Proposta ta’ direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi {SEG(2007) 1472} {SEG(2007) 1473} /* KUMM/2007/0697 finali - COD 2007/0247 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.11.2007 KUMM(2007) 697 finali 2007/0247 (COD) Proposta ta’ DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2007) 1472}{SEG(2007) 1473} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Il-bażi tal-proposta u l-għanijiet tagħha Biex jissaħħu l-investiment, l-innovazzjoni u l-benefiċċji għall-konsumatur fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, l-Ewropa teħtieġ qafas regolatorju koerenti għall-ekonomija diġitali li jilqa’ għall-futur, ikun orjentat lejn is-suq, u jisfrutta l-vantaġġi li jiġu meta s-suq intern ikun ikkompletat. Il-proposta preżenti hija waħda minn tliet riformi biex ikun emendat il-qafas regolatorju kurrenti. Din l-ewwel proposta ta’ riforma leġiżlattiva tkopri l-bidliet fid-Direttivi: ta’ Kwadru[1] (minn hawn il-quddiem "ta’ Qafas") , ta’ l-Awtorizzazzjoni[2] u ta’ l-Aċċess[3]. Proposta separata ta’ riforma leġiżlattiva[4] tkopri l-bidliet fiż-żewġ Direttivi l-oħra. Dan huwa kkomplementat bil-proposta ta’ Regolament li joħloq Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ġdida[5]. It-tliet proposti ta’ riforma leġiżlattiva huma akkumpanjati minn Valutazzjoni ta’ l-Impatt[6] u Komunikazzjoni li tispjega l-linji tal-politika ewlenin u tirrapporta dwar il-konsultazzjoni pubblika[7]. Barra minn dan, il-Kummissjoni adottat it-tieni verżjoni tar-Rakkomandazzjoni tagħha dwar is-swieq tal-prodotti u s-servizzi rilevanti, li skondha l-għadd ta' swieq suxxettibbli għar-regolazzjoni ex-ante jitnaqqas minn 18 għal 7. Il-proposta preżenti ta’ riforma leġiżlattiva għandha l-għan li taġġusta l-qafas regolatorju għall-komunikazzjonijiet elettroniċi billi ttejjeb l-effikaċja tiegħu, tnaqqas ir-riżorsi amministrattivi meħtieġa biex tkun implimentata r-regolazzjoni ekonomika (il-proċedura ta’ l-analiżi tas-suq) u tagħti aċċess iktar sempliċi u iktar effiċjenti għall-frekwenzi tar-radju. Hija konformi mal-Programm tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, li huwa maħsub biex jiżgura li l-interventi leġiżlattivi jibqgħu proporzjonati ma' l-għanijiet politiċi li jridu jintlaħqu, u tifforma parti mill-istrateġija ġenerali tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ u jkun ikkompletat is-suq intern. B’mod iktar speċifiku, l-għanijiet tal-proposta preżenti jinqasmu fi tlieta: 1. Li wieħed jersaq lejn ġestjoni iktar effiċjenti ta’ l-ispettru tar-radju biex b’hekk ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ispettru tar-radju għall-operaturi u titħeġġeġ l-innovazzjoni; 2. Li jkun żgurat li, meta r-regolazzjoni tibqa’ meħtieġa, din tkun iktar effiċjenti u sempliċi kemm għall-operaturi kif ukoll għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (NRAs); 3. Li jsir pass deċiżiv lejn iktar konsistenza fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-UE sabiex jitkompla s-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. - Il-kuntest ġenerali Bħala parti mill-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għall-iżvilupp u l-impjiegi, il-Kummissjoni f’Ġunju 2005 pproponiet strateġija ġdida –l-Inizjattiva i2010: Soċjetà Ewropea ta' l-Informazzjoni għat-tkabbir u għall-impjiegi– li tistabbilixxi orjentamenti ta’ politika wisgħin biex tippromwovi ekonomija diġitali miftuħa u kompetittiva. Il-ħolqien ta’ Spazju Uniku Ewropew ta’ l-Informazzjoni, li huwa wieħed mill-pilastri ewlenin ta’ l-Inizjattiva i2010, jinkludi r-riforma tal-qafas regolatorju bħala wieħed mill-isfidi importanti tagħha. L-inizjattiva i2010 tenfasizza wkoll li l-ġestjoni effettiva ta’ l-ispettru tar-radju ssaħħaħ l-innovazzjoni fl-ICT u tgħin biex tipprovdi s-servizzi li jistgħu jkunu akkwistati miċ-ċittadini Ewropej. B’konformità mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar, il-qafas jipprovdi għall-eżami mill-ġdid kull tant żmien biex ikun żgurat li jinżamm il-pass ma’ l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq. F’Ġunju 2006, il-Kummissjoni ppreżentat rapport[8] lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod kif jaħdem il-qafas regolatorju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ir-rapport innota li l-qafas kien issarraf f’ħafna benefiċċji, imma li s-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi ma kienx għadu kkompletat, billi ħafna aspetti kienu għadhom irregolati fil-livell nazzjonali. Din is-sitwazzjoni tikkuntrasta ma’ l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, li m’humiex kostretti mill-fruntieri nazzjonali u għalhekk jitolbu trattament regolatorju komuni ma’ l-UE kollha. Il-frammentazzjoni attwali tfixkel l-investiment u hija ta’ ħsara għall-utenti finali u l-operaturi. Dan jitlob għal riforma sostanzjali tal-qafas regolatorju sabiex jissaħħaħ u jkun komplut is-suq intern. - Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Il-għan ta’ din il-proposta huwa li temenda tliet Direttivi: id-Direttiva Kwadru (ta’ Qafas) , id-Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni u d-Direttiva ta' l-Aċċess. - Il-konsistenza ma’ politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Il-proposta li tkun emendata d-Direttiva ta’ Qafas fil-qasam tas-sigurtà u l-integrità hija maħsuba biex issaħħaħ il-kapaċità ta’ rkuprar tan-netwerks u s-sistemi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kurrenti. Tikkomplementa d-Deċiżjoni ta’ Qafas 2005/222/JHA fir-rigward ta' l-attakki kontra s-sistemi ta’ informazzjoni[9], li permezz tagħha ċerti attivitajiet saru illegali. Il-proposta li tkun emendata d-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni biex tkun stabbilita proċedura ta’ għażla komuni se tiffaċilita l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti servizzi tas-satellita pan-Ewropej, skond wieħed mill-għanijiet tal-Politika Spazjali Ewropea[10]. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li taw fehmithom Is-servizzi tal-Kummissjoni nidew konsultazzjoni f’żewġ fażijiet fl-aħħar ta’ l-2005. L-ewwel fażi inkludiet sejħa għas-sottomissjoni ta’ fehmiet, li kienet tinvolvi laqgħa pubblika b’iktar minn 440 parteċipant (saret f’Jannar 2006) u madwar 160 sottomissjoni mill-partijiet involuti. Fis-sejħa għas-sottomissjoni ta’ fehmiet, il-partijiet involuti kienu mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar suġġetti ġenerali relatati mar-regolazzjoni tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dawn il-fehmiet tqiesu fit-tħejjija tal-Komunikazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2006 dwar l-Analiżi[11], kif ukoll fit-tħejjija tad-Dokument ta’ Ħidma għall-Persunal tal-Kummissjoni u l-Valutazzjoni ta’ l-Impatt. Bil-pubblikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti tnediet it-tieni fażi tal-konsultazzjoni pubblika, li damet sa Ottubru 2006. Saret sessjoni ta’ ħidma pubblika f’Ottubru 2006 biex tippermetti lill-partijiet interessati jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar id-dokumenti ta’ konsultazzjoni. Waslu 224 reazzjoni minn firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati, kemm minn ġewwa l-UE kif ukoll minn barra. 52 assoċjazzjoni ta’ l-industriji, 12-il assoċjazzjoni tan-negozju u unions tal-ħaddiema, u 15-il assoċjazzjoni ta’ l-utenti bagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub, kif għamlu wkoll 18-il Stat Membru u l-Grupp tar-Regolaturi Ewropej (ERG). Il-Kummissjoni segwiet is-sottomissjoni ta’ l-ERG bi djalogu regolatorju bejn Novembru 2006 u Frar 2007 biex tesplora l-għażliet li jnaqqsu l-inkonsistenzi regolatorji u l-ostakli għas-suq uniku fi spirtu ta’ regolamentazzjoni aħjar. Ġabra fil-qosor tar-reazzjonijiet u kif tqiesu Il-proposti fl-oqsma tal-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju u ta’ l-organizzazzjoni aħjar ta’ l-eżamijiet tas-suq mill-ġdid irċevew appoġġ wiesa’ mill-Istati Membri u l-industrija. Numru kbir ta’ kontribuzzjonijiet ippreżentati mill-industrija kienu jitolbu għal suq intern reali fil-komunikazzjonijiet elettroniċi. Ġie espress xi tħassib dwar aspetti speċifiċi fir-rigward ta’ possibbiltà ta’ żvista mill-Kummissjoni dwar rimedji mingħajr l-involviment ta’ l-NRA’s, u fir-rigward ta’ bidliet fil-proċeduri ta’ l-appell. Fil-qasam tas-sigurtà, is-sottomissjonijiet urew appoġġ wiesa’ għall-għanijiet ġenerali, imma l-opinjonijiet espressi kienu iktar sfumati dwar il-mezzi proposti biex jintlaħqu dawn il-għanijiet. L-operaturi li għadhom kif daħlu fis-settur kif ukoll l-ERG talbu għall-possibbiltà li tiddaħħal is-separazzjoni funzjonali. Il-proposta dwar l-awtorizzazzjoni tas-servizzi b’dimensjoni pan-Ewropea rċeviet appoġġ wiesa’. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika kienu kkunsidrati fil-proposta preżenti. - Il-ġbir u l-użu ta’ l-għarfien espert L-isferi xjentifiċi/ta’ kompetenza kkonċernati - L-Istudju “ Preparing the next steps of eCommunications — a contribution to the review of the e-Communications regulatory framework ” (Hogan & Hartson, Analysys), 2006. Ġabra fil-qosor tal-konsulenza rċevuta u użata L-istudju kkonferma l-validità tal-qafas regolatorju u l-għanijiet tiegħu. Madankollu, indika l-ħtieġa għal xi aġġustamenti. - L-istudju ta ħarsa wiesgħa lejn ċerti aspetti tar-regolazzjoni, li kienet tinkludi stħarriġ fost l-operaturi fis-suq dwar l-ostakli għas-suq intern u l-valutazzjoni tal-proċedura ta’ l-analiżi tas-suq ta’ “l-Artikolu 7”. Għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għall-bidla, inklużi l-modi kif tkun organizzata aħjar il-proċedura ta’ stħarriġ fost l-operaturi fis-suq u biex jitjiebu l-appelli fil-qrati nazzjonali, għalkemm l-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet ma ssuġġeriet bidliet radikali għall-qafas. Ippropona l-veto tal-Kummissjoni fuq ir-rimedji fil-każi li jkunu ġġustifikati mid-dimensjoni tas-suq intern tagħhom u l-inklużjoni tas-separazzjoni funzjonali fil-lista ta’ rimedji disponibbli għall-NRAs. Il-mezzi użati biex il-konsulenza ta’ l-esperti tkun disponibbli għall-pubbliku L-istudju huwa disponibbli fl-indirizz: http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/ext_studies/index_en.htm#2006 - Il-valutazzjoni ta’ l-impatt Ir-rapport tal-valutazzjoni ta’ l-impatt ta’ Ġunju 21006 ipprovda analiżi inizjali ta’ sensiela ta’ għażliet wiesa’ ta’ politika. Din l-analiżi ġiet mirquma wara l-konsultazzjoni pubblika. It-tieni valutazzjoni ta’ l-impatt, ippubblikata flimkien mal-proposta preżenti, tiffoka fuq lista ta’ għażliet iktar speċifiċi għal dawk il-proposti li għandhom effett ta’ l-ikbar importanza. Din il-valutazzjoni ibbenefikat b’mod partikulari mill-istudju magħmul b’mod kompetenti dwar l-għażla ta’ politika għall-ġestjoni effiċjenti ta’ l-ispettru tar-radju. Il-gruppi l-aktar milquta mill-bidliet proposti huma n-negozji (dawk diġà kienu preżenti u dawk li għadhom kif daħlu fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, kif ukoll in-negozji li jużaw is-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi), l-amministrazzjonijiet pubbliċi, iċ-ċittadini u s-soċjetà Ewropea b’mod ġenerali, li huma lkoll utenti tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. B’mod partikulari, l-operaturi importanti affettwati mill-proposta preżenti huma l-NRAs, dawk li jipprovdu l-komunikazzjonijiet elettroniċi u x-xandara wkoll. Dan mhuwiex grupp omoġenju: il-membri tiegħu jistgħu ta’ spiss ikollhom interessi konfliġġenti. Il-valutazzjoni ta’ l-impatt hija disponibbli fl-indirizz: http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/public_consult/index_en.htm#communication_review 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Ġabra fil-qosor ta’ l-azzjoni proposta Il-proposta għandha l-għan li timmodernizza u temenda d-Direttivi eżistenti: id-Direttiva Kwadru (ta’ Qafas) , id-Direttiva ta’ l-Awtorizzazzjoni u d-Direttiva ta’ l-Aċċess. L-emendi ewlenin proposti għad- Direttiva ta’ Qafas huma dawn li ġejjin: - Ir-riforma tal-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju, b'applikazzjoni tal-politika tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju stabbilita fil-Komunikazzjoni ta’ Settembru 2005[12]. L-iżvilupp teknoloġiku u l-konverġenza jenfasizzaw l-importanza ta’ l-ispettru tar-radju, imma l-ġestjoni tiegħu ġewwa l-UE ma żammitx il-pass ma’ dan il-proċess ta’ żvilupp. Għalhekk huwa meħtieġ trattament iktar flessibbli biex wieħed jisfrutta l-potenzjal ekonomiku u jsarraf il-benefiċċji għas-soċjetà u għall-ambjent minn użu aħjar ta’ l-ispettru tar-radju. - It-titjib fil-konsistenza tar-regolazzjoni tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan se jinkiseb bi rwol iktar b’saħħtu għall-Kummissjoni fir-rimedji imposti mill-NRAs, li se jkunu mgħaqqda ma’ l-involviment mill-qrib ta’ l-Awtorità tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi l-ġdida fil-proċedura ta’ “l-Artikolu 7” biex ikun żgurat li l-kompetenza konġunta ta’ l-NRAs tkun tista’ tiġi utilizzata b’mod effettiv u tingħata kunsiderazzjoni b’mod effiċjenti fid-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni. - It-tisħiħ tas-sigurtà u l-integrità, għall-benefiċċju ta’ l-utenti ta’ l-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan huwa essenzjali sabiex jissaħħu l-fiduċja u s-sigurtà tan-negozju u taċ-ċittadini li jużaw il-komunikazzjonijiet elettroniċi. Fir-rigward tad- Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni , il-bidliet prinċipali huma dawn li ġejjin: - L-allinjament tad-Direttiva mal-politika l-ġdida għall-ispettru tar-radju; - Il-ħolqien ta’ proċedura effiċjenti għall-impriżi li jkunu jeħtieġu d-drittijiet għall-użu biex jipprovdu servizzi ma’ l-Ewropa kollha; u - L-iżgurar ta’ tranżizzjoni bla xkiel lejn l-introduzzjoni sħiħa tan-negozju fl-ispettru tar-radju. Fir-rigward tad- Direttiva dwar l-Aċċess , il-bidla ewlenija hija l-introduzzjoni tas-separazzjoni funzjonali bħala rimedju li jista’ jkun impost mill-NRAs, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, li għal dan il-għan trid tfittex l-opinjoni ta’ l-Awtorità l-ġdida. - Il-bażi legali L-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE. - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà L-azzjoni proposta ġġib magħha l-emenda tal-qafas regolatorju eżistenti u għalhekk tikkonċerna settur li fih il-Komunità diġà eżerċitat il-kompetenza tagħha. Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Barra minn dan, il-mudell regolatorju għall-qafas huwa bbażat fuq il-prinċipju tar-regolamentazzjoni deċentralizzata fl-Istati Membri, u jagħti lill-awtoritajiet nazzjonali r-responsabbiltà li jissorveljaw is-swieq skond lista ta’ prinċipji u proċeduri komuni. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi hija tipproponi livell minimu ta’ armonizzazzjoni, waqt li tħalli d-definizzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni lill-NRAs jew lill-Istati Membri, kif huwa fl-oqsma li ġejjin: - is-simplifikazzjoni tal-“proċedura ta’ l-Artikolu 7” toffri mod kif ikun organizzat aħjar il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-NRAs –skond il-politika ta’ regolazzjoni aħjar tal-Kummissjoni– waqt li jkun żgurat li jitwaqqaf mekkaniżmu effiċjenti tal-Komunità għall-oqsma importanti fejn ikun hemm ħtieġa tal-konsistenza regolatorja fis-Suq Intern; - il-miżuri li jsaħħu s-sigurtà u l-integrità ma jippreskrivux obbligi ddettaljati fil-livell ta’ l-UE, imma x’aktarx jagħtu setgħat addizzjonali ta’ infurzar lill-NRAs, bir-regolazzjoni effettiva ta’ dawn il-kwistjoniet tibqa’ r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. L-emendi proposti ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jitlaħaq il-għan ta’ regolazzjoni aħjar tas-settur. Huma konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ l-UE. - L-għażla ta’ l-istrumenti L-istrumenti proposti: Direttiva. Mezzi oħra ma jkunux adegwati billi l-għan ta’ din il-proposta huwa li jemenda tliet Direttivi eżistenti. 4. L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI - Is-semplifikazzjoni u t-tnaqqis ta’ l-ispejjeż amministrattivi Diversi bidliet għandhom il-għan li jħaffu l-piż amministrattiv għall-NRAs u l-operaturi fis-suq: - Flessibiltà ikbar fil-kompiti tal-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju se tiffaċilita l-proċeduri amministrattivi għall-NRAs u l-użu ta’ l-ispettru tar-radju mill-operaturi u l-utenti finali. Skond il-mekkaniżmu propost, ir-restrizzjonijiet regolatorji (eż. il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji) se jkunu limitati għall-minimu. - Jiddaħħlu dispożizzjonijiet li għandhom jagħmlu inqas strett l-obbligu li l-NRAs jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'abbozzi ta’ miżuri skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta’ Qafas. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu proċedura 'ta’ notifika qasira' għal ċerti abbozzi ta’ miżuri (pereżempju dawk li jikkonċernaw swieq stabbli, jew bidliet minuri għal miżuri diġà nnotifikati qabel), fejn l-NRA tinforma lill-Kummissjoni biss bil-miżura li biħsiebha tieħu filwaqt li tipprovdi deskrizzjoni limitata ta’ fiex tikkonsisti l-miżura; kif ukoll proċedura ta’ 'eżenzjoni min-notifikar' għal ċerti kategoriji li jitqisux li għandhom mnejn iqajmu kwistjonijiet ta’ kompetizzjoni, fejn l-NRA ma tibqax obbligata li tgħarraf lill-Kummissjoni bl-abbozzi ta' miżuri. Barra minn dan, qed ikun propost li jiġu rrevokati xi dispożizzjonijiet li għadda żmienhom, inklużi, per eżempju, il-miżuri tranżitorji biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni bejn il-qafas 'l-antik' ta’ l-1998 u l-qafas ta’ l-2002. Il-proposta hija inkluża fil-programm kontinwu tal-Kummissjoni biex ikun aġġornat u ssemplifikat l- acquis communautaire u l-Programm Leġiżlattiv u ta’ Ħidma tagħha taħt bir-referenza 2007/INFSO/001. Fi sforz parallel ma' dan, l-għadd ta’ swieq potenzjalment suxxettibbli għar-regolamentazzjoni ex-ante se jitnaqqas minn 18 għal 7, permezz ta’ bidliet fir-rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-swieq rilevanti. - Revoka ta’ leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għar-revoka tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2887/2000 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali[13]. - Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni Id-Direttivi li jridu jiġu emendati diġà jinkludu klawżola ta’ analiżi regolari. - Tabella ta’ korrelazzjoni L-Istati Membri huma mitluba li jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva, kif ukoll it-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. - Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna materja taż-ŻEE u għalhekk l-applikazzjoni tagħha għandha titwessa' għaż-ŻEE. - Spjegazzjoni ddettaljata tal-proposta L-Artikolu 1 jinkludi bidliet għad-Direttiva ta’ Qafas L-għanijiet tal-bidliet proposti huma dawn li ġejjin: Trattament ġdid tal-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju - Fl-Artikolu 6: dan jiżgura li l-Istati Membri jikkonsultaw ukoll mal-partijiet interessati meta jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ deroga mill-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz. - Fl-Artikolu 8(1): din tiċċara t-test eżistenti. - Fl-Artikolu 9: bil-għan li tkun permessa iktar flessibilità biex jitqiesu l-bżonnijiet tas-suq, din tagħmel in-newtralità tat-teknoloġija (l-Artikolu 9.3) prinċipju li jorbot, u tintroduċi l-prinċipju tan-newtralità tas-servizz (l-Artikolu 9.4), bil-possibbiltà li jkun hemm eċċezzjonijiet għall-prinċipju f’każijiet limitati, per eżempju biex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali. Il-prinċipju tan-negozjabbiltà ta’ l-ispettru tar-radju jista’ jkun impost f'meded ta’ frekwenza ddefiniti b’mod komuni (9b). Il-bidliet jintroduċu wkoll fażi tranżitorja (l-Artikolu 9.a), u jippermettu lill-Kummissjoni tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni permezz tal-proċedura tal-komitoloġija biex tikkoordina l-applikazzjoni tal-prinċipji l-ġodda (9c) għall-finijiet tas-suq intern. It-tisħiħ tas-suq komuni u t-titjib tal-konsistenza - Fl-Artikolu 7(4): din twessa' s-setgħat tal-Kummissjoni biex timmonitorja r-rimedji proposta mill-NRA għal impriżi b'poter sinifikanti fis-suq. - Fl-Artikolu 7(5) u (7): l-għan ta' dawn it-tibdiliet huwa li tissaħħaħ il-koordinazzjoni tar-regolamentazzjoni fis-suq intern. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni billi tipprovdilha konsulenza. - Fl-Artikoli 7(5), 7(6), 7a, 16(6) u 16(7): dawn it-tibdiliet jirrazzjonalizzaw uħud mill-elementi ta’ proċedura fil-proċess ta’ l-analiżi tas-suq, sabiex titnaqqas l-inċertezza għall-operaturi fis-suq. L-Artikolu 16(7) jippermetti lill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ l-Awtorità, li tieħu f’idejha l-analiżi tas-suq jekk l-NRA tittardja ħafna fil-qadi ta’ dmirijietha. L-Artikolu 7(8) jippermetti lill-Kummissjoni, bl-għajnuna ta’ l-Awtorità, li timponi obbligi speċifiċi għall-abbozzi ta’ miżuri li jkunu ġew innotifikati mill-ġdid. - Fl-Artikolu 16(6): tiddaħħal skeda għat-twettiq ta’ l-analiżi tas-suq. - Fl-Artikolu 10(4): din tiċċara s-setgħat tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għoti tan-numri għal ċerti servizzi b'dimensjoni tas-suq intern. Il-każ tal-“116” juri li huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata ċerti setgħat fil-każ tat-tariffi marbuta ma’ l-użu ta’ numri speċifiċi. L-Awtorità tista’ tingħata responsabbiltajiet fl-implimentazzjoni ta’ l-applikazzjoni tal-miżuri adottati mill-Kummissjoni. - Fl-Artikoli 15(4) and 16(5): għas-swieq tranżnazzjonali, il-Kummissjoni tinnomina dawk l-impriżi li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq u timponi obbligi speċifiċi, wara li tagħti kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità. - Fl-Artikolu 19: is-setgħat eżistenti tal-Kummissjoni huma ċċarati biex b’hekk tkun żgurata l-armonizzazzjoni jew il-koordinazzjoni fil-livell tal-Komunità f’ċerti oqsma. Dan se tippermetti li l-kwistjonijiet regolatorji ta’ natura teknika, u l-kwistjonijiet li jinqalgħu mit-teknoloġija li tinbidel, jittieħed ħsiebhom b’mod f’waqtu u koordinat milli b’mod frammentarju. - Fl-Artikolu 21a ġdid: din ittejjeb is-setgħat ta’ infurzar disponibbli għall-NRAs. It-titjib tas-sigurtà u l-integrità tan-netwerk - Jiżdied kapitolu ġdid dwar is-sigurtà u l-integrità tan-netwerks u s-servizzi. L-obbligi f’dan il-qasam jissaħħew biex ikun żgurat li l-komunikazzjonijiet elettroniċi jintużaw b’mod kredibbli u sikur (l-Artikolu 13a(1)). L-Awtorità se tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u ta’ sigurtà organizzattiva li jkunu xierqa billi tipprovdi opinjoni kompetenti lill-Kummissjoni. Dispożizzjonijiet ġodda jestendu l-ambitu tar-rekwiżiti ta’ l-integrità lil hinn min-netwerks tat-telefon biex ikopri n-nertwerks mobbli u ta’ l-IP (l-Artikolu 13a(2)). L-Artikolu 13b jagħti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-NRAs f’dan il-qasam. L-indipendenza tar-regolaturi, id-dritt ta’ appell - Fl-Artikolu 3(3): din issaħħaħ l-indipendenza tal-NRAs billi tistabbilixxi l-istandards għat-tkeċċija tal-kap tal-NRA, tillimita l-influwenza possibbli minn entitajiet pubbliċi oħra fuq il-ġestjoni ta’ kuljum tal-NRA, u tiżgura li hija jkollha l-baġit indipendenti tagħha stess u biżżejjed riżorsi umani. - Fl-Artikolu 4(1): din tistabbilixxi l-kriterju minimu (il-ħtieġa urġenti li ma titħallix issir ħsara serja u irreparabbli lill-parti konċernata) għas-sospensjoni ta’ miżura mill-NRA, skond il-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. - Fl-Artikolu 4(3): b'din l-Istati Membri huma obbligati li jipprovdu informazzjoni dwar l-appelli lill-Awtorità u lill-Kummissjoni. - Fl-Artikolu 5(1): din tippermetti lill-NRAs li jkunu infurmati dwar l-iżviluppi fin-netwerk (eż. l-arkitettura NGN) li jistgħu jkollhom impatt fuq is-servizzi pprovduti fi kwantità kbira lill-kompetituri għall-bejgħ mill-ġdid. L-aġġustamenti tekniċi fit-test tad-Direttiva - Fl-Artikolu 1(1): din iġġib it-tagħmir terminali fl-ambitu tal-qafas. Dan huwa skond il-bidliet proposti fid-Direttiva dwar is-Servizz Universali rriveduta sabiex tittejjeb l-Aċċessibilità elettronika għall-utenti finali b’diżabilità. - Fl-Artikolu 2: diversi definizzjonijiet huma aġġornati (il-punti (d) u (e)), jew iċċarati (il-punti (b), (q), (r) u (s)). - Fl-Artikolu 8: din taġġorna l-għanijiet tal-NRAs notevolment fir-rigward ta’ l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet speċjali. Il-punt (g) jikkonċerna l-libertà ta’ l-utenti finali fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni. - Fl-Artikolu 10(2): din tikkoreġi inkonsistenza fit-test attwali. - Fl-Artikolu 11: din tiffaċilita l-użu komuni ta’ faċilitajiet jew ta’ proprjetà, kif ukoll il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet ċivili. Din it-taħsira wieħed għandu jaraha parallelament mat-taħsira ta’ l-Artikolu 12(2). - Fl-Artikolu 12: din tippermetti lill-NRAs jimponu l-użu komuni tat-tubi li jgħaddu l-kejbils minn ġo fihom u d-dħul fil-bini. L-iskop ta’ din l-emenda huwa li jkun iffaċilitat l-investiment fin-netwerks tal-fibra, notevolment barra ż-żoni urbani. - Fl-Artikolu 14(3): din titħassar billi wriet li mhix meħtieġa. L-estensjoni tal-kontroll minn fuq suq għal ieħor għandha tiġi indirizzata fejn tkun teżisti dik is-saħħa fis-suq. - Fl-Artikolu 20: din tiċċara li t-tilwim li jqum bejn dawk li jipprovdu l-kontenut (eż. ix-xandara) u dawk li jipprovdu l-komunikazzjonijiet elettroniċi jaqa' fl-ambitu ta’ l-Artikolu 20. - Fl-Artikolu 21: l-Awtorità l-ġdida għandha tibgħat opinjonijiet lill-NRAs dwar l-azzjoni li trid tittieħed; dawn ta’ l-aħħar ikollhom iqisuhom. - L-Annessi I u II tad-Direttiva jitħassru għax mhumiex meħtieġa. It-tneħħija ta’ dispożizzjonijiet li għadda żmienhom jew m’għadhomx jintużaw - Fl-Artikolu 18(3): din id-dispożizzjoni m’għadhiex tintuża. - Fl-Artikolu 27: din kienet tikkonċerna l-miżuri tranżitorji għat-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-antik ta’ l-1998 għall-qafas il-ġdid ta’ l-2002. Din issa m’għandhiex tiġi applikata u tista' titħassar. L-Artikolu 2 jinkludi bidliet għad-Direttiva dwar l-Aċċess L-għanijiet tal-bidliet proposti huma dawn li ġejjin: - Fl-Artikolu 5(4): din jikkoinċidi ma’ diversi dispożizzjonijiet oħra, u għaldaqtstant qiegħda titħassar. - Fl-Artikolu 7: id-dispożizzjonijiet li m’għadhomx jintużaw jitħassru. - Fl-Artikolu 13a: din tippermetti lil NRA timponi s-separazzjoni funzjonali, u tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi, b’mod partikulari l-arranġamenti għal sistemi ta’ kontroll. Biex tkun imposta s-separazzjoni funzjonali jkun meħtieġ il-qbil minn qabel tal-Kummissjoni. - Fl-Artikolu 13b: din il-bidla tirrigwarda l-każ tas-separazzjoni volontarja. - Fl-Artikolu 12(1)(f) u (j): il-punt (f) jiċċara d-dispożizzjonijiet għall-użu komuni tal-faċilitajiet; il-punt (j) jeskludi d-diskriminazzjoni fil-livell ta’ kkonnettjar bejn in-netwerks ta’ l-IP. Saru l-aġġustamenti tekniċi lill-artikoli li ġejjin: 5(2) (li qed jitmexxa għall-Artikolu 12(3)), 2(a), u 4(1). Dawn jinkludu wkoll l-aġġornament tar-referenza għad-Direttiva dwar il-privatezza fil-komunikazzjonijiet elettroniċi (l-Artikolu 8(3)) u l-allinjament tat-test mad-Deċiżjoni dwar il-Kumitati (l-Artikoli 6(2), 5, 14). L-Artikolu 3 jinkludi bidliet għad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni L-għanijiet tal-bidliet proposti huma dawn li ġejjin: L-implimentazzjoni tar-riforma ta’ l-ispettru tar-radju - Fl-Artikolu 5: din tiffaċilita l-aċċess għall-ispettru tar-radju. Jiġu ċċarati dispożizzjonijiet li jirregolaw l-assenjazzjonijiet ta’ l-ispettru tar-radju lix-xandara, mingħajr ma tintlaqat is-sustanza tad-dispożizzjonijiet eżistenti. Qed tkun stabbilita proċedura li tiżgura tranżizzjoni bla xkiel (ta’ 5 snin) qabel ma n-negozju fl-ispettru tar-radju jiġi implimentat għalkollox (l-Artikolu 5(2)). L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri biex iwaqqfu l-akkapparrar ta’ l-ispettru tar-radju — 5(6). - Fl-Artikoli 5(2), 6, 7(3) u l-Anness: dawn it-tibdiliet jistabbilixu dispożizzjonijiet biex ikun żgurat użu iktar flessibbli ta’ l-ispettru tar-radju, jiġifieri l-implimentazzjoni tan-newtralità teknoloġika (il-libertà li tintuża kull teknoloġija f’medda ta’ frekwenzi ta’ l-ispettru tar-radju), in-newtralità tas-servizzi (il-libertà li jintuża l-ispettru tar-radju biex ikun offrut kull servizz) u n-negozjabbiltà ta’ l-ispettru. Il-frekwenzi u n-numri għas-servizzi ma’ l-Ewropa kollha - Fl-Artikoli 6a u 6b: biex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ispettru tar-radju għad-ditti li jkunu jeħtieġu d-drittijiet għall-użu fl-Istati Membri kollha (eż. dawk li jipprovdu s-servizzi bis-satellita), il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat dwar il-Komunikazzjonijiet, tista’ tikkoordina jew tarmonizza l-kundizzjonijiet li jkunu japplikaw għad-drittijiet individwali (l-Anness II), il-proċeduri tal-għażla u l-għażla ta’ l-impriża/i. L-Awtorità għandha tgħin lill-Kummissjoni billi tagħti opinjonijiet. Dawn l-Artikoli se jissostitwixxu l-Artikolu 8, li wera li ma kienx effettiv. Is-setgħat ta’ infurzar ta’ l-NRAs - Fl-Artikolu 10: din il-bidla ssaħħaħ is-setgħat ta’ infurzar ta’ l-NRAs sabiex tittejjeb l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas. Aċċessibiltà elettronika mtejba għall-utenti finali b’diżabbiltà - Fil-Punt A.8 ta’ l-Anness: din tippermetti lill-NRAs li ma’ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jżidu kundizzjonijiet biex jiżguraw l-aċċessibiltà għall-utenti b’diżabilità. It-titjib tal-komunikazzjonijiet mal-pubbliku f‘emerġenza - Fil-Punt A.11a ta’ l-Anness: din tippermetti lill-NRAs li ma’ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jżidu kundizzjonijiet dwar il-komunikazzjoni ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi mal-pubbliku fil-każ ta’ theddid imminenti. Kwistjonijiet oħra - Fil-Punt A.19 ta’ l-Anness: din tippermetti lill-NRAs li ma’ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jżidu kundizzjonijiet dwar id-dritt ta’ l-awtur u d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Aġġustamenti tekniċi fit-test tad-Direttiva - Qed isiru aġġustamenti tekniċi fl-Artikoli 7(1), 14 u 14a, kif ukoll fl-Anness. Ir-referenzi għad-Direttiva l-antika dwar il-Privatezza Elettronika 97/66/KE huma ssostitwiti bir-referenzi għal dik ġdida (id-Direttiva 2002/58/KE[14]). L-Artikolu 4 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2887/2000 dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali. Dan ir-Regolament wera li huwa effettiv fil-fażi inizjali tal-ftuħ tas-suq. Fil-qafas ta’ l-2002, l-NRAs kellhom id-dmir li janalizzaw is-swieq qabel ma jimponu l-miżuri regolatorji. Madankollu, dan ir-Regolament ma baqax meħtieġ u jista’ jkun irrevokat. L-Artikoli 5, 6 u 7 L-Artikoli 5, 6 u 7 huma artikoli standard ta’ proċedura (it-traspożizzjoni, l-analiżi, id-dħul fis-seħħ. eċċ.). L-Annessi I u II jinkludu emendi għad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni. 2007/0247 (COD) Proposta ta’ DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Test b’relevanza għall–EEA) | IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[15], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[17], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat[18], Billi: (1) Il-funzjonament tal-ħames Direttivi li jikkostitwixxi l-qafas regolatorju attwali għan-netwerks u s-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi[19] ('id-Direttiva Kwadru' [ta’ Qafas] ), id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', netwerks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati[20] ('id-Direttiva ta' l-Aċċess'), id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi[21] ('id-Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni'), id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet ta' l-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi[22] ('id-Direttiva tas-Servizz Universali'), u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika[23] ('id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika')) huwa suġġett għal analiżi perjodika mill-Kummissjoni, bil-għan partikolari li tiġi ddeterminata l-ħtieġa għal emendi fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi u tas-suq. (2) F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni ppreżentat ir-riżultati inizjali fil-Komunikazzjoni tagħha lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni fid-29 ta’ Ġunju 2006 dwar l-analżi tal-qafas regolatorju ta’ l-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Abbażi ta’ dawn ir-riżultati inizjali, saret konsultazzjoni pubblika, li identifikat in-nuqqas kontinwu ta’ suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi bħala l-aktar aspett importanti li jeħtieġ li jkun indirizzat. B'mod partikolari, instab li l-frammentazzjoni tar-regolamentazzjoni, u l-inkonsistenzi fost l-attivitajiet ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jipperikolaw mhux biss il-kompetittività tas-settur, iżda wkoll il-benefiċċji sostanzjali li l-konsumatur jieħu mill-kompetizzjoni transkonfinali. (3) Għaldaqstant, il-qafas regolatorju ta’ l-UE għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għandu jiġi rriformat, bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern għall-komunikazzzjonijiet elettroniċi billi jissaħħaħ il-mekkaniżmu Komunitarju għar-regolamentazzjoni ta’ l-operaturi li għandhom saħħa sinifikanti fi swieq ewlenin. Dan huwa kkomplimentat mit-twaqqif ta’ Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn issa 'l quddiem, "l-Awtorità"), permezz tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [.../..../KE] ta’ [data][24]. Ir-riforma tinkludi wkoll d-definizzjoni ta’ strateġija għall-ġestjoni effiċjenti ta’ l-ispettru tar-radju, bil-għan li jinkiseb Spazju Uniku Ewropew ta’ l-Informazzjoni u jissaħħu d-dispożizzjonijiet għal utenti b'diżabbiltà, u b'hekk tinħoloq soċjetà ta’ l-informazzjoni li tkun inklussiva. (4) Sabiex jippermetti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jilħqu l-għanijiet stipulati fid-Direttiva ta’ Qafas u fid-Direttivi Speċifiċi, b’mod partikolari tidħol l-interoperabbiltà minn tarf sa tarf, l-ambitu tad-Direttiva ta’ Qafas għandu jitwessa’ biex ikopri t-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet kif iddefinit fid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom[25], kif ukoll it-tagħmir tal-konsumatur użat għat-televiżjoni diġitali. (5) Ċerti definizzjonijiet għandhom ikunu ċċarati jew mibdula biex tingħata kunsiderazzjoni lill-iżviluppi fis-suq u dawk teknoloġiċi, kif ukoll biex jitneħħew l-ambigwitajiet identifikati fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju. (6) L-indipendenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tissaħħaħ biex tkun żgurata l-applikazzjoni iktar effettiva tal-qafas regolatorju u biex tiżdied l-awtorità tagħhom u l-konsistenza fid-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni espressa fil-liġi nazzjonali biex ikun żgurat li, fl-eżerċizzju tal-kompiti tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun protetta mill-interventi esterni jew pressjoni politika li jistgħu jkunu responsabbli biex tkun ipperikolata l-valutazzjoni indipendenti tagħha ta’ materji li jiġu quddiemha. Din l-influwenza minn barra tagħmel l-entità leġiżlattiva nazzjonali mhux adattata biex taġixxi bħala awtorità regolatorja nazzjonali fil-qafas regolatorju. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stipulati minn qabel regoli dwar ir-raġunijiet għat-tkeċċija tal-kap ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, sabiex jitneħħa kull dubju raġonevoli dwar in-newtralità ta’ dik l-entità u l-kapaċità tagħha li ma tkunx influwenzata minn fatturi esterni. Huwa importanti li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom il-baġit proprju tagħhom, partikolarment sabiex ikunu jistgħu jingaġġaw għadd biżżejjed ta’ persunal ikkwalifikat. Biex tiġi żgurata t-trasparenza, dan il-baġit għandu jiġi ppubblikat kull sena. (7) Kien hemm diverġenza wiesgħa fil-mod kif l-entitajiet ta’ l-appell kienu japplikaw il-miżuri temporanji biex jissospendu d-deċiżjonijiet ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tinkiseb aktar konsistenza fl-istrateġiji, għandhom jiġu applikati standards komuni skond il-ġurisprudenza Komunitarja. Fid-dawl ta’ l-importanza ta’ l-appelli għall-funzjonament ġenerali tal-qafas regolatorju, għandu jinħoloq mekkaniżmu għall-ġbir ta’ informazzjoni fuq appelli u deċiżjonijiet sabiex ikunu jistgħu jiġu sospiżi deċiżjonijiet meħudin mill-awtoritajiet regolatorji ta' l-Istati Membri, kif ukoll għall-irrappurtar ta' dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni. (8) Sabiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jwettqu l-kompiti regolatorji tagħhom b’mod effettiv, id-dejta li jridu jiġbru għandha tinkludi dejta li tagħti rendikont tas-swieq tal-bejgħ bl-imnut u li jkunu assoċjati ma’ swieq li jfornu fi kwantitajiet kbar għall-bejgħ bl-ingrossa meta operatur wieħed ikollu saħħa sinifikanti fis-suq u għalhekk ikunu rregolati mill-awtorità regolatorja nazzjonali, u għandhom jinkludu ukoll id-dejta li tippermetti lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tivvaluta l-impatt possibbli mit-titjib jew mill-bidliet li jkunu ppjanati fit-topoloġija tan-netwerks fuq l-iżvilupp tal-kompetizzjoni jew fuq il-prodotti fi kwantità kbira li jsiru disponibbli għall-partijiet l-oħra għall-bejgħ mill-ġdid. (9) Il-konsultazzjoni nazzjonali stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva ta’ Qafas għandha ssir qabel il-konsultazzjoni Komunitarja stipulata fl-Artikolu 7 ta’ l-istess Direttiva, sabiex il-fehmiet tal-partijiet interessati jiġu riflessi fil-konsultazzjoni Komunitarja. B'hekk tiġi evitata wkoll il-ħtieġa għal konsultazzjoni Komunitarja sussegwenti fil-każ ta’ tibdiliet għal miżura ppjanata minħabba l-konsultazzjoni nazzjonali. (10) Is-setgħat ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiġu rrikonċiljati ma' l-iżvilupp ta’ prattiċi regolatorji konsistenti kif ukoll ma' l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju, bil-għan li jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-iżvilupp u għall-ikkompletar tas-suq intern. Għaldaqstant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jappoġġaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni marbutin mas-suq intern, kif ukoll l-attivitajiet ta’ l-Awtorità, li għandha sservi ta’ forum esklussiv għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom fil-qafas regolatorju. (11) Il-mekkaniżmu Komunitarju li jippermetti lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jirtiraw miżuri ppjanati rigward id-definizzjoni tas-suq u l-ħatra ta’ l-operaturi li jkollhom poter sinifikanti fis-suq ikkontribwixxa b'mod sinifikanti lejn strateġija konsistenti biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi li fihom tista' tiġi applikata regolamentazzjoni ex-ante u l-operaturi huma suġġetti għal tali regolamentazzjoni. Madankollu, ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ekwivalenti għar-rimedji li għandhom jiġu applikati. Il-monitoraġġ tas-suq mill-Kummissjoni, u b'mod partikolari, l-esperjenza tal–proċedura skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta’ Qafas, urew li inkonsistenzi fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali japplikaw ir-rimedji, anki taħt kundizzjonijiet simili tas-suq, jolqtu hażin lis-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ma jiżgurawx kundizzjonijiet indaqs fost l-operaturi stabbiliti fi Stati Membri differenti, u jfixklu l-benefiċċji li jieħu l-konsumatur mill-kompetizzjoni u servizzi transkonfinali. Il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha aktar setgħat biex titlob lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jirtiraw abbozzi ta’ miżuri rigward ir-rimedji magħżula mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas regolatorju fil-Komunità, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' l-Awtorità qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha. (12) Huwa importanti li l-qafas regolatorju jiġi implimentat f'waqtu. Meta ll-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni li titlob lil awtorità regolatorja nazzjonali li tirtira miżura ppjanata, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tissottometti miżuri rriveduta lill-Kummissjoni. Għandha tiġi stipulata skadenza għan-notifika tal-miżura rriveduta lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta’ Qafas, sabiex l-operaturi fuq is-suq ikunu jafu kemm se ddum l-analiżi tas-suq, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċertezza legali. (13) Bl-istess mod, billi jeħtieġ li jiġi evitat vakwu regolatorju f'settur li jimxi b'pass mgħaġġel, jekk l-adozzjoni ta' abbozz ta' miżura li tkun ġiet innotifikata mill-ġdid xorta toħloq xkiel għas-suq komuni jew tkun inkompatibbli mal-liġi Komunitarja, il-Kummissjoni, wara li tkun ikkonsultat ma' l-Awtorità, għandu jkollha s-setgħa li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata li timponi rimedju speċifiku f'perjodu ta' żmien speċifikat. (14) Fid-dawl ta' l-iskadenzi qosra fil-mekkaniżmu tal-konsultazzjoni Komunitarja, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jħaffu l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali – pereżempju f'każijiet li jirrigwardaw swieq stabbli, jew li jinvolvu biss emendi minuri għal miżuri li diġà ġew innotifikati–, jew inkella, biex il-Kummissjoni tippermetti eżenzjoni min-notifikar sabiex jitħaffu l-proċeduri f'ċerti każijiet. (15) Skond l-għanijiet tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltajiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-utenti kollha, inklużi l-utenti aħħarija b'diżabbiltà, l-anzjani, u l-utenti b'bżonnijiet soċjali speċjali, ikollhom aċċess faċli għal servizzi ta' kwalità għolja bi prezz raġjonevoli. Id-Dikjarazzjoni 22 mehmuża ma’ l-Att finali ta’ Amsterdam tipprovdi biex l-istituzzjonijiet tal-Komunità jqisu l-bżonnijiet ta’ persuni b’diżabbiltà meta jħejju l-miżuri skond l-Artikolu 95 tat-Trattat. (16) Il-frekwenzi tar-radju għandhom jitqiesu bħala riżorsa pubblika skarsa ta’ valur importanti kemm pubbliku kif ukoll fis-suq. Huwa fl-interess pubbliku li l-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju tkun effiċjenti u effettiva kemm jista’ jkun mill-perspettiva ekonomika, soċjali u ambjentali, u li l-ostakli għall-użu effiċjenti tagħha jitneħħew b’mod progressiv. (17) Il-frekwenzi tar-radju għandhom ikunu ġestiti b'mod li tiġi evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara. Dan il-kunċett bażiku ta’ l-interferenza ta’ ħsara għandu għalhekk ikun iddefinit kif jixraq biex ikun żgurat li l-intervent regolatorju jasal biss sa fejn ikun meħtieġ biex tkun evitata din l-interferenza. (18) Is-sistema attwali ta’ ġestjoni u distribuzzjoni ta’ l-ispettru tar-radju hija b’mod ġenerali bbażata fuq deċiżjonijiet amministrattivi li m’humiex flessibbli biżżejjed biex ilaħħqu ma’ l-evoluzzjoni teknoloġika u ekonomika, b’mod partikulari ma’ l-iżvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija tar-radju u t-talba dejjem tikber għall-medda ta’ frekwenzi. Il-frammentazzjoni eċċessiva fost il-linji ta’politika nazzjonali tirriżulta fi spejjeż ikbar u telf ta’ opportunitajiet fis-suq għall-utenti ta’ l-ispettru tar-radju, u tnaqqas ir-ritmu ta’ l-innovazzjoni, għad-dannu tas-suq intern, il-konsumatur u l-ekonomija b’mod ġenerali. Barra minn dan, il-kundizzjonijiet ta’ l-aċċess għall-frekwenzi tar-radju, u għall-użu tiegħu, jistgħu jvarjaw skond it-tip ta’ l-operatur, waqt li s-servizzi elettroniċi li jipprovdu dawn l-operaturi jikkoinċidu dejjem iktar, b’hekk jinħolqu tensjonijiet bejn id-detenturi tad-dritt, diskrepanzi fil-prezz ta’ l-aċċess għall-ispettru tar-radju, u distorsjoni potenzjali fil-mod kif jiffunzjona s-suq intern. (19) Il-fruntieri nazzjonali huma dejjem iktar irrilevanti biex ikun iddeterminat l-aħjar użu ta’ l-ispettru tar-radju. Il-frammentazzjoni tal-ġestjoni ta’ l-aċċess għad-drittijiet ta’ l- ispettru tar-radju tillimita l-investiment u l-innovazzjoni u ma tippermittix lill-operaturi u l-manifatturi tat-tagħmir li jagħmlu ekonomija bis-saħħa ta’ produzzjoni fuq skala ikbar, biex b’hekk tfixkel l-iżvilupp ta’ suq intern għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jużaw l-ispettru tar-radju. (20) Il-flessibilità fil-ġestjoni ta’ l-ispettru tar-radju u l-aċċess għall-ispettru tar-radju għandhom jiżdiedu permezz ta’ awtorizzazzjonijiet newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u s-servizz, sabiex l-utenti ta’ l-ispettru tar-radju jkunu jistgħu jagħżlu l-aqwa teknoloġiji u servizzi li jridu japplikaw f'medda tal-frekwenzi (minn hawn 'il quddiem imsemmijin "il-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz"). Id-determinazzjoni amministrattiva tat-teknoloġiji u s-servizzi għandha ssir l-eċċezzjoni u għandha tkun iġġustifikata b’mod ċar u soġġetta għal reviżjoni perjodika. (21) L-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġika għandhom ikunu limitati u ġġustifikati mill-ħtieġa li tkun evitata l-interferenza li tagħmel ħsara, per eżempju billi jkunu imposti masks għall-emissjoni ta’ l-ispettru tar-radju u livelli ta’ enerġija, jew biex tkun żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jkun hemm limitu għal kemm il-pubbliku jesponi ruħu għall-kampijiet elettromanjetiċi, jew billi jkun żgurat l-użu komuni b’mod xieraq ta’ l-ispettru tar-radju, b’mod partikulari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali, jew meta tkun meħtieġa b’mod strett il- konformità ma’ eċċezzjoni għall-prinċipju tan-newtralità tas-servizz. (22) L-utenti ta’ l-ispettru tar-radju għandu jkollhom il-libertà li jagħżlu s-servizzi li jixtiequ joffru permezz ta’ l-ispettru tar-radju, soġġetti għal miżuri tranżitorji biex ikun solvuti sitwazzjonijiet fejn id-drittijiet ikunu nkisbu minn qabel. Fejn meħtieġ, u skond il-proporzjonalità, għandha tkun possibbli l-awtorizzazzjoni ta’ eċċezzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità tas-servizz li jkunu jeħtieġu li jkun ipprovdut servizz speċifiku biex jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali ddefiniti b’mod ċar, bħalma huma s-sikurezza tal-ħajja, il-ħtieġa li titħeġġeġ il-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali, jew il-prevenzjoni ta’ l-użu ineffiċjenti ta’ l-ispettru tar-radju. Dawn l-għanijiet għandhom jinkludu wkoll il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-mezzi ta’ komunikazzjoni kif iddefiniti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja. Għajr fejn hu meħtieġ għall-ħarsien tas-sigurtà tal-ħajja, l-eċċezzjonijiet ma għandhomx iwasslu għall-użu esklussiv għal ċerti servizzi, iżda għandhom jagħtu prijoritajiet sabiex servizzi jew teknoloġiji oħra jikkoeżistu fl-istess medda, safejn ikun possibbli. Biex il-parti awtorizzata tkun libera li tagħżel l-aktar mezz effiċjenti għat-twassil tal-kontenut tas-servizzi pprovduti permezz tal-frekwenzi tar-radju, il-kontenut ma għandux ikun irregolat fl-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju. (23) Hija f'idejn l-Istati Membri l-kompetenza li jiddefinixxu l-ambitu u n-natura ta’ kwalunkwe eċċezzjoni rigward il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu fil-midja, skond il-liġi nazzjonali tagħhom. (24) Billi l-allokazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju lil teknoloġiji jew servizzi speċifiċi hija eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġiji u tas-servizzi u tnaqqas il-libertà tal-għażla tas-servizz jew tat-teknoloġija wżata, kull proposta għal din l-allokazzjoni għandha tkun trasparenti u soġġetta għall-konsultazzjoni pubblika. (25) Fl-interess tal-flessibbiltà u ta’ l-effiċjenza, f'meded li għandhom jiġu identifikati b'mod armonizzat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ukoll jagħtu lill-utenti ta’ l-ispettru tar-radju l-libertà li jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet ta’ l-użu tagħhom lil partijiet terzi. Dan għandu jippermetti l-valutazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju mis-suq. Fid-dawl tas-setgħa tagħhom biex jiżguraw l-użu effettiv ta’ l-ispettru tar-radju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaġixxu sabiex jiżguraw li n-negozju ma jwassalx għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fejn l-ispettru tar-radju jibqa’ ma jintużax. (26) Minħabba l-effett ta’ l-eċċezzjonijiet fuq l-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tarmonizza l-ambitu u n-natura ta’ kwalunkwe eċċezzjoni għall-prinċipji tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz minbarra dawk li għandhom l-għan li jiżguraw il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-midja, b'qies għal kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għad-disponibbiltà u għall-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju skond id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 676/2002/KE tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea ("id-Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju")[26]. (27) Għall-finijiet tas-suq intern, jista' jeħtieġ ukoll li tiġi armonizzata fil-livell Komunitarju l-identifikazzjoni ta’ meded ta’ l-ispettru tar-radju li jkunu negozjabbli, tal-kundizzjonijiet biex isir in-negozju jew it-tranżizzjoni lejn drittijiet li jkunu negozjabbli f’meded speċifiċi, ta’ format minimu għad-drittijiet negozjabbli, ta’ rekwiżiti biex tkun żgurata d-disponibbiltà ċentrali, l-aċċessibbiltà u l-kredibbiltà ta’ l-informazzjoni meħtieġa għan-negozju fl-ispettru tar-radju, u tar-rekwiżiti biex titħares il-kompetizzjoni u jkun evitat l-akkapparrament ta’ l-ispettru tar-radju. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandhom jingħatawlha setgħat biex tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni għal dik l-armonizzazzjoni. Tali miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom iqisu jekk id-drittijiet individwali għall-użu ġewx awtorizzati fuq bażi kummerċjali jew mhux kummerċjali. (28) L-introduzzjoni tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz, kif ukoll tan-negozju ta’ drittijiet għall-użu ta’ l-ispettru tar-radju eżistenti, aktarx li teħtieġ regoli tranżitorji, inklużi miżuri biex jiżguraw il-kompetizzjoni ġusta, għax is-sistema l-ġdida tista’ tagħti d-dritt lil ċerti utenti ta’ l-ispettru tar-radju li jibdew jikkompetu ma’ l-utenti ta’ l-ispettru tar-radju li jkunu kisbu d-drittijiet ta’ l-ispettru tar-radju tagħhom taħt termini u kundizzjonijiet aktar stretti. Bil-maqlub, meta d-drittijiet kienu ngħataw bħala deroga mir-regoli ġenerali jew skond kriterji li ma kinux oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, bil-ħsieb li jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess ġenerali, is-sitwazzjoni tad-detenturi ta’ dawn id-drittijiet m’għandhiex titjieb għad-dannu tal-kompetituri ġodda tagħhom lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawn il-għanijiet ta’ interess ġenerali. Kull spettru tar-radju li ma jkunx baqa’ meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ interess pubbliku għandu jittieħed lura u jkun assenjat mill-ġdid skond id-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni. (29) Bil-għan li ġġib 'il quddiem il-funzjonament tas-suq intern, u biex tappoġġa l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex tagħti lill-Awtorità responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam ta' l-għoti tan-numri. Barra minn hekk, biex iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, inklużi vjaġġaturi u utenti b'diżabbiltà, ikunu jistgħu jilħqu ċerti servizzi billi jużaw l-istess numri li jingħarfu bi prezzijiet simili fl-Istati Membri kollha, is-setgħat tal-Kummissjoni biex tadotta miżuri tekniċi ta' implimentazzjoni għandhom ikopru wkoll, fejn meħtieġ, il-prinċipju jew il-mekkaniżmu applikabbli tat-tariffi. (30) Il-permessi maħruġa lill-impriżi li jipprovdu lin-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi biex ikollhom aċċess għall-proprjetà privata jew pubblika huma fatturi essenzjali fit-twaqqif ta’ netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jew ta’ elementi ġodda tan-netwerk. Il-komplessità u d-dewmien bla bżonn fil-proċeduri għall-għoti tad-drittijiet ta’ passaġġ jistgħu għalhekk jirrappreżentaw ostakli importanti għall-iżvilupp tal-kompetizzjoni. Bħala konsegwenza, l-akkwist tad-drittijiet għall-passaġġ mill-impriżi awtorizzati għandu jkun issemplifikat. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikun jistgħu jikkoordinaw l-akkwist tad-drittijiet ta’ passaġġ, billi jagħmlu l-informazzjoni rilevanti aċċessibbli fuq il-websajts tagħhom. (31) Jeħtieġ li jissaħħu s-setgħat ta’ l-Istati Membri rigward id-detenturi tad-drittijiet ta’ passaġġ, sabiex jiżguraw l-introduzzjoni jew il-firxa ta’ netwerk ġdid b'mod li jirrispetta l-ambjent u indipendentement minn kwalunkwe obbligu fuq operatur b'saħħa sinifikanti fis-suq biex jagħti aċċess lin-netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tiegħu. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jimponu, fuq bażi ta’ każ b'każ, it-taqsim ta' tubi, arbli u antenni, id-dħul f'bini kif ukoll koordinazzjoni aħjar ta' xogħlijiet ċivili. It-titjib tat-taqsim tal-faċilitajiet jista' jsaħħaħ ħafna il-kompetizzjoni u jnaqqas l-impatt finanzjarju u ambjentali tat-tqegħid ta’ infrastruttura tal-komunikazzjoni elettronika għall-impriżi. (32) Il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni sikur u ta’ min jafdah fuq in-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kulma jmur qed issir aktar kruċjali għall-ekonomija kollha u għas-soċjetà nnifisha. Il-komplessità tas-sistema, il-ħsara teknika u l-iżball uman, l-aċċidenti jew l-attakki kollha jista' jkollhom konsegwenzi għat-tħaddim u għad-disponibbiltà ta’ l-infrastrutturi fiżiċi li jwasslu servizzi kruċjali għall-ġid taċ-ċittadini ta’ l-UE, inklużi s-servizzi elettroniċi tal-gvern. Għaldaqtsant, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jinżammu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-komunikazzjoni elettronika billi, fost ħwejjeġ oħra, tipprovdi l-konsulenza u l-parir espert, kif ukoll billi tippromwovi l-iskambju ta’ l-aħjar prattiċi. Kemm l-Awtorità kif ukoll l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, inklużi s-setgħat li jiksbu informazzjoni biżżejjed biex ikunu jistgħu jivvalutaw il-livell ta’ sigurtà tan-netwerks jew tas-servizzi kif ukoll dejta komprensiva u kredibbli dwar l-inċidenti ta’ sigurtà li jkunu saru u li kellhom impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi. Waqt li jżommu f’moħħhom li l-applikazzjoni b’suċċess ta’ sigurtà suffiċjenti mhix eżerċizzju ta’ darba biss iżda hija proċess kontinwu ta’ implimentazzjoni, eżami mill-ġdid u aġġornament, dawk li jipprovdu n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu obbligati li jieħdu l-miżuri biex jipproteġu l-integrità u s-sigurtà tagħhom skond il-valutazzjoni tar-riskji, u jagħtu kunsiderazzjoni lit-teknoloġija l-iktar moderna ta’ dawn il-miżuri. (33) Meta jkun meħtieġ li jinsab qbil fuq lista komuni ta’ rekwiżiti għas-sigurtà, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta l-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jinkiseb livell adegwat ta’ sigurtà fin-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fis-suq intern. L-Awtorità għandha tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzattivi ta’ sigurtà li jkunu xierqa billi tipprovdi parir espert. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu dwar il-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni adottati skond id-Direttiva ta’ Qafas. Sabiex iwettqu dmirijiethom, huma għandhom ikollhom is-setgħa li jinvestigaw u jimponu sanzjonijiet f'każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. (34) L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li s-suq li fih is-saħħa sinifikanti tintuża biex tinħoloq pressjoni mhix il-kawża tal-problema imma x’aktarx l-oġġett ta’ l-effett tagħha. Għalhekk, is-saħħa sinifikanti li titgawda f’suq wieħed, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu ħsiebha fis-suq fejn tkun toriġina u mhux fis-swieq li jmissu miegħu u li fihom jinħassu l-effetti tagħha. (35) Fil-każ tas-swieq li jkunu identifikati bħala tranżnazzjonali, il-proċedura ta’ l-eżami mill-ġdid tas-suq għandha tkun issemplifikata u magħmula iktar effettiva billi tagħmilha possibbli għall-Kummissjoni, waqt li tagħti kas ta’ l-opinjoni ta’ l-Awtorità, li tinnomina dawk l-impriża/i b’saħħa sinifikanti fis-suq u timponi obbligu speċifiku, jew iktar, biex b’hekk tippermetti li l-kwistjonijiet regolatorji b’karatteristiċi tranżnazzjonali jkunu indirizzati direttament fil-livell tal-Komunità. (36) Biex l-operaturi fis-suq ikollhom ċertezza rigward kundizzjonijiet regolatorji, jeħtieġ li jkun hekk skadenza għall-analiżijiet tas-suq. Huwa importanti li ssir analiżi tas-suq regolarment, u bi skeda ta’ żmien xierqa u raġjonevoli. L-iskeda ta’ żmien għandha tqis jekk is-suq partikolari kienx diġà soġġett għal analiżi tas-suq bin-notifika korrispondenti. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tonqos milli tanalizza s-suq fl-iskandeza speċifikata, dan jista’ jwassal biex jipperikola s-suq intern, u l-azzjonijiet normali kontra l-ksur ta’ liġi jistgħu ma jħallux l-effett mixtieq f’waqtu. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tkun tista’ titlob lill-Awtorità biex tgħin fil-kompiti ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, b’mod partikulari billi toħroġ opinjoni li tkun tinkludi l-abbozz ta’ miżura, l-analiżi tas-suq rilevanti u l-obbligi xierqa li l-Kummissjoni tkun imbagħad tista’ timponi. (37) Minħabba livell għoli ta’ innovazzjoni teknoloġika u swieq mill-aktar dinamiċi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, jeħtieġ li r-regolamentazzjoni tkun tista' tiġi adattata ħesrem b'mod koordinat u armonizzat fuq il-livell Ewropew. L-esperjenza turi li d-diverġenza fil-mod kif l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimplimentaw il-qafas regolatorju tista' toħloq xkiel għall-iżvilupp tas-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni f'oqsma bħat-trattament regolatorju ta’ servizzi ġodda, l-għoti tan-numri, l-għoti ta’ l-ismijiet u l-indirizzi, il-kwistjonijiet tal-konsumaturi inklużi l-aċċessibilità elettronika ( eAccessibility ), u l-miżuri regolatorji biex jinżamm rendikont. (38) Kompitu importanti assenjat lill-Awtorità huwa li meta jkun xieraq hija toħroġ opinjonijiet b’relazzjoni għat-tilwim traskonfinali. F’dawn il-każijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom għalhekk jagħtu kas ta’ kull opinjoni ta’ l-Awtorità. (39) L-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tindika li d-dispożizzjonijiet eżistenti li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jimponu l-multi ma rnexxilhomx jipprovdu inċentiv biżżejjed biex ikunu osservati r-rekwiżiti regolatorji. Is-setgħat ta’ infurzar adegwat jistgħu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni f’waqtha tal-qafas regolatorju u għalhekk jinkoraġġixxu ċ-ċertezza regolatorja, li hija stimulu importanti għall-investiment. In-nuqqas ta’ setgħat effettivi fil-każ li ma jkunx hemm konformità japplika għall-qafas regolatorju kollu. L-introduzzjoni tad-dispożizzjoni l-ġdida fid-Direttiva ta’ Qafas biex tittratta l-ksur ta’ l-obbligi skond id-Direttivi ta’ Qafas u Speċifiċi għandha għalhekk tiżgura l-applikazzjoni ta’ prinċipji konsistenti u koerenti għall-infurzar u l-multi għall-qafas regolatorju kollu. (40) Il-qafas regolatorju eżistenti kien jinkludi ċerti dispożizzjonijiet biex jiffaċilita t-tranżizzjoni mill-qafas regolatorju l-antik ta’ l-1998 għall-qafas il-ġdid ta’ l-2002. Din it-transizzjoni kienet ikkompletata fl-Istati Membri kollha u dawn il-miżuri għandhom ikunu rrevokati billi issa m’hemmx bżonnhom. (41) L-Anness I tad-Direttiva ta’ Qafas kien identifika l-lista ta’ swieq li riedu jiddaħħlu fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq ta’ prodotti u servizzi rilevanti li jista’ jistħoqqilhom ir-regolazzjoni ex-ante . Dan l-Anness għandu jkun irrevokat billi ntlaħaq l-iskop tiegħu li jservi ta’ bażi għat-tħejjija tal-verżjoni inizjali tar-Rakkomandazzjoni[27]. (42) L-Anness II tad-Direttiva ta’ Qafas kien elenka l-kriterji li riedu jintużaw mill- awtoritajiet regolatorji nazzjonali meta jivvalutaw l-influwenza konġunta skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 14(2) ta’ dik id-Direttiva. Billi l-lista fl-Anness II la hija meħtieġa u lanqas eżawrjenti, hija tista’ tiżgwida lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jmexxu l-analiżi tas-suq. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ l-influwenza konġunta jiddependi wkoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Għalhekk l-Anness II mhux meħtieġ u jista’ jkun irrevokat. (43) L-iskop tas-separazzjoni funzjonali, li biha l-operatur li jkun integrat vertikalment jintalab jistabbilixxi entitajiet ta’ negozju li joperaw b’mod separat, huwa li tkun żgurata l-provvista ta’ prodotti għal-aċċess kompletament ekwivalenti lill-operaturi kollha li jieħdu servizz mingħandu, inklużi d-diviżjonijiet ta’ l-operatur stess integrat vertikalment li jieħdu servzz mingħandu stess. Is-separazzjoni funzjonali għandha l-kapaċità li ttejjeb il-kompetizzjoni f’diversi swieq rilevanti billi tnaqqas b’mod sinifikanti l-inċentiv għad-diskriminzzjoni u billi tagħmilha iktar faċli li l-osservanza ta’ l-obbligi kontra d-diskriminazzjoni jkunu vverifikati u infurzati. F’każijiet eċċezzjonali, tista' tkun iġġustifikata bħala rimedju fejn f'bosta mis-swieq ikkonċernati jkun sar falliment persistenti biex titnaqqas kemm jista' jkun id-diskriminazzjoni, jew fejn ftit li xejn jkun hemm prospetti ta’ kompetizzjoni fl-infrastruttura f’perjodu ta’ żmien raġonevoli wara li wieħed ikun dar għal wieħed jew iktar rimedji li qabel kienu kkunsidrati xierqa. Madankollu, huwa importanti ħafna li wieħed jiżgura li l-impożizzjoni tagħha tippreżerva l-inċentivi ta’ l-impriża kkonċernata biex tinvesti fin-netwerk tagħha, u li ma twassal għall-ebda effett negattiv potenzjali fuq il-benessri tal-konsumatur. L-impożizzjoni tagħha titlob għal analiżi koordinata tas-swieq rilevanti differenti li jkunu relatati man-netwerk għall-aċċess, skond il-proċedura ta’ l-analiżi tas-suq stabbilita fl-Artikolu 16 tad-Direttiva ta’ Qafas. Meta jagħmlu l-analiżi tas-suq u jfasslu d-dettalji ta’ dan ir-rimedju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu attenzjoni partikulari lill-prodotti li jridu jkunu mmaniġġati mill-entitajiet tan-negozju li joperaw b’mod separat, waqt li jingħata każ tal-punt sa fejn tasal il-firxa tan-netwerk u l-grad ta’ progress teknoloġiku, li jistgħu jaffettwaw is-sostitwibilità tas-servizzi fissi u tar-radju. Sabiex ikunu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-proposti għas-separazzjoni funzjonali għandhom ikunu approvati minn qabel mill-Kummissjoni. (44) L-implimentazzjoni tas-separazzjoni funzjonali m’għandhiex timpedixxi l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni xierqa bejn l-entitajiet diversi ta’ negozju li joperaw b’mod separat sabiex ikun żgurat li jkunu protetti d-drittijiet ekonomiċi u ta’ sorveljanza tal-ġestjoni tal-kumpanija li jkollha l-kontroll tagħhom ( parent company ). (45) Meta l-impriża li tkun integrata vertikalment tagħżel li tifred l-attivitajiet tagħha billi tinħeles minn parti sostanzjali, jew kollha, tal-proprjetà tagħha fin-netwerk għall-aċċess lokali favur entità ġuridika separata li tkun proprjetà ta’ ħaddieħor jew billi tistabbilixxi entità ta’ negozju separata biex tinnegozja l-prodotti għall-aċċess, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji kollha eżistenti li jkun imposti fuq l-operatur li jkun integrat vertikalment sabiex ikun żgurat li kull arranġament ġdid ikun konformi mad-2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u d-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). L-NRA konċernata għandha tieħu r-responsabbiltà li tagħmel analiżi ġdida tas-swieq li fihom tkun topera l-entità segregata, u timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi skond kif inhu xieraq. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni mill-impriża. (46) Waqt li huwa xieraq f’xi ċirkostanzi għall-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi obbligi fuq l-operaturi li ma jkollhomx saħħa sinifikanti fis-suq sabiex jintlaħqu l-miri bħal ma hija l-konnettività minn tarf għal ieħor jew l-operabilità bejn is-servizzi, madankollu huwa meħtieġ li jkun żgurat li dawn l-obbligi jkunu imposti b’konformità mal-qafas regolatorju u b’mod partikulari mal-proċeduri tan-notifika tiegħu. (47) Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni bil-għan li l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tar-radju stipulati fl-Anness I jkunu adattati għall-iżviluppi fis-suq u teknoloġiċi. Dan ukoll huwa l-każ tal-lista minima ta’ partiti fl-Anness II li trid tkun ippubblikata biex ikun issodisfatt l-obbligu tat-trasparenza. (48) Meta jkun iffaċilitat l-aċċess għar-riżorsi tal-frekwenzi tar-radju għall-operaturi fis-suq dan jikkontribwixxi għat-tneħħija tal-barrieri għad-dħul fis-suq. Barra minn dan, il-progress teknoloġiku qed inaqqas ir-riskju ta’ l-interferenza li tagħmel ħsara f’ċerti meded ta’ frekwenzi u għalhekk inaqqas il-ħtieġa ta’ drittijiet għall-użu individwali. Il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ l-ispettru tar-radju biex ikunu pprovduti s-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika għandhom normalment ikunu preskritti fl-awtorizzazzjonijiet ġenerali sakemm ma jkunux meħtieġa drittijiet individwali, wara li jitqies l-użu ta’ l-ispettru tar-radju, biex ikun hemm protezzjoni mill-interferenza li tagħmel ħsara jew biex jintlaħaq għan speċifiku ta’ interess ġenerali. Id-deċiżjonijiet dwar il-ħtieġa ta’ drittijiet individwali għandhom jittieħdu b’mod trasparenti u proporzjonat. (49) L-introduzzjoni tar-rekwiżiti għan-newtralità tas-servizz u tat-teknoloġika fid-deċiżjonijiet dwar l-assenjazzjoni u l-allokazzjoni, flimkien ma’ possibbiltà ikbar ta’ trasferiment tad-drittijiet bejn l-impriżi, għandha tkabbar il-libertà u l-mezzi biex titwassal il-komunikazzjoni elettronika u s-servizzi tal-midja awdjoviżiva lill-pubbliku, b’dan tkun ukoll iffaċilitata l-kisba tal-għanijiet ta’ interess ġenerali. Għalhekk, ċerti obbligi ta’ interess ġenerali imposti fuq ix-xandara biex iwasslu servizzi tal-midja awdjovizivi jistgħu jkunu ssodisfatti dejjem iktar mingħajr il-ħtieġa li jingħataw id-drittijiet individwali għall-użu ta’ l-ispettru tar-radju. L-użu ta’ kriterji speċifiċi biex ikun assenjat l-ispettru tar-radju lix-xandara jkun iġġustifikat biss meta dan ikun essenzjali biex jintlaħaq għan partikulari ta’ interess ġenerali stabbilit fil-liġi nazzjonali. Il-proċeduri assoċjati ma’ l-insegwiment ta’ għanijiet ta’ interess ġenerali għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jkunu trasparenti, oġġettivi, proporzjonati u mhux diskriminatorji. (50) Sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, l-ebda utent ta’ l-ispettru tar-radju m’għandu jkun eżentat mill-obbligu li jħallas id-drittijiet jew it-tariffi normali stabbiliti għall-użu ta’ l-ispettru tar-radju. (51) Meta wieħed iqis l-impatt restrittiv fuq l-aċċess liberu għall-frekwenzi tar-radju, il-validità tad-dritt għall-użu individwali li ma jkunx negozjabbli għandu jkun limitat biż-żmien. Meta d-drittijiet għall-użu jinkludu fihom dispożizzjoni għat-tiġdid tal-validità tagħhom, l-Istati Membri għandhom l-ewwel jagħmlu eżami mill-ġdid, li jkun jinkludi konsultazzjoni pubblika, waqt li jikkunsidraw l-iżviluppi fis-suq, ta’ kopertura u teknoloġiċi. Minħabba l-iskarsezza ta’ spettru tar-radju, id-drittijiet individwali mogħtija lill-impriżi għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid regolarment. Meta jagħmlu dan l-eżami mill-ġdid, l-Istati Membri għandhom iżommu bilanċ bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħtieġa li tkun stimolata l-introduzzjoni tan-negozju ta’ l-ispettru tar-radju kif ukoll l-użu iktar flessibbli ta’ l-ispettru tar-radju permezz ta’ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali meta jkun possibbli. (52) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jiżguraw l-użu effettiv ta’ l-ispettru tar-radju u tan-numri, u meta l-ispettru tar-radju jew ir-riżorsi għall-għoti tan-numri jibqgħu ma jintużawx, huma jaġixxu biex ma jħallux il-ħżin anti-kompetittiv, li jista’ jfixkel id-dħul ġdid fis-suq. (53) It-tneħħija tal-barrieri legali u amministrattvi għall-awtorizzazzjoni ġenerali jew għad-drittijiet għall-użu ta’ l-ispettru tar-radju jew tan-numri jew tan-numri b’implikazzjonijiet Ewropej għandha tiffavorixxi l-iżvilupp tat-teknoloġija u s-servizz u tikkontribwixxi biex titjieb il-kompetizzjoni. Waqt li l-koordinazzjoni tal-kundizzjonijiet tekniċi għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju tkun organizzata skond id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju[28], jista’ jkun ukoll meħtieġ, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-suq intern, li jkunu kkoordinati jew armonizzati l-proċeduri tal-għażla u l-kundizzjonijiet li japplikaw għad-drittijiet u l-awtorizzazzjonijiet f’ċerti meded, għad-drittijiet għall-użu tan-numri u għal-awtorizzazzjonijiet ġenerali. Dan japplika b’mod partikulari għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni ta’ suq intern jew potenzjal transkonfinali, bħal ma huma s-servizzi bis-satellita, li l-iżvilupp tagħhom jista’ jkun imfixkel mid-diskrepanzi fl-assenjament ta’ l-ispettru tar-radju bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni u wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità, għandha għalhekk tkun tista’ tadotta l-miżuri tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tilħaq dawn il-għanijiet. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati mill-Kummissjoni jistgħu jitolbu mill-Istati Membri li jagħmlu disponibbli d-drittijiet għall-użu ta’ l-ispettru tar-radju u/jew tan-numri mat-territorju kollu u meta jkun meħtieġ jirtiraw kull dritt nazzjonali ieħor għall-użu li jkun jeżisti. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri m’għandhom jagħtu l-ebda dritt ġdid għall-użu tal-medda ta’ l-ispettru tar-radju rilevanti jew tas-serje ta’ numri skond il-proċeduri nazzjonali. (54) L-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq għamluha possibbli li jkunu installati servizzi tal- komunikazzjoni elettronika li jaqsmu l-fruntieri ġeografiċi ta’ l-Istati Membri. L-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni kien jitlob mill-Kummissjoni li teżamina mill-ġdid it-tħaddim tas-sistemi ta’ l-awtorizzazzjoni nazzjonali u d-dispożizzjoni dwar l-iżvilupp tas-servizz traskonfinali fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni li tikkonċerna l-assenjazzjoni armonizzata tal-frekwenzi tar-radju wrew li m’humiex effettivi biex ilaħħqu mal-ħtiġiet ta’ impriża li tkun tixtieq tipprovdi servizzi min naħa għal oħra tal-Komunità u għalhekk għandhom ikunu emendati. (55) Waqt li l-għoti ta’ l-awtorizzazzjonijiet u l-immonitoraġġ ta’ l-osservanza tal-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jibqgħu r-responsabbiltà ta’ kull Stat Membru, l-Istati Membri għandhom iżommu lura milli jimponu kundizzjonijiet, kriterji jew proċeduri addizzjonali li jistgħu jirrestrinġu, jimmodifikaw jew idewmu l-implimentazzjoni korretta ta’ għażla armonizzata jew koordinata jew proċedura ta’ awtorizzazzjoni. Meta jkun iġġustifikat biex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, dawn il-miżuri ta’ koordinazzjoni jew armonizzazzjoni jistgħu jinkludu derogi transitorji jew, fil-każ ta’ l-ispettru tar-radju, mekkaniżmi transitorji għall-użu komuni ta’ l-ispettru tar-radju li jeżentaw lil Stat Membru milli japplika dawn il-miżuri, sakemm dan ma joħloqx differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri. (56) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni effettiva biex jimmonitorjaw u jiżguraw il-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, inkluża s-setgħa li jimponu multi finanzjarji effettivi u/jew sanzjonijiet amministrattivi fil-każ ta’ ksur ta’ dawk it-termini u kundizzjonijiet. (57) Il-kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu ma’ l-awtorizzazzjonijiet għandhom ikopru kundizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw l-aċċessibilità għall-utenti b’diżabilitajiet u l-ħtieġa ta’ l-awtoritajiet pubbliċi li jikkomunikaw mal-pubbliku ġenerali qabel, matul u wara diżastri serji. Barra minn hekk, meta wieħed iqis l-importanza ta’ l-innovazzjoni teknika, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu joħorġu l-awtorizzazzjonijiet għall-użu ta’ l- ispettru tar-radju għal skopijiet esperimentali, taħt restrizzjonijiet u kundizzjonijiet speċifiċi li jkunu ġġustifikati b’mod strett min-natura sperimentali ta’ dawn id-drittijiet. (58) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2887/2000 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar aċċess disassoċjat għal-linja lokali[29] wera li kien effettiv fl-istadju inizjali tal-ftuħ tas-suq. Id-Direttiva ta’ Qafas titlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja t-transizzjoni mill-qafas regolatorju ta’ l-1998 għall-qafas ta’ l-2002 u biex tressaq proposti biex ikun irrevokat dak ir-Regolament fiż-żmien xieraq. Skond il-qafas ta’ l-2002, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom id-dmir li janalizzaw is-suq għall-aċċess disassoċjat għal-linja u għal-linji parzjali metalliċi lokali fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid (wholsale) bl-iskop li jipprovdu medda wiesgħa ta’ frekwenzi u servizzi tal-vuċi kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti. Billi l-Istati Membri kollha analizzaw dan is-suq mill-inqas darba u l-obbligi xierqa bbażati fuq il-qafas ta’ l-2002 qegħdin f’posthom, ir-Regolament Nru 2887/2000 m’għadux meħtieġ u għalhekk għandu jkun irrevokat. (59) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttivi ta’ Qafas, dwar l-Aċċess u dwar l-Awtorizzazzjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[30]. (60) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni rigward in-notifiki skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva ta’ Qafas; rigward l-armonizzazzjoni fl-oqsma ta’ l-ispettru u l-għoti ta' numri kif ukoll f'kwistjonijiet marbutin mas-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi; rigward l-identifikazzjoni ta' swieq transkonfinali; rigward l-implimentazzjoni ta' l-istandards; u rigward l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet tal-qafas regolatorju. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa wkoll li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex taġġorna l-Anness I u II tad-Direttiva ta' l-Aċċess għas-suq u għall-iżviluppi teknoloġiċi, kif ukoll biex tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex tarmonizza r-regoli, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tan-netwerks u tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Peress li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma maħsubin biex jikkompletaw din id-Direttiva biż-żieda ta’ elementi ġodda mhux essenzjali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. Fejn, minħabba raġunijiet ta’ urġenza assoluta, il-limiti normali ta’ żmien għal din il-proċedura ma jistgħux ikunu osservati, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tuża l-proċedura ta’ urġenza li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Emendi għad-Direttiva 2002/21/KE (Id-Direttiva ta' Qafas) Id-Direttiva 2002/21/KE hija emendata kif ġej: (1) L-Artikolu 1(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas armonizzat għar-regolazzjoni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, tan-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika, tal-faċilitajiet assoċjati u tas-servizzi asssoċjati, u ċerti aspetti tat-tagħmir terminali. Tippreskrivi l-kompiti ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u tistabbilixxi lista ta’ proċeduri biex tiżgura l-applikazzjoni armonizzata tal-qafas regolatorju f’kull parti tal-Komunità.’ (2) L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej: (a) Il-punt (b) huwa ssostitwit bit-test li ġej: '(b) “swieq tranżnazzjonali” tfisser swieq li jkopru l-Komunità jew parti sostanzjali tagħha, li jinsabu f'aktar minn Stat Membru wieħed.’ (b) Il-punt (d) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘(d) “netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni” tfisser netwerk tal-komunikazzjoni elettronika wżat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku li jissapportjaw it-trasferiment ta’ l-informazzjoni bejn il-punti terminali tan-netwerk, u jinkludi elementi tan-netwerk li ma jkunux attivi;’ (c) Il-punt (e) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘(e) “faċilitajiet assoċjati” tfisser dawk il-faċilitajiet assoċjati ma’ netwerk tal-komunikazzjoni elettronika u/jew servizz tal-komunikazzjoni elettronika li jagħmlu possibbli u/jew jissaportjaw il-provvista ta’ servizzi permezz ta’ dak in-netwerk u/jew servizz jew li jkollhom il-potenzjal li jagħmlu dan, u jinkludu, fost l-oħrajn, sistemi li jittraduċu l-isem jew l-indirizz, sistemi għall-aċċess kundizzjonali u gwidi tal-programmi elettroniċi, kif ukoll l-infrastruttura fiżika bħal ma huma t-tubi, l-arbli, il-kaxxi tat-triq, u l-bini;’ (d) Il-punt (l) huwa ssostitwit bit-test li ġej: '(l) “Direttivi Speċifiċi” tfisser id-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), id-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), id-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[31] (minn hawn 'il quddiem id-"Direttiva 2002/58/KE (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika))’ (e) Jiżdiedu l-punti (q), (r), u (s) li ġejjin: ‘(q) “allokazzjoni” tfisser id-deżinjazzjoni ta’ medda ta’ frekwenzi jew serje ta’ numri speċifika biex tintuża minn tip, jew iktar, ta’ servizzi, meta jkun xieraq, skond il-kundizzjonjiet speċifikati; (r) “assenjazzjoni” tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità regolatorja nazzjonali lil entità ġuridika jew persuna naturali biex tuża l-frekwenza tar-radju jew kanal ta’ frekwenza tar-radju, jew numru (jew blokk/i ta’ numri); (s) “interferenza li tagħmel il-ħsara” tfisser interferenza li tipperikola t-tħaddim ta’ servizz tar-radju għat-tbaħħir jew ta’ servizzi oħra tas-sigurtà jew li b’xi mod ieħor tiddegrada serjament, tfixkel jew titterrompi b’mod irrepetut servizz tal-komunikazzjoni bir-radju li jkun jopera skond ir-regolamenti tal-Komunità jew nazzjonali li jkunu japplikaw.’; (3) L-Artikolu 3(3) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod indipendenti, imparzjali u trasparenti. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali m’għandhom ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet mingħand l-ebda entità oħra dwar it-twettiq ta’ kuljum tal-kompiti assenjati lilhom skond il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw il-liġi tal-Komunità. Huma biss l-entitajiet ta’ l-appell stabbiliti skond l-Artikolu 4 jew il-qrati nazzjonali li għandu jkollhom is-setgħa li jissospendu jew idawru deċiżjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kap ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali jew is-sostitut tiegħu/tagħha jkun jista’ jitkeċċa biss jekk huwa ma jissodisfax iktar il-kundizzjonijiet mitluba għat-twettiq ta’ dmirijietu stabbiliti minn qabel fil-liġi nazzjonali, jew jekk huwa jkun instab ħati ta’ kondotta serja. Id-deċiżjoni biex jitkeċċa l-kap ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinkludi fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet u tkun ippubblikata fiż-żmien tat-tkeċċija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u li huma jkollhom baġits annwali separati. Il-baġits għandhom ikunu ppubblikati.’ (4) L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jeżistu mekkaniżmi effettivi fil-livell nazzjonali li bihom kull utent jew impriża li jipprovdu n-netwerks u/jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u li jkunu affettwati minn deċiżjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollhom id-dritt li jappellaw kontra d-deċiżjoni quddiem entità ta’ appell li tkun indipendenti mill-partijiet involuti. Din l-entità, li tista’ tkun qorti, għandha jkollha l-kompetenzza xierqa għad-dispożizzjoni tagħha biex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-merti tal-każ tingħatalhom il-kunsiderazzjoni li tixirqilhom u li jkun hemm mekkaniżmu ta’ appell effettiv. Soġġett għar-riżultat ta’ kwalunkwe appell li jista' jkun hemm, id-deċiżjoni ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tgħodd, sakemm ma jkunux awtorizzati miżuri temporanji. Miżuri temporanji jistgħu jkunu awtorizzata jekk ikun hemm ħtieġa urġenti li l-effett tad-deċiżjoni jiġi sospiż sabiex tkun evitata ħsara serja u irreparabbli lill-parti li tkun qed tapplika għal dawk il-miżuri, kif ukoll jekk il-bilanċ ta’ l-interessi jitlob dan.' (b) Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud: ‘3. L-Istati Membri għandhom jiġbru l-informazzjoni dwar is-suġġetti ta’ l-appelli, in-numru tat-talbiet ta’ appelli, it-tul ta’ żmien li jieħdu l-proċeduri ta’ l-appell, in-numru ta’ deċiżjonijiet biex jingħataw miżuri temporanji li ttieħdu skond il-paragrafu 1 u r-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjoni (hawn iktar ’il quddiem imsejħa ‘l-Awtorità’) fuq bażi annwali.’ (5) L-Artikolu 5(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jipprovdu l-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni finanzjarja, meħtieġa mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi, jew mad-deċiżjonijiet meħuda skond dawn. Dawk l-impriżi għandhom ukoll jintalbu jissottomettu l-informazzjoni dwar l-iżviluppi futuri fin-netwerk jew fis-servizz li jistgħu jkollhom impatt fuq is-servizzi li jkunu disponibbli għall-kompetituri fi kwantità kbira għall-bejgħ mill-ġdid ( wholesale ). Dawn l-impriżi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni fil-pront kif tintalab u fil-limiti ta’ żmien u fil-livell ta’ dettall mitluba mill- awtorità regolatorja nazzjonali. L-informazzjoni mitluba mill-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tkun proporzjonata għat-twettiq ta’ dak il-kompitu. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw it-talba tagħha għall-informazzjoni.’ (6) L-Arikoli 6 u 7 huma ssostitwiti bit-test li ġej: ‘Artikolu 6Mekkaniżmu għall-konsultazzjoni u għat-trasparenza Għajr f'każijiet li jaqgħu taħt l-Artikoli 7(10), 20, jew 21, u sakemm ma jkunx provdut mod ieħor fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkun biħsiebhom jieħdu miżuri skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq rilevanti, jew fejn ikun biħsiebhom jipprovdu għal restrizzjonijiet skond l-Artikolu 9(3) u 9(4), huma jagħtu lill-partijiet ikkonċernati l-opportunità li jikkummentaw fuq l-abbozz ta’ miżura fi żmien raġonevoli. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippubblikaw il-proċeduri ta’ konsultazzjoni nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jistabbilixxu punt uniku ta’ informazzjoni li permezz tiegħu l-konsultazzjonijiet kollha għaddejjin jkunu aċċessibbli. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tagħmel ir-riżultati tal-proċedura ta’ konsultazzjoni disponibbli għall-pubbliku, ħlief fil-każ ta’ l-informazzjoni riżervata skond il-liġi tal-Komunità u nazzjonali dwar ir-riżervatezza tan-negozju. Artikolu 7It-tisħiħ tas-suq intern tal-komunikazzjonijiet elettroniċi 1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi, l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8, sa fejn dawk jirrelataw mat-tħaddim tas-Suq Intern. 2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-Suq Intern billi jaħdmu mal-Kummissjoni u ma’ l-Awtorità sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti, fl-Istati Membri kollha, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi. Għal dan il-għan, huma għandhom, b’mod partikulari, jaħdmu mal-Kummissjoni u l-Awtorità biex jidentifikaw it-tipi ta’ strumenti u rimedji l-iktar adattati biex ikunu ttrattati tipi partikulari ta’ sitwazzjonijiet fis-suq. 3. Għajr fejn jipprovdu mod ieħor id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati skond l-Artikolu 7a, meta titlesta l-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 6, fejn awtorità regolatorja nazzjonali tkun biħsiebha tieħu miżura li: (a) taqa' fl-ambitu ta’ l-Artikoli 15 jew 16 ta’ din id-Direttiva, l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u (b) tkun tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandha tqiegħed l-abbozz ta' miżura għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, ta' l-Awtorità u ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri oħra, flimkien mar-raġunijiet li fuqhom tissejjes il-miżura, skond l-Artikolu 5(3), u tinforma lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'dan. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jgħaddu l-kummenti tagħhom lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biss fi żmien xahar. Dan il-perjodu ta’ xahar ma jistax jittawwal. 4. Fejn miżura maħsuba koperta mill-paragrafu 3 jkollha l-għan li: (a) tiddefinixxi suq rilevanti li jkun differenti minn dawk iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 15(1); (b) tiddeċiedi jekk impriża tiġix innominata jew le bħala li għandha, jew individwalment jew flimkien ma’ oħrajn, saħħa sinifikanrti fis-suq, skond l-Artikolu 16(3), (4) jew (5); jew (c) timponi, temenda jew tirtira obbligu minn fuq l-operatur bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 16, flimkien ma’ l-Artikoli 5 u 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), u li tkun taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tkun indikat lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hija tikkunsidra li l-abbozz ta’ miżura jkun joħloq barriera għas-suq uniku jew jekk hija jkollha dubji serji dwar il-kompatibilità tiegħu mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikulari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8, allura l-abbozz ta’ miżura m’għandux ikun adottat qabel xahrejn oħra. Dan il-perjodu ma jistax jittawwal. 5. Matul il-perjodu ta’ xahrejn imsemmi fil-paragrafu 4, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata biex tirtira l-abbozz ta’ miżura. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-Awtorità tissottometti skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru [.../KE] qabel ma toħroġ id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun akkompanjata minn analiżi ddettaljata u oġġettiva dwar x’wassal lill-Kummissjoni biex tikkonsidra li l-abbozz ta’ miżura m’għandux ikun adottat flimkien ma’ proposti biex ikun emendat l-abbozz ta’ miżura. 6. Fi żmien tliet xhur minn meta l-Kummissjoni tkun ħarġet deċiżjoni skond il-paragrafu 5 li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirtira l-abbozz ta’ miżura, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha temenda jew tirtira l-abbozz ta’ miżura. Fil-każ li l-abbozz ta’ miżura jkun emendat, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timpenja ruħha li tagħmel konsultazzjoni pubblika skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6, u li tinnotifika mill-ġdid lill-Kummissjoni bl-abbozz ta’ miżura emendat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3. 7. L-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra u tal-Kummissjoni u tista’, ħlief għall-każijiet koperti mill-paragrafu 4, tadotta l-abbozz ta’ miżura li jirriżulta u, meta tagħmel dan, għandha tikkomunikah lill-Kummissjoni. Kull entità nazzjonali oħra li teżerċita funzjonijiet skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi għandha wkoll tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-kummenti tal-Kummissjoni. 8. Fejn abbozz ta’ miżura jkun ġie emendat skond il-paragrafu 6, il-Kummissjoni tista’ tieħu deċiżjoni li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali li timponi obbligu speċifiku skond l-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess), u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) f’perjodu ta’ żmien determinat. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-istess għanijiet ta’ politika kif stabbiliti għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Artikolu 8. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-Awtorità tkun issottomettiet skond l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru [.../KE], b’mod partikulari meta telabora d-dettalji ta’ l-obbligu/i li tkun trid timponi. 9. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkomunika lill-Kummissjoni l-miżuri finali kollha li jaqgħu taħt il-kundizzjonijiet a) u b) fl-Artikolu 7(3). 10. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tikkunsidra li jkun hemm ħtieġa urġenti biex taġixxi, permezz ta’ deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 u 4, sabiex tipproteġi l-kompetizzjoni u tħares l-interessi ta’ l-utenti, hija tista’ tadotta minnufih miżuri proporzjonati u temporanji. Hija għandha, mingħajr dewmien, tikkommunika dawn il-miżuri, flimkien mar-raġunijiet sħaħ, lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u l-Awtorità. Id-deċiżjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex dawn il-miżuri jsiru permanenti jew biex jitwal iż-żmien li għalih huma jkunu japplikaw għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4.’ (7) Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: Artikolu 7aDispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni ‘1. Il-Kummissjoni tista' tistipula dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni marbutin ma' l-Artikolu 7, li jiddefinixxu l-forma, il-kontenut u l-grad tad-dettalji li għandhom jingħataw fin-notifiki mitluba skond l-Artikolu 7(3), kif ukoll iċ-ċirkustanzi li fihom notifika ma tkunx meħtieġa u l-kalkolu ta' l-iskadenzi. 2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4).’ (8) L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘Sakemm mhuwiex ipprovdut mod ieħor fl-Artikolu 9 dwar il-frekwenzi tar-radju, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lill-fatt li huwa mixtieq li r-regolamenti li jsiru jkunu newtrali teknoloġikament u għandhom jiżguraw meta jwettqu l-kompiti regolatorji speċifikati f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi, b’mod partikulari dawk maħsuba biex jiżguraw il-kompetizzjoni effettiva, li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħmlu l-istess.’ (b) Fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) huma ssostitwiti bit-test li ġej: ‘(a) jiżguraw li l-utenti, inklużi l-utenti b’diżabbiltà, l-utenti anzjani, u l-utenti bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-benefiċċju massimu f’termini ta’ għażla, prezz, u kwalità; (b) jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda distorsjoni jew restrizzjoni fil-kompetizzjoni tas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, b’mod partikulari fit-twassil tal-kontenut;’ (c) Fil-paragrafu 3, il-punt (d) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘(d) jaħdmu mal-Kummissjoni u l-Awtorità sabiex jiżguraw l-iżvilupp ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi.’ (d) Fil-paragrafu 4, il-punt (e) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘(e) jittrattaw il-bżonnijiet ta’ gruppi soċjali speċifiċi, b’mod partikulari l-utenti b’diżabilità, l-utenti anzjani u l-utenti bi bżonnijiet soċjali speċifiċi;’ (e) Fil-paragrafu 4, il-punt (g) li ġej huwa miżjud: ‘(g) l-applikazzjoni tal-prinċipju li l-utenti aħħarija għandu jkollhom il-libertà ta’ aċċess għal kull kontenut legali, tat-tqassim tiegħu, u ta’ l-użu ta’ kull applikazzjoni u/jew servizz legali li jagħżlu huma.’ (9) L-Artikolu 9 huwa ssostitwit bit-test li ġej: " Artikolu 9 Il-ġestjoni ta' frekwenzi tar-radju għas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni effettiva tal-frekwenzi tar-radju għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fit-territorju tagħhom skond l-Artikolu 8. Għandhom jiżguraw li l-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. 2. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-armonizzazzjoni ta’ l-użu tal-frekwenzi tar-radju mal-Komunità kollha, b’konsistenza mal-ħtieġa li jkun żgurat l-użu effettiv u effiċjenti tiegħu u skond id-Deċiżjoni 676/2002/KE (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju). 3. Sakemm ma jipprovdux mod ieħor it-tieni subparagrafu jew il-miżuri adottati skond il-paragrafu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ teknoloġija tan-netwerk tar-radju jew ta’ l-aċċess għar-radju jkunu jistgħu jintużaw fil-meded ta’ frekwenzi tar-radju miftuħa għas-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta’ teknoloġija tan-netwerk tar-radju jew ta’ l-aċċess bla wajer, fejn dan ikun iġġustifikat biex: (a) tkun evitata l-interferenza li tagħmel il-ħsara, (b) titħares is-saħħa pubblika mill-kampijiet elettromanjetiċi, (c) ikun żgurat li l-użu tal-frekwenzi tar-radju kemm jista' jkun jinqasam meta l-frekwenzi tar-radju jkunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġenerali, jew (d) ikun hemm konformità ma' restrizzjoni skond il-paragrafu 4 hawn taħt. 4. Sakemm ma jipprovdux mod ieħor it-tieni subparagrafu jew il-miżuri adottati skond il-paragrafu 9c, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tipi kollha ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jistgħu jkunu pprovduti fil-meded tal-frekwenzi tar-radju miftuħa għall-komunikazzjoni elettronika. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal restrizzjonijiet proporzjonati u mhux diskriminatorji fuq it-tipi ta’ servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li se jkunu pprovduti. Restrizzjonijiet li jirrikjedu li servizz ikun provdut f'medda speċifika għandhom ikunu ġġustifikati biex jiżguraw il-ksib ta’ għan ta’ interess ġenerali f'konformità mal-liġi Komunitarja, pereżempju s-sikurezza tal-ħajja, il-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, reġjunali jew territorjali, il-prevenzjoni mill-użu ineffiċjenti tal-frekwenzi tar-radju, jew, kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skond il-liġi Komunitarja, il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-midja. Restrizzjoni li tipprojbixxi l-provvista ta’ kull servizz ieħor f’medda speċifika tista' tkun applikata biss meta r-restrizzjoni tkun iġġustifikata mill-ħtieġa li jkunu protetti servizzi tas-sikurezza tal-ħajja. 5. L-Istati Membri għandhom jirrevedu regolarment il-ħtieġa tar-restrizzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4. 6. Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw għall-allokazzjoni u l-assenjazzjoni tal-frekwenzi tar-radju wara l-31 ta’ Diċembru 2009." (10) Jiddaħħlu l-Artikoli 9a, 9b u 9c li ġejjin: 'Artikolu 9aReviżjoni tar-restrizzjonijiet għal drittijiet eżistenti 1. Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-[1 ta’ Jannar 2010], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju li jkunu ngħataw qabel dik id-data jistgħu jressqu applikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għal reviżjoni tar-restrizzjonijiet għad-drittijiet tagħhom, skond l-Artikolu 9(3) u (4). Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika d-detentur tad-drittijiet bir-reviżjoni mill-ġdid tagħha tar-restrizzjonijiet u tindika sa fejn jasal id-dritt ikkonċernat wara r-reviżjoni. Għandha tagħtih skadenza raġonevoli biex jirtira l-applikazzjoni tiegħu. Jekk id-detentur tad-drittijiet jirtira l-applikazzjoni tiegħu, id-dritt għandu jibqa' bla tibdil sa l-iskadenza tiegħu jew sa tmiem il-perjodu ta’ 5 snin, skond liema data hija l-aktar kmieni. 2 Fejn id-detentur ta’ drittijiet imsemmi fil-paragrafu 1 huwa fornitur ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew fuq it-televiżjoni, u fejn id-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju ngħata għall-ksib ta’ għan speċifiku ta’ interess ġenerali, applikazzjoni għal reviżjoni tista' ssir biss fir-rigward tal-parti tal-frekwenzi tar-radju li hija meħtieġa għall-ksib ta’ dak il-għan. Il-parti tal-frekwenzi tar-radju li ma tibqax meħtieġa għall-ksib ta' dak il-għan minħabba l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 9(3) u (4) għandha tkun soġġetta għal proċedura ġdida ta' assenjazzjoni, skond l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva ta' l-Awtorizzazzjoni. 3. Wara l-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-Artikolu 9(3) u (4) japplikaw għal kull assenjazzjoni u allokazzjoni ta' frekwenzi tar-radju li fadal, li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. 4. Fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiggarantixxu l-kompetizzjoni ġusta. Artikolu 9bIt-trasferiment ta' drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jkunu jistgħu jittrasferixxu jew jikru lil impriżi oħra d-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju fil-meded li jkunu jipprovdu għalihom il-miżuri ta’ implimentazzjoni skond il-paragrafu 9c mingħajr il-kunsens minn qabel ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali. F’meded oħra, l-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu biex l-impriżi jittrasferixxu jew jikru d-drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju lil impriżi oħra. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intenzjoni ta’ l-impriża li tittrasferixxi d-drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju tkun innotifikata lill-awtorità regolatorja nazzjonali responsabbli għall-assenjazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju u tkun ippubblikata. Meta l-użu tal-frekwenza tar-radju jkun ġie armonizzat permezz ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju jew ta’ miżuri oħra tal-Komunità, kull trasferiment bħal dan għandu jkun konformi ma’ dan l-użu armonizzat. Artikolu 9cMiżuri ta' armonizzazzjoni tal-ġestjoni tal-frekwenzi tar-radju Sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa biex: (a) tkun armonizzata l-identifikazzjoni tal-meded li d-drittijiet għall-użu tagħhom jistgħu jkunu ttrasferiti jew mikrija bejn l-impriżi; (b) ikunu armonizzati l-kundizzjonijiet marbuta ma’ dawn id-drittijiet u l-kundizzjonijiet, proċeduri, limiti, restrizzjonijiet, regoli ta’ rtirar u tranżizzjoni li jkun japplikaw għal dawn it-trasferimenti jew kirjiet; (c) ikunu armonizzati l-miżuri speċifiċi biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta meta jkunu ttrasferiti d-drittijiet individwali; (d) toħloq eċċezzjoni għall-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija u tas-servizz, kif ukoll tarmonizza l-ambitu u n-natura ta’ kwalunkwe eċċezzjoni għal dawn il-prinċipji skond l-Artikolu 9(3) u (4) għajr dawk immirati biex jiżguraw il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika u l-pluraliżmu tal-midja. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4). Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tkun megħjuna mill-Awtorità skond l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru […/KE]. (11) L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘2. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-pjani u l-proċeduri għall-għoti tan-numri jkunu applikati b’mod li jingħata trattament ugwali lill-kull min jipprovdi s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli għall-pubbliku. B’mod partikulari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriża li tkun assenjata serje ta’ numri ma tiddiskriminax kontra oħrajn li jippovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fir-rigward tas-sekwenzi tan-numri użati biex jagħtu aċċess għas-servizzi tagħhom.’ (b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘4. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw l-armonizzazzjoni fl-għoti tan-numri fil-Komunità meta din tippromwovi t-tħaddim tas-suq intern jew tappoġġja l-iżvilupp ta’ servizzi pan-Ewropej. Il-Kummissjoni tista’ tieħu miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa dwar din il-materja, li jistgħu jinkludu li jkunu stabbiliti l-prinċipji ta’ tariffi għal numri speċifiċi jew serje ta’ numri. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni jistgħu jagħtu lill-Awtorità responsabbiltajiet speċifiċi fl-applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4).’ (12) Fl-Artikolu 11(1), il-kliem ' taġixxi fuq il-bażi ta' proċeduri ta' trasparenza u pubblikament disponibbli, applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u ' jinbidel bil-kliem li ġej: ‘taġixxi fuq il-bażi ta’ proċeduri sempliċi, trasparenti u disponibbli għall-pubbliku, li jkunu applikati mingħajr diskriminazzjoni u mingħajr dewmien, u f’kull ċirkostanza tiddeċiedi fi żmien erba’ xhur mill-applikazzjoni, u’ (13) L-Artikolu 12 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ' Artikolu 12 Il-ko-lokazzjoni u l-użu komuni tal-faċilitajiet għall-proveddituri tan-netwerks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi 1. Meta l-impriża li tipprovdi n-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jkollha d-dritt skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tinstalla l-faċilitajiet fuq, minn fuq jew taħt proprjetà pubblika jew privata, jew tkun tista’ tieħu vantaġġ mill-proċedura għall-esproprjazzjoni jew użu ta’ proprjetà, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimponu l-użu komuni ta’ dawn il-faċilitajiet jew din il-proprjetà, inklużi d-dħul fil-bini, l-arbli, l-antenni, it-tubi, it-toqob ta’ l-ispezzjonar u l-kaxxi tat-triq. 2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li d-detenturi tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jużaw flimkien il-faċilitajiet jew il-proprjetà (inkluża l-ko-lokazzjoni fiżika) jew jieħdu l-miżuri biex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tax-xogħlijiet pubbliċi biex ikunu protetti l-ambjent, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew biex jissodisfaw il-għanijiet ta’ l-ippjanar ta’ l-ibliet u l-kampanja wara biss perijodu xieraq ta’ konsultazzjoni pubblika, li matulu l-partijiet konċernati kollha għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Dan l-użu komuni jew dawn l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jinkludu r-regoli dwar it-tqassim ta’ l-ispejjeż ta’ l-użu komuni tal-faċilitajiet jew proprjetà. 3. Il-miżuri li jittieħdu minn awtorità regolatorja nazzjonali skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti u proporzjonati.’ (14) Jiddaħħal il-Kapitolu IIIa li ġej: 'Kapitolu IIIa IS-SIGURTÀ U L-INTEGRITÀ TAN-NETWERKS U S-SERVIZZI Artikolu 13a Is-sigurtà u l-integrità 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi li jkunu xierqa biex jipproteġu s-sigurtà tan-netwerks u tas-servizzi tagħhom. Meta tikkunsidra t-teknoloġija l-iktar moderna, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta’ sigurtà li jkun adattat għar-riskju li jippreżenta ruħu. B’mod partikulari, il-miżuri għandhom jittieħdu biex jevitaw jew inaqqsu ħafna l-impatt ta’ l-inċidenti ta’ sigurtà fuq l-utenti u fuq in-netwerks li jkunu kkonnettjati bejniethom. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw l-integrità tan-netwerks tagħhom sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-provvista tas-servizzi pprovduti minn fuq dawk in-netwerks. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali b’kull ksur tas-sigurtà jew ta’ l-integrità li kellu impatt sinifikanti fuq it-tħaddim tan-netwerks u tas-servizzi.. Meta jkun xieraq, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata għandha tinforma lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fi Stati Membri oħra u lill-Awtorità. Meta jkun fl-interess pubbliku li l-ksur ikun żvelat, l-awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tinforma lill-pubbliku. Kull tliet xhur, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta rapport fil-qosor lill-Kummissjoni dwar in-notifiki li tirċievi u l-azzjoni li tkun ittieħdet skond dan il-paragrafu. 4. Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità maħruġa skond l-Artikolu 4(3)(b) tar-Regolament […./KE], tista’ tadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni tekniċi li jkunu xierqa bil-għan li jkunu armonizzati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi l-miżuri li jiddefinixxu ċ-ċirkostanzi, il-format u l-proċeduri li japplikaw għar-rekwiżiti tan-notifika. Dawn il-miżuri ta’ implimentazzjoni maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4). Artikolu 13bL-implimentazzjoni u l-infurzar 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li joħorġu istruzzjonijiet li jorbtu lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku sabiex jimplimentaw l-Artikolu 13a. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku biex: (a) jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun ivvalutata s-sigurtà tas-servizzi u n-netwerks tagħhom, inklużi d-dokumenti dwar il-politika ta’ sigurtà; u (b) jagħtu istruzzjonijiet lil entità kkwalifikata indipendenti biex twettaq verifika tas-sigurta u tagħmel ir-riżultati tagħha disponibbli għall-awtorità regolatorja nazzjonali . 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex jinvestigaw il-każi ta’ nuqqas ta’ konformità. 4. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.’ (15) L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej: (a) Fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, it-tieni sentenza titħassar. (b) Il-paragrafu (3) jitħassar. (16) L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej: (a) It-titlu huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘Il-proċedura għall-identifikazzjoni u d-definizzjoni tas-swieq’ (b) Fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. Wara l-konsultazzjoni pubblika u l-konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta Rakkomandazzjoni dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti (hawn iktar ’il quddiem imsejħa “ir-Rakkomandazzjoni”). Ir-Rakkomandazzjoni għandha tidentifika dawk is-swieq ta’ prodotti u servizzi ġewwa s-settur tal-komunikazzjoni elettronika li l-karatteristiċi tagħhom jistgħu jkunu hekk li jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ l-obbligi regolatorji stipulati fid-Direttivi Speċifiċi, bla ħsara għas-swieq li jistgħu jkunu ddefiniti f’każijiet speċifiċi skond il-liġi tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-swieq skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni.’ (c) Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lir-Rakkomandazzjoni u lil-Linji Gwida, għandhom jiddefinixxu s-swieq rilevanti li jaqblu maċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikulari s-swieq ġeografiċi rilevanti ġewwa t-territorju, skond il-prinċipji tal-liġi tal-kompetizzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7 qabel ma jiddefinixxu s-swieq li huma diversi minn dawk identifikati fir-Rakkomandazzjoni.’ (d) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘4. Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità maħruġa skond l-Artikolu 7 tar-Regolament […./KE], tista’ tadotta Deċiżjoni li tidentifika s-swieq tranżnazzjonali. Din id-Deċiżjoni, maħsuba biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4).’ (17) L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti bit-test li ġej: ‘1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu analiżi tas-swieq rilevanti li jinsabu elenkati fir-Rakkomandazzjoni, wara li jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwida. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-analiżi titwettaq, meta jkun xieraq, b’kollaborazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni. 2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tintalab skond il-paragrafi 3 jew 4, ta’ l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), jew l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) biex tiddetermina jekk timponix, iżżommx, temendax jew tirtirax l-obbligi fuq l-impriżi, hija għandha tiddetermina fuq il-bażi ta’ l-analiżi tas-suq tagħha msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jekk is-suq rilevanti jkunx kompetittiv b’mod effettiv.’ (b) Il-paragrafi 5 u 6 huma ssostitwiti bit-test li ġej: ‘5. Fil-każ tas-swieq tranżnazzjonali identifikati fid-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 15(4), il-Kummissjoni għandha titlob lill-Awtorità biex tmexxi l-analiżi tas-suq wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lil-Linji Gwidi u tagħti opinjoni dwar kull impożizzjoni, żamma, emenda jew irtirar ta’ l-obbligi regolatorji kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità, tista’ toħroġ deċiżjoni li tinnomina impriża waħda jew iżjed bħala li jkollhom saħħa sinifikanti f’dak is-suq, u timponi wieħed jew iżjed obbligi speċifiċi skond l-Artikoli 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali). Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-għanijiet tal-politika stipulati fl-Artikolu 8. 6. Il-miżuri li jittieħdu skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-proċeduri msemmija fl-Artikoli 6 u 7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iwettqu l-analiżi tas-suq rilevanti: (a) fi żmien sentejn min-notifika preċedenti ta’ abbozz ta’ miżura relatata ma’ dak is-suq; (b) għas-swieq li ma kinux innotifikati qabel lill-Kummissjoni, fi żmien sena minn meta tkun adottata r-Rakkomandazzjoni rriveduta dwar is-swieq rilevanti, jew; (c) għall-Istati Membri li jkunu għadhom kif daħlu fl-Unjoni, fi żmien sena mill-adeżjoni tagħhom.’ (c) Jiddaħħal il-paragrafu 7 li ġej: ‘7. Meta awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx temmet l-analiżi tagħha tas-suq rilevanti identifikat fir-Rakkomandazzjoni fiż-żmien preskritt fl-Artikolu 16(6), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Awtorità biex toħroġ opinjoni, li tkun tinkludi l-abbozz ta’ miżura, l-analiżi tas-suq speċifikat u l-obbligi speċifiċi li jridu jkun imposti. L-Awtorità tista’ tmexxi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ miżura konċernat. Il-Kummissjoni, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità maħruġa skond l-Artikolu 6 tar-Regolament […./KE], tista’ tadotta deċiżjoni li titlob lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tinnomina ċerti impriżi bħala li jkollhom saħħa sinifikanti fis-suq, u timponi obbligi speċifiċi skond l-Artikoli 8, 9 sa 13a tad-Direttiva 2002/19/KE (Direttiva dwar l-Aċċess) u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali) fuq l-impriżi hekk innominati. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha ssegwi l-għanijiet tal-politika kif stabbiliti għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Artikolu 8.’ (18) L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, fit-tieni sentenza, il-kliem ' waqt li tagġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(2) ' jinbidel bil-kliem 'tista' tieħu miżuri xierqa u'. (b) Fil-paragrafu 6, il-kliem ' filwaqt li taġixxi skond il-proċedura msemmija f'Artikolu 22(3), tneħħihom mill-lista ta' l-istandards u/ew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ' jinbidel bil-kliem 'tieħu l-miżuri ta’ implimentazzjoni xierqa u tneħħi dawk l-istandards jew speċifikazzjonijiet mil-lista ta’ l-istandards u/jew speċifikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1'. (c) Jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej: '6a. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 4 u 6, maħsuba biex elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4).' (19) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, il-punt (c) li ġej huwa miżjud: ‘(c) dawk li jipprovdu s-servizzi u t-tagħmir tat-TV diġitali biex jikkooperaw fil-provvista ta’ servizzi interoperabbli tat-TV għall-utenti fnali b’diżabbiltà.’ (b) Il-paragrafu 3 huwa mħassar. (20) L-Artikolu 19 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘Artikolu 19Proċeduri ta' armonizzazzjoni 1. Bla ħsara għall-Artikolu 9 ta’ din id-Direttiva u ta’ l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), meta l-Kummissjoni ssib li d-diverġenzi fl-implimentazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-kompiti regolatorji speċifikati fid-Direttivi Speċifiċi jistgħu joħolqu barriera għas-suq intern, il-Kummissjoni tista’, wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità, jekk ikun hemm, toħroġ Rakkomandazzjoni jew Deċiżjoni dwar l-applikazzjoni armonizzata tad-dispożizzjonijiet f’din id-Direttiva u fid-Direttivi Speċifiċi sabiex ikomplu jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 8. 2. Meta l-Kummissjoni toħroġ Rakkomandazzjoni skond il-paragrafu 1, għandha taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 22(2). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jagħtu l-ikbar kunsiderazzjoni lil dawn ir-Rakkomandazzjonijiet fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali tagħżel li ma ssegwix ir-Rakkomandazzjoni, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni, waqt li tagħti r-raġuni għall-pożizzjoni tagħha. 3. Id-Deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tikkompletaha, għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 22(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 22(4). 4. Il-miżuri adottati skond il-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-identifikazzjoni tat-strateġija armonizzata jew ikkoordinata biex tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin: (a) L-implimentazzjoni konsistenti ta’ strateġija regolatorji, inkluż it-trattament ta’ servizzi ġodda; (b) Il-kwistjonijiet ta’ għoti tan-numri, ismijiet u indirizzi, inklużi s-serje ta’ numri, il-portabilità tan-numri u l-elementi ta’ identifikazzjoni, is-sistemi li jittraduċu n-numri u l-indirizzi, u l-aċċess għas-servizzi ta’emerġenza bil-112; (c) Il-kwistjonijiet tal-konsumaturi, inkluża l-aċċessibbiltà għas-servizzi u t-tagħmir tal- komunikazzjoni elettronika mill-utenti finali b’diżabilità; (d) Ir-rendikont regolatorju. 5. L-Awtorità tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tagħti parir lill-Kummissjoni dwar jekk il-miżura għandhiex tkun adottata skond il-paragrafu 1.’ (21) L-Artikolu 20(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. Fil-każ ta’ tilwima li tinqala’ bejn dwk li jipprovdu s-servizzi b’rabta ma’ l-obbligi eżistenti imposti skond din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi meta waħda mill-partijiet tkun impriża li tipprovdi n-netwerks jew s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fi Stat Membru, l-awtorità regolatorja nazzjonali konċernata, għandha, fuq it-talba ta’ xi waħda mill-partijiet, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, toħroġ deċiżjoni li turbot biex tirriżolvi t-tilwima fl-iqsar perijodu ta’ żmien possibbli u f’kull każ fi żmien erba’ xhur, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob li l-partijiet kollha jikkooperaw kompletament ma’ l-awtorità regolatorja nazzjonali.’ (22) L-Artikolu 21 huwa ssostitwit bit-test li ġej: 'Artikolu 21Is-soluzzjoni ta' tilwim transkonfinali 1. Fil-każ li tinqala’ tilwima transkonfinali taħt din id-Direttiva jew id-Direttivi Speċifiċi bejn partijiet fi Stati Membri diversi, meta t-tilwima taqa’ fl-ambitu tal-kompetenza ta’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ iktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4. 2. Kull parti tista’ tirreferi t-tilwima lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali konċernati. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwima, skond il-għanijet stipulati fl-Artikolu 8. Kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f’tilwima bħal din tista’ titlob lill-Awtorità biex toħroġ rakkomandazzjoni skond l-Artikolu 18 tar-Regolament […./KE] dwar l-azzjoni li trid tittieħed skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ Qafas u/jew tad-Direttivi Speċifiċi biex tkun solvuta din it-tilwima. Meta din it-talba tkun saret lill-Awtorità, kull awtorità regolatorja nazzjonali li jkollha l-kompetenza f’xi aspett tat-tilwima għandha tistenna r-rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità skond l-Artikolu 18 tar-Regolament [ /KE] qabel ma taġixxi biex tirriżolvi t-tilwima, bla ħsara għall-possibbiltà għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jieħdu l-miżuri urġenti meta jkun meħtieġ. Kull obbligu impost fuq l-impriża mill-awtorità regolatorja nazzjonali biex tirriżolvi t-tilwima għandu jirrispetta d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi Speċifiċi u jagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lir-rakkomandazzjoni maħruġa mill-Awtorità skond l-Artikolu 18 tar-Regolament […/KE]. 3. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjoni għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jkunu kompetenti biex flimkien dawn ma jaċċettawx li jirriżolvu t-tilwima meta jkunu jeżistu mekkaniżmi oħra, inkluża l-medjazzjoni, u dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu aħjar għas-soluzzjoni tat-tilwima b’mod f’waqtu skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8. Huma għandhom jinfurmaw lill-partijiet mingħajr dewmien. Jekk wara erba’ xhur it-tilwima ma tkunx riżoluta, jekk it-tilwima ma tkunx tressqet fil-qorti mill-parti li tkun qed tfittex rimedju u jekk xi waħda mill-partijiet titlob dan, l- awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex tinstab soluzzjoni għat-tilwima, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8 wara li tingħata l-ikbar kunsiderazzjoni lil kwalunkwe rakkommandazzjoni maħruġa mill-Awtorità skond l-Artikolu 18 tar-Regolament […/KE]. 4. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 m’għandhiex tipprekludi lil xi waħda mill-partijiet milli tieħu azzjoni fil-qorti.’ (23) Jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej: 'Artikolu 21aPieni ‘L-Istati Membri għandhom jippreskrivu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u d-Direttivi Speċifiċi u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jkunu implimentati. Il-pieni li jkun ipprovdut għalihom għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-[ il-perijodu ta’ żmien li fih irid ikun implimentat l-att li jemenda ] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom.’ (24) L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.’ (b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.’ (25) L-Artikolu 27 huwa mħassar. (26) L-Annessi I u II huma mħassra. Artikolu 2Emendi għad-Direttiva 2002/19/KE (Id-Direttiva ta' Aċċess) Id-Direttiva 2002/19/KE hija emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 2, il-punt (a) jinbidel bit-test li ġej: ‘(a) “aċċess” tfisser it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ faċilitajiet u/jew servizzi lil impriża oħra, taħt kundizzjonijiet iddefiniti, fuq bażi esklussiva jew mhux esklussiva, bl-iskop li jkunu pprovduti s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew biex jitwasslu s-servizzi tas-soċjetà ta’ l-informazzjoni jew biex jixxandru s-servizzi b’kontenut. Tkopri, fost l-oħrajn: aċċess għal elementi tan-netwerk u faċilitajiet assoċjati, li jistgħu jinvolvu l-konnessjoni ta’ tagħmir b'mezzi fissi jew mhix fiss (dan jinkludi partikolarment l-aċċess għal-linja lokali u għal faċilitajiet u s-servizzi meħtieġa għall-provvediment ta’ servizzi fuq il-linja lokali); aċċess għal infrastruttura fiżika, inklużi tubi, arbli u bini; aċċess għal sistemi ta' softwer rilevanti, inklużi sistemi ta' appoġġ operazzjonali; aċċess għat-traduzzjoni ta' numri jew għal sistemi li joffru funzjonalità ekwivalenti; aċċess għal netwerks fissi u mobile , partikolarment għar- roaming ; aċċess għal sistema ta’ aċċess kundizzjonali għal servizzi ta’ televiżjoni diġitali; u aċċess għal servizzi ta’ netwerks virtwali.’ (2) L-Artikolu 4(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. L-operturi tan-netwerks pubbliċi tal-komunikazzjoni għandhom ikollhom id-dritt u, meta jintalbu minn impriżi oħra li jkunu awtorizzati biex jagħmlu dan skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni), l-obbligu li jinnegozjaw l-ikkonnettjar ta’ netwerk ma’ ieħor bl-iskop li jipprovdu s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li jkunu disponibbli għall-pubbliku, sabiex jiżguraw il-provvista u l-interoperabilità tas-servizzi mal-Komunità kollha. L-operaturi għandhom joffru l-aċċess u l-ikkonnettjar lill-impriżi l-oħra skond termini u kundizzjonijiet konsisenti ma’ l-obbligi imposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali skond l-Artikoli 5, 6, 7 u 8.’ (3) L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘2. L-obbligi u l-kundizzjonijiet imposti skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji, u għandhom ikunu implimentati skond il-proċedura msemmija fl-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/ 21 /KE (Direttiva ta’ Qafas).’ (b) Il-paragrafi 3 u 4 jitħassru. (4) L-Artikolu 6(2) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘2. Fid-dawl ta’ l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-suq, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex temenda l-Anness I. Dawn il-miżuri, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 14(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4). Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tkun megħjuna mill-Awtorità tas-Suq Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (minn hawn ‘il quddiem ‘l-Awtorità’).’ (5) L-Artikolu 7 jitħassar. (6) L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, "f'Artikoli 9 sa 13" jinbidel bil-kliem "fl-Artikoli 9 sa 13a". (b) Il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej: (i) L-ewwel subparagrafu jinbidel b'li ġej: - Fl-ewwel inċiż, "Artikoli 5(1), 5(2) u 6" tinbidel bi "ta’ l-Artikoli 5(1) u 6". - fit-tieni inċiż, " Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 li tikkonċerna l-ipproċessar ta' tagħrif personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet [32]" hija ssostitwita bi "Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)[33]". (ii) Is-sentenza li ġejja tiddaħħal bħala t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu: "Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni li l-Awtorità tissottometti skond l-Artikolu 4(3)(m) tar-Regolament Nru [.../KE]." (7) L-Artikolu 9(5) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-emendi meħtieġa għall-Anness II sabiex tadattah għall-iżviluppi teknoloġiċi u fis-suq. Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14(4). Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tkun megħjuna mill-Awtorità.’ (8) L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 1, il-punt (f) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘(f) li jipprovdu l-ko-lokazzjoni jew forom oħra ta’ użu komuni tal-faċilitajiet, inklużi t-tubi, il-bini jew id-dħul fil-bini, l-antenni, it-toqob ta’ l-ispezzjonar, u l-kaxxi tat-triq;’ (b) Fil- paragrafu 1, il-punt (j) li ġej huwa miżjud: ‘(j) li jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħal ma huma l-identità, il-lok u l-kapaċità tal-preżenza.’ (c) Il-paragrafu 3 li ġej huwa miżjud: ‘3. Meta jimponu l-obbligi fuq l-operatur biex jipprovdi l-aċċess skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tekniċi jew operattivi li jridu jkunu ssodisfatti minn dak li jipprovdi l-aċċess u/jew mill-benefiċjarji ta’ dan l-aċċess meta jkun meħtieġ biex ikun żgurat it-tħaddim normali tan-netwerk. Meta jkun hemm l-obbligi li jkunu segwiti standards tekniċi speċifiċi dawn għandhom ikunu konformi ma’ l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet preskritti skond l-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas)’ (9) Jiddaħħlu l-Artikoli 13a u 13b li ġejjin: ‘Artikolu 13aSeparazzjoni funzjonali 1. Awtorità regolatorja nazzjonali tista’, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8, u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3), timponi obbligu fuq impriżi integrati vertikalment li jqiegħdu l-attivitajiet relatati mal-provvista fi kwantità kbira ta’ prodotti għall-aċċess għall-bejgħ mill-ġdid ( wholesale ), għand unità ta’ negozju li topera b’mod indipendenti. Dik l-unità ta’ negozju għandha tforni l-prodotti u s-servizzi għall-aċċess lill-impriżi kollha, inklużi unitajiet ta’ negozju oħra fi ħdan il-kumpanija li jkollha l-kontoll tagħhom ( parent company ), fl-istess perijodi ta’ żmien li jrid isir dan, bl-istess termini u kundizzjonijijiet, inklużi dawk relatati mal-prezz u l-livelli ta’ servizz, u permezz ta’ l-istess sistemi u proċessi. 2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-ħsieb li timponi l-obbligu tas-separazzjoni funzjonali, hija għandha tissottometti t-talba lill-Kummissjoni li tkun tinkludi: (a) evidenza li l-impożizzjoni ta’ obbligi xierqa fost dawk identifikati fl-Artikoli 9-13 biex tinkiseb kompetizzjoni effettiva wara analiżi koordinata tas-swieq rilevanti skond il-proċedura ta’ l-analiżi tas-suq stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas) tkun naqset, u għandha mnejn tkompli tonqos fuq bażi persistenti, milli tikseb kompetizzjoni effettiva, kif ukoll evidenza li hemm problemi kbar fil-kompetizzjoni u fallimenti tas-suq identifikati f'ħafna minn dawn is-swieq ta' prodotti. (b) analiżi ta’ l-impatt mistenni fuq l-awtorità regolatorja, fuq l-impriża, u fuq l-inċentivi tagħha biex tinvesti fin-netwerk, u fuq partijiet involuti oħrajn, inkluż b'mod partikolari l-impatt mistenni fuq il-kompetizzjoni għall-infrastruttura, u kull effett potenzjali fuq il-konsumaturi; (c) abbozz tal-miżura li qiegħda tkun proposta. 3. L-abbozz ta’ miżura għandu jinkludi l-elementi li ġejjin: (a) in-natura preċiża u l-livell ta’ separazzjoni, waqt li jispeċifika b’mod partikulari l-istatus ġuridiku ta’ l-entità ta’ negozju separata; (b) l-identifikazzjoni ta’ l-assi ta’ l-entità ta’ negozju separata, u tal-prodotti jew tas-servizzi li tipprovdi din l-entità; (c) l-arranġamenti għal sistema ta’ awtorità biex tkun żgurata l-indipendenza ta’ l-impjegati ta’ l-entità ta’ negozju separata, u l-istruttura ta’ inċentivi li tikkorrispondi għaliha; (d) ir-regoli biex jiżguraw l-osservanza ta’ l-obbligi; (e) ir-regoli biex jiżguraw it-trasparenza tal-proċeduri operattivi, b’mod partikulari lejn partijiet oħra involuti; (f) il-programm ta’ monitoraġġ biex tkun żgurata l-osservanza, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ rapport annwali. 4. Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-abbozz ta' miżura, meħuda skond l-Artikolu 8(3), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha twettaq analiżi koordinata tas-swieq differenti marbutin man-netwerk ta’ l-aċċess skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 and 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). 5. L-impriża li kienet imposta fuqha s-separazzjoni funzjonali tista’ tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f’kull suq speċifikat meta hija tkun ġiet innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas), jew kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 8. Artikolu 13bIs-separazzjoni volontarja minn impriża integrata vertikalment 1. Impriżi li kienu nnominati bħala li kellhom saħħa sinifikanti f’wieħed jew diversi swieq rilevanti skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas) għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali minn qabel jekk ikunu biħsiebhom jittrasferixxu l-assi tagħhom fin-netwerk għall-aċċess lokali jew parti sostanzjali tagħhom lil entità ġuridika separata li tkun proprjeta ta’ ħaddieħor, jew li jistabbilixxu entità ta’ negozju separata biex huma jfornu lill-impriżi li jbigħu lill-utenti finali, inklużi d-diviżjonijiet tagħhom stess li jbigħu lill-utenti finali, bil-prodotti għall-aċċess li jkunu ekwivalenti għalkollox. 2. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tivvaluta l-effett tat-tranżazzjoni maħsuba fuq l-obbligi regolatorji eżistenti skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Għal dak il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tmexxi analiżi koordinata tad-diversi swieq relatati man-netwerk għall-aċċess skond il-proċedura stipulati fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tagħha, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha timponi, iżżomm, temenda jew tirtira l-obbligi, skond l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). 3. L-entità ta’ negozju li tkun separata b’mod legali u/jew operattiv tista’ tkun soġġetta għal kull obbligu identifikat fl-Artikoli 9-13 f’kull suq speċifikat meta hija tkun innominata bħala li għandha saħħa sinifikanti fis-suq skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas), jew għal kull obbligu ieħor awtorizzat mill-Kummissjoni skond il-paragrafu 3 ta’ l-Artikolu 8. (10) L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘3. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. (b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tingħata kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.’ Artikolu 3Emendi għad-Direttiva 2002/20/KE (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) Id-Direttiva 2002/20/KE hija emendata kif ġej: (1) L-Artikolu 2(2) huwa sostitwit bit-test li ġej: ' 2. Id-definizzjoni li ġejja għandha tapplika wkoll: "awtorizzazzjoni ġenerali" tfisser il-qafas legali stabbilit mill-Istat Membru li jiżgura d-drittijiet biex ikunu pprovduti n-netwerks jew is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u jippreskrivi l-obbligi speċifiċi tas-settur li jistgħu japplikaw għat-tipi kollha, jew għal tipi speċifiċi, ta’ netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, skond din id-Direttiva.' (2) Fl-Artikolu 3(2), "l-Artikoli 5, 6 u 7" hija ssostitwita bi ‘l-Artikoli 5, 6, 6a u 7.’ (3) L-Artikolu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘Artikolu 5Id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri 1. L-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu l-użu tal-frekwenzi tar-radju soġġett għall-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu iżda għandhom jinkludu l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ dawn il-frekwenzi tar-radju fl-awtorizzazzjoni ġenerali, sakemm ma jkunx iġġustifikat li jingħataw id-drittijiet individwali sabiex: (a) ikun evitat riskju serju ta’ interferenza li tagħmel il-ħsara; jew (b) jintlaħqu għanijiet oħra ta’ interess ġenerali. 2. Meta jkun meħtieġ li jingħataw id-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u tan-numri, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet, meta jintalbu, lil kull impriża li tipprovdi jew tuża n-netwerks jew is-servizzi skond l-awtorizzazzjoni ġenerali, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 6, 6a, 7 u 11(1)(c) ta’ din id-Direttiva u għal kull regola li tiżgura l-użu effiċjenti ta’ dawk ir-riżorsi skond id-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Mingħajr ħsara għal kriterji speċifiċi ddefiniti bil-quddiem mill-Istati Membri għall-għoti ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju lil provvedituri ta' servizzi ta' kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni bil-għan li jintlaħqu għanijiet ta’ interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja, tali drittijiet ta’ użu għandhom jingħataw permezz ta’ proċeduri oġġettivi, trasparenti, proporzjonali u mhux diskriminatorji, u, fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Il-proċeduri għandhom ukoll ikunu miftuħa, għajr għal każijiet fejn l-għoti tad-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju lil provveduturi ta’ servizzi ta’ kontenut għax-xandir fuq ir-radju jew it-televiżjoni jista’ jintwera li huwa essenzjali biex jissodisfa obbligu partikolari li l-Istat Membru jkun iddefinixxa minn qabel bħala meħtieġ biex jinkiseb interess ġenerali skond il-liġi Komunitarja. Meta jagħtu d-drittijiet għall-użu, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw jekk dawk id-drittijiet jistgħux ikunu ttrasferiti mid-detentur tad-drittijiet, u taħt liema kundizzjonijiet. Fil-każ tal-frekwenzi tar-radju, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Fejn Stati Membri jagħtu drittijiet ta’ użu għal perjodu ta’ żmien limitat, it-tul tal-validità tagħhom għandu jkun xieraq għas-servizz ikkonċernat fid-dawl ta' l-għan iddefinit minn qabel. Kull dritt individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju li jingħata għal għaxar snin jew iktar, u li ma jistax ikun ittrasferit jew mikri bejn l-impriżi skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva ta’ Qafas, għandu, kull ħames snin u l-ewwel darba ħames snin wara l-għoti tiegħu, ikun soġġett għal reviżjoni fid-dawl tal-kriterji tal-paragrafu 1. Jekk il-kriterji biex jingħataw id-drittijiet individwali għall-użu ma jkunux japplikaw iżjed, id-dritt individwali għall-użu għandu jinbidel f’awtorizzazzjoni ġenerali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, soġġett għall-avviż minn qabel ta’ mhux iktar minn ħames snin mill-għeluq ta’ l-eżami mill-ġdid, jew għandu jkun jista’ jiġi ttrasferit jew mikri bla tfixkil bejn l-impriżi. 3. Id-deċiżjonijiet dwar id-drittijiet għall-użu għandhom jittieħdu, jkunu kkomunikati u ppubblikati malajr kemm jista’ jkun wara li tkun waslet l-applikazzjoni kompluta ta’ l-awtorità regolatorja nazzjonali, fi żmien tliet gimgħat fil-każ tan-numri li kienu allokati għal skopijiet speċifiċi ġewwa l-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri u fi żmien sitt ġimgħat fil-każ tal-frekwenzi tar-radju li kienu allokati għall-komunikazzjoni elettronika ġewwa l-pjan nazzjonali għall-frekwenzi. Il-limitu ta’ żmien ta’ l-aħħar għandu jkun bla ħsara għal kull ftehim internazzjonali li jkun japplika u li jkun relatat ma’ l-użu tal-frekwenzi tar-radju jew ta’ pożizzjonijiet orbitali. 4. Fejn ikun ġie deċiż, wara li kienu kkonsultati l-partijiet konċernati skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas), li d-drittijiet għall-użu tan-numri ta’ valur ekonomiku eċċezzjonali jridu jingħataw permezz ta’ proċeduri ta’ għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perijodu massimu ta’ tliet ġimgħat b’mhux iktar minn tliet ġimgħat oħra. Fir-rigward tal-proċeduri ta’ għażla li jkunu kompetittivi u komparattivi għall- ispettru tar-radju, għandu japplika l-Artikolu 7. Rigward proċeduri ta’ selezzjoni kompetittiva jew komparattiva għall-frekwenzi tar-radju, għandu japplika l-Artikolu 7. 5. L-Istati Membri ma għandhom jillimitaw l-għadd ta’ drittijiet ta’ użu li jingħataw, għajr fejn dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-frekwenzi tar-radju skond l-Artikolu 7. 6. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-frekwenzi tar-radju jintużaw b’mod effiċjenti u effettiv skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas). Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-kompetizzjoni ma tisfax imgħawġa mill-ebda trasferiment jew akkumulazzjoni ta’ drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa, per eżempju jnaqqsu, jirtiraw jew jisforzaw il-bejgħ tad-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju.’ (4) L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. L-awtorizzazzjoni ġenerali biex ikunu pprovduti n-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju, u d-drittijiet għall-użu tan-numri, tista’ tkun soġġetta biss għall-kundizzjonijiet elenkati fl-Anness I. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati, trasparenti u mhux diskriminatorji, u fil-każ ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju, għandhom ikunu skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas).’ (b) Fil-paragrafu 2, ‘l-Artikoli 16, 17, 18 u 19 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)’ hija ssostitwita bi ‘l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali)’. (c) Fil-paragrafu 3, il-kelma ‘Anness’ hija ssostitwita bi ‘Anness I’. (5) Jiddaħħlu l-Artikoli 6a u 6b li ġejjin: ‘Artikolu 6aProċeduri ta' armonizzazzjoni 1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1, u mingħajr ħsara għall-Artikolu 5(2) ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni biex: (a) tidentifika meded tal-frekwenzi tar-radju li l-użu tagħhom se jkun soġġett għall-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew għad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju; (b) tidentifika s-serje għall-għoti tan-numri li jridu jkunu armonizzati fil-livell tal-Komunità; (c) tarmonizza proċeduri għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ġenerali jew ta’ drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri; (d) tarmonizza l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Anness II relatati ma’ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali jew mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri; (e) tipprovdi biex ikunu emendati jew irtirati l-awtorizzazzjonijiet jew id-drittijiet għall-użu u l-proċeduri relatati mal-punt (d); (f) tistipula proċeduri għall-għażla ta’ l-impriżi li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tagħtihom id-drittijiet individwali għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri, fejn xieraq skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6b. Il-miżuri elenkati fil-punti (a) sa (d) u (f), maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billu jikkompletawha, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14a (3). F'każijiet ta’ urġenza assoluta, il-Kummissjoni tista’ tuża’ l-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 14a (4). 2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu, fejn xieraq, jipprovdu biex jagħmluha possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu talba rraġunata għal eżenzjoni parzjali u/jew deroga temporanja minn dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-raġuni għal din it-talba, wara li tikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru, u tista’ tagħti eżenzjoni parzjali jew deroga temporanja, jew it-tnejn, sakemm dan ma jitfax lura b’mod eċċessiv l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, jew joħloq differenzi mhux mixtieqa fil-kompetizzjoni jew fir-regolamentazzjoni fost l-Istati Membri. 3. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tkun megħjuna mill-Awtorità Ewropea tas-Suq tal-Komunikazzjoni Elettronika (minn hawn 'il quddiem ‘l-Awtorità’). Il-Kummissjoni għandha tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità, jekk ikun hemm, imressqa skond l-Artikolu 11 tar-Regolament [ ]. Artikolu 6bIl-proċedura komuni ta' l-għażla għall-ħruġ ta' drittijiet 1. Il-miżura teknika ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6a(1)(f) tista’ tipprovdi biex l-Awtorità tagħmel proposti għall-għażla ta’ impriża jew impriżi li jistgħu jinħarġulhom drittijiet individwali għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju jew numri, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament [..]. F’dawn il-każijiet, il-miżura għandha tispeċifika l-perjodu li fih l-Awtorità għandha tlesti s-selezzjoni, kif ukoll il-proċedura, ir-regoli u l-kundizzjonijiet li japplikaw għall-għażla, u d-dettalji ta’ kull ħlas u tariffa li jridu jkunu imposti fuq id-detenturi tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju u/jew tan-numri, sabiex ikun żgurat l-aqwa użu tal-frekwenzi tar-radju jew tar-riżorsi ta’ l-għoti tan-numri. Il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun miftuħa, trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja. 2. Wara li tagħti l-ikbar kunsiderazzjoni lill-opinjoni ta’ l-Awtorità, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżura biex tagħżel l-impriża jew l-impriżi li lilha jew lilhom hija għandha toħroġ id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri. Il-miżura għandha tispeċifika ż-żmien li fih dawn id-drittijiet għall-użu għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha taġixxi skond il-proċedura msemmina fl-Artikolu 14a(2).’ (6) L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej: (i) L-ewwel sentenza tinbidel b'li ġej: ‘1. Fejn Stat Membru jkun qed jikkunsidra jillimitax in-numru tad-drittijiet għall-użu li jridu jingħataw għall-frekwenzi tar-radju, jew jekk iġeddidx il-validità ta’ drittijiet eżistenti jekk mhux skond it-termini speċifikati f’dawk id-drittijiet, fost l-oħrajn għandu:’ (ii) Il-punt (c) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘(c) jippubblika kull deċiżjoni biex jillimita l-għoti tad-drittijiet għall-użu jew it-tiġdid tad-drittijiet għall-użu, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dan;’ (c) Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘3. Fejn l-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jeħtieġ li ma jkunx limitat, l-Istati Membri għandhom jagħtu dawn id-drittijiet fuq il-bażi tal-kriterji ta’ l-għażla li jridu jkunu oġġettivi, trasparenti, proporzjonati u mhux diskriminatorji. Kull wieħed minn dawn il-kriterji tal-għażla jrid jagħti l-importanza li tistħoqq lill-kisba tal-għanijiet li jidhru fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas) u tar-rekwiżiti li jidhru fl-Artikolu ta’ dik id-Direttiva.’ (d) Fil-paragrafu 5, 'Artikolu 9' jinbidel bi 'Artikolu 9b'. (7) L-Artikolu 8 jitħassar. (8) L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej: (a) Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma ssostitwiti bit-test li ġej: ‘1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmonitorjaw u jissorveljaw l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijet għall-użu u ta’ l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikollhom is-setgħa li jitolbu lill-impriżi li jipprovdu n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika koperti mill-awtorizzazzjoni ġenerali jew li jgawdu d-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju jew tan-numri biex jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun ivverifikata l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu jew ta’ l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), skond l-Artikolu 11. 2. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali jirriżultalha li impriża ma tkunx qed tosserva waħda jew iżjed mill-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew ta’ l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), hija għandha tinnotifika lill-impriża b’dak ir-riżultat u tagħti lill-impriża l-opportunità li tiddikjara l-fehmiet tagħha, f’limitu ta’ żmien raġonevoli. 3. L-awtorità rilevanti għandha jkollha s-setgħa li titlob il-waqfien tal-ksur imsemmi fil-paragrafu 2 jew minnfih jew f’limitu ta’ żmien raġonevoli u għandha tieħu l-miżuri xierqa u proporzjonati bl-iskop li tiżgura l-osservanza. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet rilevanti li jimponu pieni finanzjarji meta jkun xieraq. Il-miżuri u r-raġunijiet li fuqhom huma jkunu bbażati għandhom ikunu kkomunikati lill-impriża konċernata mingħajr dewmien u għandhom jistipulaw perijodu raġonevoli għall-impriżi biex dawm jiġu konformi mal-miżura.’ (b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej: "4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità rilevanti s-setgħa li timponi sanzjonijiet finanzjarji, fejn xieraq, fuq impriżi li jkunu naqsu milli jipprovdu informazzjoni skond l-obbligi imposti fl-Artikolu 11(1)(a) jew (b) ta’ din id-Direttiva, jew skond l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2002/19/KE (id-Direttiva ta’ Aċċess), f'perjodu ta’ żmien raġonevoli, stipulat mill-awtorità regolatorja nazzjonali." (c) Il-paragrafu 5 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘5. Fil-każi ta’ ksur serju u rripetut tal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew ta’ l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2), meta jkunu fallew il-miżuri immirati biex jiżguraw l-osservanza kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu ma jħallux lill-impriża tkompli tipprovdi n-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika jew jissospendu jew jirtiraw id-drittijet għall-użu. Is-sanzjonijiet u l-pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi jistgħu jkunu applikati biex ikopru l-perijodu ta’ kull ksur, ukoll jekk sussegwentement il-ksur ikun ġie rrettiffikat.’ (d) Il-paragrafu 6 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘6. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 5, meta l-awtorità rilevanti jkollha l-evidenza ta’ ksur tal-kundizzjonijiet ta’ l-awtorizzazzjoni ġenerali jew tad-drittijiet għall-użu, jew ta’ l-obbligi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6(2) li jkun jirrappreżenta theddida immedjata u serja għall-protezzjoni pubblika, is-sigurtà pubblika u s-saħħa pubblika jew li jkun se joħloq problemi ekonomiċi u operattivi serji għal oħrajn li jipprovdu jew jużaw in-netwerks u s-servizzi tal- komunikazzjoni elettronika, hija tista’ tieħu miżuri temporanji urġenti biex tirrimedja s-sitwazzjoni qabel ma tasal għad-deċiżjoni finali. L-impriża konċernata għandha wara dan tingħata opportunita raġonevoli biex tiddikjara l-fehmiet tagħha u tipproponi r-rimedji. Fejn xieraq, l-awtorità rilevanti għandha tikkonferma l-miżuri temporanji, li għandhom ikunu validi għall-massimu ta’ tliet xhur.’ (9) Fil-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 11, il-paragrafu 1, il-kelma ‘Anness’ hija ssostitwita bil-kelma ‘Anness I’. (10) L-Artikolu 14 huwa ssostitwit bit-test li ġej: 'Artikolu 14Emendi tad-drittijiet u ta' l-obbligi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet, il-kundizzjonijiet u l-proċeduri li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali u d-drittijet għall-użu jew id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jistgħu jkunu emendati biss fil-każi li jkunu oġġettivament iġġustifikati u b’mod proporzjonat, wara li tingħata kunsiderazzjoni, meta jkun xieraq, tal-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għad-drittijiet trasferibbli għall-użu tal-frekwenzi tar-radju. Għandu jingħata avviż bil-mod xieraq ta’ l-intenzjoni li se jsiru dawn l-emendi u l-partijiet konċernati, inklużi l-utenti u l-konsumaturi, għandu jingħatalhom perijodu biżżejjed ta’ żmien biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-emendi proposti, li dan m’għandux ikun inqas minn erba’ xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. 2. L-Istati Membri m’għandhomx jillimitaw jew jirtiraw id-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet jew id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju qabel ma jagħlaq il-perijodu li għalih huma kienu ingħataw ħlief meta dan ikun iġġustifikat u meta jkun japplika b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti dwar ll-kumpens għall-irtirar tad-drittijiet.’ (11) Jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej: ‘Artikolu 14aKumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tal-Komunikazzjoni. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tkun ingħatat kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. 3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha. 4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1), (2), (4) u (6) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li tkun ingħatat kunsiderazzjoni lid-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.’. (12) L-Artikolu 15(1) huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet, il-proċeduri, il-ħlasijiet, il-ħlas ta’ drittijiet u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġenerali, id-drittijiet għall-użu u d-drittijiet li jkunu installati l-faċilitajiet tkun ippubblikata u miżmuma aġġornata b’mod xieraq sabiex huma jipprovdu aċċess faċli għal dik l-informazzjoni lill-partijiet konċernati kollha.’. (13) Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1 u jinbidlu bit-test li ġej: ‘1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 9a tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta' Qafas), l-awtorizzazzjonijiet li diġà jkunu eżistenti fil-31 ta’ Diċembru 2009 għandhom jinġiebu konformi mill-Istati Membri ma' l-Artikoli 5, 6, 7 u l-Anness I ta’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-[31 ta’ Diċembru 2010]. 2. Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 iwassal għal tnaqqis fid-drittijiet jew estensjoni ta’ l-obbligi skond l-awtorizzazzjonijiet diġà eżistenti, l-Istati Membri jistgħu jestendu l-validità ta’ dawk id-drittijiet u obbligi sa mhux aktar tard mit-[30 ta’ Settembru 2011], sakemm id-drittijiet ta’ impriżi oħra skond il-liġi tal-Komunità ma jiġux affettwati bihom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn l-estensjonijiet lill-Kummissjoni u jiddikjaraw ir-raġunijiet għalihom. ’ (14) L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta’ din id-Direttiva. (15) L-Anness II il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness ta’ din id-Direttiva, huwa miżjud. Artikolu 4Revoka Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 huwa rrevokat. Artikolu 5Traspożizzjoni (1) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard minn [..] il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella korrelattiva bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [...]. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza. (2) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 6Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[...] jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Artikolu 7Destinatarji Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsilll Il-President Il-President [...] ANNESS I L-Anness tad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni) huwa emendat kif ġej: (1) It-titlu ‘Anness’ huwa ssostitwit bit-titlu ‘Anness I’. (2) L-ewwel paragrafu huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘Il-kundizzjonijiet elenkati f’dan l-Anness jipprovdu l-lista massima ta’ kundizzjonijiet li jistgħu jiżdiedu ma’ l-awtorizzazzjonijiet ġenerali (il-Parti A), id-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju (il-Parti B) u d-drittijiet għall-użu tan-numri (il-Parti C) kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 11(1)(a), fil-limiti permessi skond l-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9 tad-Direttiva 2002/21/KE (Direttiva ta’ Qafas).’. (3) Il-Parti A hija emendata kif ġej: (a) Il-punt 4 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘4. L-aċċessibilità għan-numri mill-pjan nazzjonali għall-għoti tan-numri lill-utenti aħħarija, in-numri mill-ETNS u l-UIFN, u l-kundizzjonijiet b’konformità mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar i-Servizz Universali).’ (b) Il-punt 7 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘7. Id-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza speċifiċi għas-settur tal- komunikazzjoni elettronika konformi mad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).[34]’ (c) Il-punt 8 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘8. Ir-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur speċifiċi għas-settur tal-komunikazzjoni elettronika, inklużi l-kundizzjonijiet konformi mad-Direttiva 2002/22/KE (Direttiva dwar is-Servizz Universali), u l-kundizzjonijiet dwar l-aċċessibilità għall-utenti b’diżabilità skond l-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva.’. (d) Fil-punti 11 u 16, ‘Direttiva 97/66/KE’ hija ssostitwita bi ‘Direttiva 2002/58/KE’. (e) Il-punt 11a li ġej huwa miżjud: ‘11.a Il-termini għall-użu tal-komunikazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi biex iwissu lill-pubbliku ġenerali b’theddid imminenti u biex itaffu l-konsegwenzi ta’ katastrofi serju.’ (f) Fil-punt 12, il-kliem 'u jxandar lill-pubbliku ġenerali' jitħassar. (g) Jiżdied il-punt 19 li ġej: ‘19. Il-konformità ma' miżuri nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[35], u d-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[36].’ (4) Il-Parti B hija emendata kif ġej: (a) Il-punt 1 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘1. L-obbligu li jkun ipprovdut servizz jew li tintuża tip ta’ teknoloġija li jkun ingħata għalihom id-dritt għall-użu tal-frekwenza, inklużi, meta jkun xieraq, ir-rekwiżiti tal-kopertura.’ (b) Il-punt 2 huwa mħassar. (c) Fil-punt 4, il-kliem 'suġġett għal bidliet fil-pjan nazzjonali tal-frekwenzi' jitħassar. (d) Il-punt 7 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘7. L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva.’ (e) Jiżdied il-punt 9 li ġej: ‘9. L-obbligi speċifiċi għall-użu sperimentali tal-frekwenzi tar-radju.’ (5) Fil-parti C, il-punt 8 huwa ssostitwit bit-test li ġej: ‘8. L-impenji volontarji li l-impriża li tikseb id-dritt għall-użu tkun daħlet għalihom matul il-proċedura tal-għażla kompetittiva jew komparattiva.’ ANNESS II L-Anness II li ġej jiżdied mad-Direttiva 2002/20/KE (Direttiva dwar l-Awtorizzazzjoni): " ANNESS II Il-kundizzjonijiet li jistgħu jkunu armonizzati skond il-punt (d) ta’ l-Artiklu 6a, il-paragrafu 1 (1) Il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju: (a) it-tul ta’ żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi tar-radju; (b) l-ambitu territorjali tad-drittijiet; (c) il-possibbiltà li d-dritt ikun ittrasferit lil utenti oħra tal-frekwenzi tar-radju, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma’ dan; (d) il-metodu biex jiġu ddeterminati t-tariffi li għandhom jitħallsu għad-dritt għall-użu tal-frekwenzi tar-radju; (e) in-numru ta’ drittijiet għall-użu li jridu jingħataw lil kull impriża; (f) il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti B ta’ l-Anness I. (2) Il-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet għall-użu tan-numri: (g) it-tul ta’ żmien tal-validità tad-drittijiet għall-użu tan-numru jew numri konċernati; (h) it-territorju li fih huma validi; (i) kull servizz jew użu speċifiku li għalih iridu jkunu rriżervati n-numri; (j) it-trasferiment u l-portabbiltà tad-dritt għall-użu; (k) il-metodu biex ikunu ddeterminati l-ħlasijiet li jridu jsiru (jekk ikun hemm) għad-dritt għall-użu tan-numri; (l) il-kundizzjonijiet elenkati fil-Parti C ta’ l-Anness I."[pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, ĠU L 108, 24.4.2002. [2] Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, ĠU L 108, 24.4.2002. [3] Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, ĠU L 108, 24.4.2002. [4] COM(2007) 698. [5] COM(2007) 699. [6] SEC(2007) 1472. [7] COM(2007) 696. [8] COM(2006) 334 finali. [9] ĠU L 69, 16.03.2005, p. 67. [10] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Politika Spazjali Ewropea, COM(2007) 212 finali, 26.4.2007. [11] Ara n-nota tal-qiegħ 8. [12] COM(2005) 400. [13] ĠU L 336, 30.12.2000, p. 4. [14] Id-Direttiva Nru 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. [15] ĠU C […], […], p. […]. [16] ĠU C […], […], p. […]. [17] ĠU C […], […], p. […]. [18] ĠU C […], […], p. […]. [19] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. [20] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7. [21] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21. [22] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51. [23] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. [24] ĠU C […], […], p. […]. [25] ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. [26] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1. [27] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2003 dwar is-Swieq ta’ Prodotti u Servizzi Rilevanti fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi suxxettibbli għar-regolazzjoni ex-ante skond id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi. C(2003) 497. [28] ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1. [29] ĠU L 336, 30.12.2000, p. 4. [30] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11). [31] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/24/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54). [32] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 1. [33] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/24/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54). [34] ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. [35] ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10. [36] ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45.