-industrija finanzjarja li sal-lum għadu ma ntlaħaqx minħabba li ftit wisq Stati Membri taw l-għażla lin-negozji u skond kundizzjonijiet differenti. Fl-istess waqt l-Istati Membri jingħataw il-flessibbiltà neċessarja biex jispeċifikaw huma stess ir-regoli għall-applikazzjoni ta’ din l-alternattiva, biex jadattawha għall-istrutturi superviżorji nazzjonali tat-taxxa. Fejn ikun hemm bżonn jistgħu jitfittxu dispożizzjonijiet implimentattivi fil-livell Komunitarju abbażi ta’ l-Artikolu 397 tad-Direttiva. Il-qsim ta’ l-ispejjeż Skond il-mudell propost għall-qsim ta’ l-ispejjeż, partikolarment operaturi ekonomiċi iżgħar jistgħu jgħaqqdu flimkien l-investimenti tagħhom (eż.: it-teknoloġija kompjuterizzata għal persunal speċjalizzat) fi gruppi li jistgħu jixtru dawn l-investimenti b’kundizzjonijiet aħjar tas-suq u jirridistribwixxuhom eżenti mill-VAT lill-membri tal-grupp. | 120 | Il-kuntest ġenerali Id-definizzjonijiet ta’ servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni eżenti huma skaduti u wasslu għal interpretazzjonijiet u applikazzjonijiet differenti għal dawn l-eżenzjonijiet mill-Istati Membri. Il-partijiet ikkonċernati qed jaffaċċaw kumplessità legali konsiderevoli għal prassi amministrattivi amministrattivi varji li tiġġenera inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa. Din l-inċertezza legali wasslet għal żieda fl-għadd ta’ każijiet fil-qorti u żiedet l-ispejjeż amministrattivi għall-operaturi u amministrazzjonijiet fl-applikazzjoni ta’ dawn l-eżenzjonijiet. Għalhekk huwa neċessarju li jiġu ċċarati r-regoli dwar l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni bil-għan li tinħoloq aktar ċertezza legali u jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-operaturi u amministrazzjonijiet. Konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati li saret fl-2006 kif ukoll studju indipendenti "Study to increase the Understanding of the Economic Effects of the VAT Exemption for Financial and Insurance Services" ikkummissjunat mill-Kummissjoni kkonferma din il-konklużjoni. It-tieni problema hija dik tal-VAT moħbija fl-istruttura tal-kostijiet tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni. Fis-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni l-operaturi ekonomiċi kollha qed jirsistu biex itejbu l-kompetittività tagħhom minħabba li qed ikunu esposti dejjem aktar għall-kompetizzjoni kemm bejniethom minħabba x-xejra lejn suq waħdieni panewropew, kif ukoll ma' operaturi ekonomiċi stabbiliti barra l-UE. Il-konsolidazzjoni fis-settur kienet xprunata fil-biċċa l-kbira mill-ħtieġa għall-effiċjenza imma strateġiji ta’ tnaqqis ta’ l-ispejjeż irriżultaw b'diversi modijiet Dawn l-iżviluppi qed jiġu aċċellerati permezz tal-qafas regolatorju usa’ ġdid għal suq integrat tas-servizzi finanzjarji Ewropew kif stiplat fil-Pjan ta’ Azzjoni għas-Servizzi Finanzjarji.Servizzi Finanzjarji. Dan il-qafas regolatorju jżid il-kompetizzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni permezz ta' l-iżvilupp kontinwu lejn ambjent ekwu. F’dan l-ambjent, l-operaturi ekonomiċi żviluppaw diversi tekniki għat-titjib tal-kompetittività tagħhom imma wħud mill-aktar tekniki bażiċi komuni jinkludu li ġej: - esternalizzazzjoni tas-servizzi (bl-intenzjoni li jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi u tax-xogħol, eż.: depożitarju ta’ l-ishma, kompiti amministrattivi, eċċ.); - attivitajiet konġunti (bl-intenzjoni li jinqasmu l-ispejjeż, eż.: l-iżvilupp komuni ta' sistemi kompjuterizzati u softwer għal diversi banek, il-ħolqien ta' fabbriki ta' kreditu li jistgħu jkunu assoċjati kemm mal-konsolidazzjoni jew isiru abbażi tagħha); - subappalt (żieda ta’ livell supplimentari ta’ distribuzzjoni għall-prodotti finanzjarji jew assigurazzjonijiet). Dawn it-tekniki jinvolvu li anqas valur jinħoloq minnhom stess imma jirriżulta minn servizzi minn partijiet terzi indipendenti lill-fornituri ta’ prodotti finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni. Dan jiġġenera problemi li tali servizzi ma jistgħux jaqgħu aktar taħt servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni eżenti u għalhekk jinħarġu bil-VAT. Din il-VAT spiss ma tkunx deduċibbli għall-klijent minħabba dan ma jkollu ebda dritt għal tnaqqis minħabba li hu nnifsu jipprovdi servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni eżenti. Tali VAT mhux deduċibbli ssir parti mill-ispejjeż. Il-proposta fiha elementi li jnaqqsu l-impatt fuq dawn il-kostijiet. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Artikoli 135(1)(a) sa (g) u 137(1)(a) u (2) | 140 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Fejn dan kien possibbli, id-definizzjonijiet il-ġodda ħolqu aktar konsistenza mar-regoli tas-suq intern (eż. fondi ta’ investiment, klassifikazzjoni tal-kreditu, derivattivi). Il-proposta hija parti mill-Istrateġija tal-Kummissjoni għas-Simplifikazzjoni ta' l-Ambjent Regolatorju (Taqsima 66 tal-COM(2006) 690). Kemm l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Istati Membri se jibbenefikaw minn dawn is-simplifikazzjonijiet. Madankollu, mhix possibbli li jiġu kkwantifikati dawn il-benefiċċji. Il-proposta se ttejjeb iċ-ċertezza legali u tnaqqas il-piż amministrattiv ta’ l-operaturi u l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa. Billi din ikollha impatt pożittiv fuq il-kostijiet, m’għandhiex ikollha effett negattiv fuq il-kost ta' l-assigurazzjoni għall-konsumatur u s-servizzi finanzjarji mhux professjonali. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' dawk li wieġbu Is-seminar Fiscalis, f'Diċembru 2004 f’Dublin b’rappreżentanti mill-industrija tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni u mill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Istati Membri Il-Konferenza dwar it-Taxxa li saret fi Brussell fil-11 ta' Mejju 2006 b’rappreżentanti mill-industrija tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni u mill-awtoritajiet tat-taxxa ta’ l-Istati Membri Konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati f’Ġunju 2006 Is-seminar Fiscalis f’Marzu 2007 Il-pubblikazzjoni tad-dokumenti ta’ ħidma li fihom l-ewwel abbozzi leġiżlattivi fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali f’Ġunju 2007 Diskussjoni miftuħa mal-partijiet ikkonċernati f’Lulju 2007 | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet u kif tqiesu Is-seminar Fiscalis ta’ Diċembru 2004 f’Dublin analizza l-oqsma varji problematiċi għall-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-fenomenu ta’ l-esternalizzazzjoni, u wassal għall-konklużjoni ta’ l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri li hija meħtieġa inizjattiva leġiżlattiva mis-servizzi tal-Kummissjoni. Fis-segwitu ta' dan is-seminar, is-servizzi ta’ DĠ TAXUD ikkummissjonaw studju minn espert indipendenti biex jiżdied l-fehim ta’ l-effetti ekonomiċi ta' l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta' l-assigurazzjoni, u bdew sensiela ta’ konsultazzjonijiet bilaterali ma’ l-Istati Membri u DĠ MARKT li rriżultaw fl-elaborazzjoni ta’ dokument bażiku (id-Dokument ta’ Ħidma TAXUD 1802/06) li jispjega l-problemi bażiċi li kienu identifikati kif ukoll miżuri tekniċi possibbli biex jindirizzawhom. Dan id-dokument ġie diskuss mal-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri fil-Konferenza dwar it-Taxxa fi Brussell f’Mejju 2006. F’Marzu 2007 sar it-tieni seminar Fiscalis bl-għan li jiffamiljarizza l-uffiċjali kkonċernati mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa mal-politiki li jmexxu l-bidla fil-qafas regolatorju, u l-muturi ekonomiċi għall-integrazzjoni finanzjarja transkonfinali. Il-programm kopra wkoll kwistjonijiet prattiċi ta’ implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali. Abbozz ta’ leġiżlazzjonijiet ġew diskussi fil-fond mal-partijiet ikkonċernati kollha involuti. | 213 | Saret konsultazzjoni miftuħa permezz ta' l-internet mill-09/05/2006 sad-09/06/2006. Il-Kummissjoni rċeviet 82 tweġiba. Ir-riżultati huma disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/consultations/tax/article_2447_en.htm.. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 221 | Oqsma ta’ għarfien xjentifiku/espert involuti Studju biex jiżdied l-fehim ta’ l-effetti ekonomiċi ta' l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta' l-assigurazzjoni (l-Offerta nru taxud/2005/AO-006) | 222 | Il-metodoloġija użata studju estern indipendenti | 223 | L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Price Waterhouse Coopers | 2249 | Sommarju tal-pariri miksuba u użati Ma ssemmietx l-eżistenza ta’ riskji potenzjalment serji u b’konsegwenzi irriversibbli. | 225 | Kien hemm konsistenza ġenerali bejn il-konklużjonijiet ta’ l-istudju, l-analiżu tal-Kummissjoni stess fid-Dokument ta' Ħidma TAXUD 1802/06 u r-reazzjonijiet mill-partijiet ikkonċernati tul il-konsultazzjoni pubblika, li ppermettew id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali biex jimponi l-prijoritajiet neċessarji u jiffoka ħidmietu fuq l-aktar soluzzjonijiet xierqa. | 226 | Mezzi użati biex l-għarfien espert isir disponibbli pubblikament Pubblikazzjoni fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali http://ec.europa.eu/taxation_customs/common/publications/studies/index_en.htm | 230 | Valutazzjoni ta’ l-impatt L-alternattivi li ġew ikkunsidrati, huma deskritti fid-dettall fil-valutazzjoni ta’ l-impatt Klassifikazzjoni żero fil-paġna 31 It-twessigħ ta’ l-ambitu tas-servizzi eżentati fil-paġna 32 Tnaqqis fl-input tat-taxxa limitat uniformi fil-paġna 33 Alternattiva tat-taxxa fil-paġna 34 Korpi transkonfinali tal-VAT fil-paġna 37 Entitajiet ġuridiċi waħdiena u tranżazzjonijiet transkonfinali fil-paġna 37 Grupp tal-VAT fil-paġna 38 Arranġamenti ta’ qsim ta’ l-ispejjeż fil-paġna 41 Rata mnaqqsa tal-VAT għal servizzi mixtrija internament fil-paġna 44 Alternattivi oħra fil-paġna 44 | 231 | Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ impatt imniżżla fil-Programm ta’ Ħidma. Ir-rapport tagħha hu disponibbli fid-Dokument Taxud 15570. | ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta' l-azzjoni proposta Din il-proposta tikkonsisti fi tliet miżuri: - il-kjarifika tar-regoli dwar l-eżenzjoni tal-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni; - it-twessigħ ta’ l-alternattiva eżistenti għat-tassazzjoni dwar it-trasferiment tad-dritt ta’ l-għażla fost l-Istati Membri għall-operaturi ekonomiċi; - l-introduzzjoni ta’ grupp li jaqsam l-ispejjeż li jippermetti l-operaturi ekonomiċi biex jgħaqqdu flimkien l-investimenti u jirridistribwixxu l-kosti ta’ dawn l-investimenti eżentati mill-VAT mill-grupp lill-membri. | 310 | Bażi ġuridika L-Artikolu 93 tat-Trattat | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. | 331 | Il-proposti jinsabu fl-abbozz tad-Direttiva; jista’ jkun hemm interpretazzjoni waħda biss korretta tar-regoli dwar l-eżenzjoni mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni li tapplika madwar il-Komunità kollha; dan il-għan jista’ biss jintlaħaq biss billi jiġu emendati r-regoli l-antiki fid-Direttiva 2006/112/KE. Biex il-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni eżenti jitħallew jirraggruppaw l-investimenti taghom u jirridistribwixxu dawn l-eżenzjonijiet mill-VAT mill-grupp lill-membri tiegħu jeħtieġ mezz adegwat li jiffunzjona wkoll f’xenarju transkonfinali; il-ħolqien ta’ mezz bħal dan jista’ jseħħ biss b’emenda għad-Direttiva 206/112/KE. | 332 | Regoli ċari bbażati fuq il-kriterji ekonomiċi jnaqqsu s-sustnaza għal tilwim possibbli u għalhekk joħolqu ambjent ta’ ċertezza legali li fi ħdanu jitnaqqsu konsiderevolment l-ispejjeż amministrattivi biex jintlaħaq qbil possibilment ma’ bosta Stati Membri dwar kif ir-regoli għandhom jiġu interpretati u applikati. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 341 | Strument propost: Direttiva. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adatti għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Id-Direttiva tal-Kunsill eżistenti 2006/112/KE tista' biss tiġi emendata b’Direttiva oħra. | IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT | 409 | Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Komunità. | INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI | 510 | Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprevedi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. | 512 | Il-proposta tinkludi l-elementi ta’ simplifikazzjoni li ġejjin: - tibbaża l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' l-eżenzjoni mill-VAT fuq kriterji ekonomiċi oġġettivi li jagħmlu l-eżenzjoni mill-VAT aktar maniġġabbli. - tiċċara li l-eżenzjoni tkopri l-provvista ta’ kwalunkwe element inkluż f’servizz ta’ l-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat; dan inaqqas il-potenzjal tat-tilwim; - tintroduċi kunċett armonizzat komuni ta' intermedjazzjoni għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni; l-istess prinċipji japplikaw għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni. | 550 | Tabella ta’ korrelazzjoni L-Istati Membri huma meħtieġa jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva kif ukoll it-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. | 1. 2007/0267 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3], Billi: (1) L-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħti kontribut importanti għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta’ l-impjiegi, imma tista' taqdi r-rwol tagħha biss f’kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut qafas li jipprovdi ċertezza legali fir-rigward tat-trattament tat-taxxa tal-valur miżjud (VAT) fuq il-prodotti finanzjarji u l-kummerċjalizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom. (2) Ir-regoli eżistenti li jirregolaw l-eżenzjonijiet mill-VAT għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa tal-valur miżjud[4] huma skaduti u wasslu għal interpretazzjoni u applikazzjoni differenti. Il-kumplessità tar-regoli u l-varjazzjonijiet fil-pattiċi amministrattivi toħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa. Din l-inċertezza wasslet għal tilwim konsiderevoli u żiedet il-piż amministrattiv. Għalhekk jinħtieġ li jiġi ċċarati liema servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni huma eżenti u b’hekk tinħoloq ċertezza legali akbar u jonqos il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet. (3) Sabiex tiġi żgurata n-newtralità fiskali, l-eżenzjonijiet għandhom jintrabtu man-natura tas-servizzi kkonċernati, abbażi tal-kriterji ekonomiċi oġġettivi, u mhux il-persuni li jfornuhom. (4) Inċertezza partikolari nħolqot fejn operaturi ekonomiċi jesternalizzaw attivitajiet lil persuni indipendenti jew jgħaqqdu bejniethom l-attivitajiet. Biex tiġi evitata tali inċertezza, huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-attivitajiet li jiffurmaw element kostitwent ta’ servizz ta’ l-assigurazzjoni jew finanzjarju, jikkostitwixxu oġġett distint u għandhom l-karattru essenzjali tas-servizz eżentat huma fl-ambitu ta’ l-eżenzjoni li tapplika għas-servizz ikkonċernat. (5) Servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni jeħtieġu forom simili ta’ intermedjazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li l-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni u l-intermedjazzjoni fis-servizzi finanzjarji jiġu ttrattati bl-istess mod. (6) Il-modernizzazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet għas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni tfittex ukoll li tiżgura konsistenza mad-dispożizzjonijiet tas-suq intern, partikolarment fil-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizzi Finanzjarji[5] u r-regoli għall-impriżi fir-rigward ta’ l-investimenti kollettivi u sigurtajiet trasferibbli. Madankollu, sabiex jitħares ir-rekwiżit għall-interpretazzjoni stretta ta’ l-eżenzjonijiet tal-VAT, f’ċerti każijiet huwa neċessarji li d-definizzjoni tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni eżenti tkun idjaq mid-definizzjonijiet previsti fir-regoli tas-suq intern. (7) Fornituri tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni huma dejjem aktar kapaċi jallokaw l-input tal-VAT fuq spejjeż li għamlu fuq il-bejgħ li għandu jiġi intaxxat. Fejn is-servizzi li jfornu huma bbażati fuq tariffi, huma jistgħu faċilment jistabbilixxu l-ammont taxxabbli għal dawn is-servizzi. Għalhekk jixraq li tiġi estiża l-possibbiltà ta’ l-alternattiva għat-tassazzjoni għal tali operaturi. (8) Billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali, il-fornituri tas-servizzi finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni jistgħu jżidu l-kompetittività tagħhom u jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni tas-suq intern. Suġġett għall-konformità mal-prinċipju tan-newtralità fiskali, l-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom għalhekk jingħataw id-dritt ta' l-alternattiva għat-taxxa u li jikkooperaw fuq bażi ta' qsim ta' l-ispejjeż. (9) Id-Direttiva 2006/112/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 2006/112/KE hija emendata hekk: (1) L-Artikolu 135 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (g) huma sostitwiti b'dan li ġej: "(a) assigurazzjoni u rijassigurazzjoni; (b) għoti ta’ kreditu u garanziji għad-djun li jirriżultaw mill-għoti ta' kreditu; (c) tranżazzjonijiet dwar operazzjonijiet ta’ depożiti u kontijiet finanzjazji; (d) skambju tal-valuta u proviżjon ta' kontanti; (e) forniment ta’ sigurtajiet; (f) intermedjazzjoni fi tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni kif imsemmi fil-punti (a) sa (e); (g) ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment;” (b) Jiddaħħlu l-paragrafi 1a, 1b u 1c li ġejjin: "1a. L-eżenzjoni prevista fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 għandha tapplika għall-provvista ta’ kwalunkwe element inkluż f’servizz ta’ l-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat. 1b. Meta tranżazzjoni kumplessa tinkludi elementi ta’ l-assigurazzjoni li huma stipulati separatament, l-assigurazzjoni għandha tkun servizz distint eżentat skond il-punt (a) tal-paragrafu 1. 1c. Meta l-provvista tal-prodotti jew is-servizzi tinkludi l-għoti ta' kreditu li ma jkunx stabbilit separatament, l-għoti ta' kreditu ma għandux ikun servizz distint eżentat skond il-punt (b) tal-paragrafu 1." (2) Jiddaħħal l-Artikolu 135a li ġej: "Artikolu 135a Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet previsti fil-punti (a) sa (g) ta’ l-Artikolu 135(1), japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (1) “assigurazzjoni u rijassigurazzjoni” tfisser impenn li bih persuna tkun obbligata, bi ħlas, li tipprovdi lil persuna oħra, fl-avveniment li jimmaterjalizza riskju, b’indennizz jew benefiċċju kif determinat mill-impenn; (2) “għoti ta’ kreditu” tfisser l-għoti ta’self ta’ flus jew il-wegħda li jingħata self ta’ flus; (3) “garanzija tad-djun” tfisser l-aċċettazzjoni tar-responsabbiltà għad-dejn ta’ persuna oħra; (4) “depożitu finanzjarju” tfisser depożitu ta’ flus miżmuma f'isem id-depożitur li jżomm id-drittijiet għad-depożiti, li għandhom jitħallsu mill-ġdid skond il-kundizzjonijiet ġuridiċi u kuntrattwali applikabbli; (5) “operazzjoni ta' kont" tfisser l-operazzjoni ta' kont monetarju għal klijent; (6) “kambju ta’ valuta” tfisser il-forniment tas-servizzi li bih persuna tbiddel il-valuta tal-karta tal-flus jew muniti normalment uzati bħala valuta legali, tad-depożiti jew tal-flus f’kont monetarju abbażi ta’ rati tal-kambju bejn il-valuti tal-pajjiżi; (7) “kontanti” tfisser il-karti tal-flus u muniti normalment użati bħala valuti legali jew mezz ta’ ħlas negozjabbli. (8) “forniment ta’ sigurtajiet” tfisser il-forniment ta’ strumenti negozjabbli apparti strument li jistabbilitxxi titolu fuq l-oġġetti jew fuq drittijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), li jirrappreżenta l-valur finanzjarju u jirrifletti kwalunkwe wieħed jew aktar minn dan li ġej: (a) pożizzjoni ta’ sjieda ta’ ekwità f’kumpanija jew assoċjazzjoni oħra; (b) pożizzjoni tal-kreditur fir-rigward tad-djun; (c) unità tas-sjieda f’impriżi ta’ investiment kollettiv fis-siġurtajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b), fi strumenti finanzjarji oħra eżentati msemmija fil-punti (a) sa (d) ta' l-Artikolu 135(1) jew f'impriżi oħra ta’ investiment kollettiv; (9) “intermedjazzjoni fi tranżazzjonijiet finanzjarji u ta’ l-assigurazzjoni” tfisser il-forniment ta’ servizzi mogħtija lil u mħallsa minn parti kontraenti bħala att distint ta’ medjazzjoni fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jew ta’ l-assigurazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) ta' l-Artikolu 135(1), minn parti terza intermedja; (10) “fondi ta’ investiment” tfisser impriżi ta’ investiment kollettiv fl-istrumenti finanzjarji eżentati msemmija fil-punti (a) sa (e) ta’ l-Artikolu 135(1) u fis-settur tan-negozju tal-proprjetà; (11) “ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment” tfisser attivitajiet immirati għat-twettiq tal-miri ta' l-investiment tal-fondi ta' investiment ikkonċernati." (3) Fl-Artikolu 137(1), jitħassar il-punt (a). (4) Jiddaħħlu l-Artikoli 137a u 137b li ġejjin: "Artikolu 137a 1. Mill-1 ta’ Jannar 20112, l-Istati Membri għandhom jippermettu persuni taxxabbli d-dritt ta’ l-alternattiva tat-tassazzjoni fir-rigward tas-servizzi msemmija fil-punti (a) sa (g) ta' l-Artikolu 135(1). 2. Il-Kunsill għandu jadotta il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 397. Sakemm il-Kunsill ma jkunx għadu adotta tali miżuri, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli ddettaljati dwar l-eżerċizzju ta’ l-alternattiva skond il-paragrafu 1. Artikolu 137b L-Istati Membri għandhom jeżentaw is-servizzi fornuti minn grupp ta’ persuni taxxabbli lil membri tal-grupp meta l-kundizzjonijiet segwenti jiġu sodisfatti: (1) il-grupp innifsu u l-membri kollha tiegħu jkunu stabbiliti jew residenti tal-Komunità; (2) il-grupp iwettaq attività awtonoma u jaġixxi bħala entità indipendenti lejn il-membri tiegħu; (3) il-membri tal-grupp jkunu qed ifornu servizzi li jkunu eżenti skond l-Artikolu 135(1)(a) sa (g) jew servizzi oħra u li fir-rigward tagħhom ma jkunu persuni taxxabbli. (4) is-servizzi jkunu fornuti mill-grupp biss lill-membri tiegħu u jkunu neċessarji biex jippermettu lill-membri biex ifornu servizzi li jkunu eżenti skond l-Artikolu 135(1)(a) sa (g); (5) il-grupp jitlob lill-membri tiegħu r-rimbors eżatt biss tas-sehem tagħhom mill-ispejjeż konġunti, eskluż kwalunkwe aġġustament tat-trasferiment tal-prezzijiet imwettaq għall-finijiet ta’ taxxa diretta.” (5) Fl-Artikolu 174(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej: "(c) l-ammont tal-fatturat attribwibbli għat-tranżazzjonijiet finanzjarji kif imsemmi fil-punti (b) sa (g) ta’ l-Artikolu 135(1) sakemm dawk it-tranżazzjonijiet ikunu inċidentali.” Artikolu 2 It-traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2009 l-aktar tard. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fi [...] ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, […] Għall-Kunsill Il-President […] [1] ĠU C […], […], p. […]. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […]. [4] ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2006/138/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 92). [5] COM(1999) 232.