52007PC0673

Proposta emendata għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) /* KUMM/2007/0673 finali - COD 2006/0145 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 24.10.2007

KUMM(2007) 673 finali

2006/0145 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-addittivi ta’ l-ikel

(preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

I. PROĊEDURA

1. Fit-28 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni adottat il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta’ l-ikel [Dokument COM (2007)0428 finali)] bħala parti minn pakkett ta’ erba’ proposti dwar l-aġenti għat-titjib ta’ l-ikel. Il-proposta tressqet quddiem il-Kunsill u l-Parlament Ewropew fit-28 ta’ Lulju 2006.

2. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta l-opinjoni tiegħu fil-25 ta’ April 2007.

3. Il-Kunsill qabel dwar ‘approċċ ġenerali’ fuq il-proposta fil-laqgħa ta’ l-EPSCO tal-31 ta’ Mejju 2007.

4. Il-Parlament Ewropew fl-ewwel qari ta opinjoni favorevoli dwar il-proposta fl-10 ta’ Lulju 2007.

5. Il-proposta attwali temenda l-proposta oriġinali [COM (2006)0428 – 2006/0145(COD)] sabiex jittieħdu f’konsiderazzjoni l-emendi tal-Parlament Ewropew li kienu ntlaqgħu mill-Kummissjoni.

6. Fir-rigward tal-proposta oriġinali, il-Parlament Ewropew adotta 59 emenda. Il-Kummissarju Kyprianou kien indika fil-laqgħa plenarja tad-9 ta’ Lulju 2007 li l-Kummissjoni setgħet tilqa’ ħafna mill-emendi, kompletament jew parti minnhom, u soġġetti għal tibdil fil-kliem. L-emendi li ma jistgħux jintlaqgħu mill-Kummissjoni huma: l-10, 11, 12, 20, 24, 25, 29, 30, 34, 38, 40, 45, 47, 52, 54, 5, 6, 69 riv, 73 u 78.

7. L-emendi fil-proposta emendata jidhru b’tipi grassi u b’linja taħthom . Numru ta’ emendi tfasslu mill-ġdid biex tiġi żgurata l-konsistenza fit-terminoloġija kollha użata fil-proposta u l-proposti l-oħra tal-pakkett, jew biex it-test jinġieb konformi ma’ l-approċċ tal-Kunsill fejn ġew proposti emendi simili.

8. L-innumerar ta’ l-Artikoli ġiet adattata biex jittieħdu f’konsiderazzjoni numru ta’ emendi.

II. L-GĦANIJIET TAL-PROPOSTA

Il-Kummissjoni ħabbret fil- White Paper dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (COM (1999) 719 finali) li kienet se taġġorna u tissemplifika l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità fir-rigward ta’ l-addittivi ta’ l-ikel (Azzjoni 11 fil-White Paper ). L-għanijiet ta’ din il-proposta huma:

- Li tiġi ssemplifikata l-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel billi jinħoloq strument wieħed għall-prinċipji, il-proċeduri u l-approvazzjonijiet;

- Li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat implimentattivi biex taġġorna l-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel awtorizzati;

- Li tkun ikkonsultata l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) għall-evalwazzjoni tas-sigurtà ta’ l-addittivi ta’ l-ikel.

- Li jitwaqqaf programm ta’ evalwazzjoni mill-ġdid għall-addittivi ta’ l-ikel eżistenti;

- Li ssir meħtieġa l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi li jikkonsistu minn, li fihom jew li jkunu prodotti minn organiżmi modifikati ġenetikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament.

III. ĦARSA ĠENERALI LEJN L-EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW

9. Emendi tekniċi/editorjali

Għadd ta’ emendi mressqa jimmiraw li jtejbu l-proposta mill-aspett tekniku u editorjali. Dawn l-emendi fil-parti l-kbira ġew adottati mill-Kummissjoni għalkemm uħud minnhom kienu soġġetti għal tibdil editorjali (L-emendi kkonċernati: 3, 8, 13, 14, 15, 16, 18, 19, 21, 22, 33 (parti), 36, 37, 39, 42, 43, 44, 46, 48, 67riv, 79, 68riv, 80, 51, 55, 56, 57, 58, 59 , 60 u 64riv.)

10. Ambitu (l-Artikolu 2)

L-emenda 10 ma tistax tintlaqa’ billi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti użati fit-trattament ta’ wara l-ħsad diġà huma soġġetti għal leġiżlazzjoni Komunitarja separata. Madankollu jekk is-sustanza jew sustanzi użati fit-trattament ta’ wara l-ħsad ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti jiġu kkunsidrati bħala addittivi ta’ l-ikel kemm-il darba jkollhom effett preservattiv.

Fil-proposta emendata, il-Kummissjoni ma adottatx l-emenda 11 li kienet teskludi l-kulturi mikrobiċi mill-ambitu tal-leġiżlazzjoni. Xi kulturi jinżiedu ma’ l-ikel lejn l-aħħar tal-manifattura, maħsuba biex jagħtu effett preservattiv, u għalhekk jistgħu jitqiesu bħala addittivi ta’ l-ikel. Għalhekk ma jkunx xieraq li tali sustanzi jkunu esklużi mil-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel.

11. Komitoloġija

Billi l-pakkett ġie adottat fiż-żmien meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 2006/512/KE li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni kienet tirreferi għall-proċedura regolatorja normali. Għalhekk l-allinjament tal-proposta emendata mad-Deċiżjoni 2006/512/KE huwa ġeneralment approvat mill-Kummissjoni.

Madankollu l-emenda 12 iddaħħal il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju biex ikun deċiż jekk ċerta sustanza taqax jew le fl-ambitu tar-Regolament. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hija implimentazzjoni tar-regoli li jħaddan l-att bażiku (id-definizzjoni ta’ ‘addittivi ta’ l-ikel’) u għaldaqstant ma taqax taħt il-proċedura regolatorja l-ġdida bl-iskrutinju. Għalhekk għandha tapplika l-proċedura regolatorja normali. Bl-istess mod, l-emendi 40 u 47 ma jistgħux jintlaqgħu għaliex huma wkoll jirrigwardaw dispożizzjonijiet li l-applikazzjoni tagħhom hija implimentazzjoni tar-regoli mħaddna fl-att bażiku u għalhekk ma jaqgħux taħt il-proċedura regolatorja l-ġdida bl-iskrutinju.

12. Projbizzjoni ta’ addittivi ta’ l-ikel li mhumiex konformi (l-Artikolu 5)

L-emendi 9 u 22 għandhom l-għan li jiċċaraw li addittiv ta’ l-ikel jew ikel li fih jintuża addittiv ta’ l-ikel m’għandux jitqiegħed fis-suq, jekk l-addittiv ta’ l-ikel jew l-użu tiegħu ma jkunx konformi mar-Regolament propost. Din il-kjarifika ġiet aċċettata fil-proposta emendata bl-inklużjoni ta’ l-Artikolu 5.

13. Kriterji għall-awtorizzazzjoni (l-Artikolu 6)

Il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel. L-addittivi ta’ l-ikel għandhom joffru sigurtà; għandu jkun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom; u m’għandhomx jiżgwidaw il-konsumatur. Il-Kummissjoni, fil-proposta emendata fil-premessa 7, introduċiet il-kjarifika dwar xi jfisser żgwidar tal-konsumatur (l-emendi 3 u 26 ). Il-prinċipju ta’ l-emenda 28 iddaħħal ukoll fil-premessa 8 tal-proposta emendata li terġa’ tistipula li l-awtorizzazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandhom jirreferu għall-konsiderazzjoni tal-kriterji fir-Regolament.

Madankollu, l-emenda 78 teħtieġ li l-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-prekawzjoni. Il-prinċipju tal-prekawzjoni u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu huma diġà stipulati fil-Liġi Ġenerali ta’ l-Ikel (Regolament (KE) Nru 178/2002) u m’għandux ikun ripetut fir-Regolament propost dwar l-addittivi ta’ l-ikel.

L-emenda 24 tipproponi li l-ħtieġa teknoloġika ta’ addittiv ta’ l-ikel tintrabat mal-benefiċċju għall-konsumatur. Il-funzjoni teknoloġika ta’ addittiv ta’ l-ikel tista’, f’ħafna każijiet, tkun ta’ benefiċċju għall-manifatturi mingħajr ma taffettwa ħażin jew tibbenefika direttament lill-konsumatur. Eżempju ta’ dan jista’ jkun meta l-użu ta’ addittiv ta’ l-ikel inaqqas il-ħela fi proċess tal-produzzjoni.

L-impatt ambjentali m’hux fost il-kundizzjonijiet ġenerali għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel iżda naturalment huwa fattur leġittimu li għandu jitqies. Pereżempju meta jiġu identifikati effetti ambjentali ħżiena, dawn jistgħu jitqiesu matul l-awtorizzazzjoni jew ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ l-użu ta’ addittiv ta’ l-ikel. Għalhekk, għalkemm l-emenda 25 ma tistax tintlaqa’, jista’ jsir tibdil ieħor fit-test biex jissaħħu l-aspetti ambjentali. Bl-istess mod l-emenda 7 tista’ tintlaqa’ soġġetta għal modifika li tirrifletti l-prinċipji l-oħra li hemm fil-Liġi Ġenerali ta’ l-Ikel, jiġifieri li r-regoli dwar l-addittivi ta’ l-ikel użati fl-ikel għandhom jiżguraw it-tħaddim effikaċi tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ ħarsien ta’ l-interessi tal-konsumaturi, inklużi prattiċi ġusti fil-kummerċ ta’ l-ikel, fil-konsiderazzjoni ta’ l-ambjent.

Fir-rigward ta’ l-emenda 1, l - allerġeniċità ta’ l-ikel (inklużi l-addittivi ta’ l-ikel) hija koperta bl-ittikkettar skond id-Direttiva 2000/13/KE. Għalkemm il-Kummissjoni ma tistax taċċetta restrizzjoni kategorika fuq l-użu ta’ addittivi ta’ l-ikel li jistgħu jkunu allerġeniċi, l-allerġeniċità tista’ naturalment tiġi kkunsidrata bħala fattur leġittimu fl-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv ta’ l-ikel. Dan il-prinċipju kien għalhekk enfasizzat fil-premessa 7.

14. Kriterji għall-awtorizzazzjoni (sustanzi li jagħtu l-ħlewwa) (l-Artikolu 7)

L-emendi 20 u 29 ma jistgħux jintlaqgħu. Il-kriterji attwali fl-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa jillimitaw l-użu tagħhom għal ikel b’enerġija mnaqqsa jew li m’għandux zokkor miżjud. Dan jiżgura li l-konsumaturi jibbenefikaw mill-użu ta’ tali sustanzi li jagħtu l-ħlewwa billi jkun hemm tnaqqis apprezzabbli fl-enerġija (ta’ 30%) jew il-prodott ma jkollux zokkor miżjud. Il-kriterju l-ġdid propost hawnhekk għandu l-potenzjal li jżid il-firxa ta’ ikel li fih jistgħu jintużaw sustanzi li jagħtu l-ħlewwa u li għalhekk jista’ jkollu impatt fuq il-konsum ta’ tali addittivi. Barra minn hekk f’xi każijiet jista’ jkun hemm biss benefiċċju marġinali għall-konsumatur bis-sostituzzjoni ta’ 30% zokkor.

Is-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa ma jintużawx biex tiżdied il-ħajja fuq l-ixkaffa ta’ l-ikel permezz tal-preservazzjoni. Madankollu, konsegwenza ta’ l-użu ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa tista’ tkun li l-ħajja fuq l-ixkaffa tiżdied minħabba n-nuqqas ta’ zokkor fermentabbli li jkun ġie ssostitwit bis-sustanza li tagħti l-ħlewwa; għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tilqa’ l-emenda 73 .

15. Kriterji għall-awtorizzazzjoni (kuluri) (l-Artikolu 8)

Il-kriterji ġenerali għall-użu ta’ l-addittivi fl-Artikolu 6 diġà jistipulaw li l-użu ta’ l-addittivi m’għandux jiżgwida l-konsumatur. Informazzjoni ġenerali dwar l-ittikkettar teżisti wkoll biex tiżgura li l-konsumaturi jkunu konxji mill-kompożizzjoni ta’ l-ikel partikolarment f’dawk li huma l-ingredjenti li jkun fihom. Fir-rigward ta’ l-użu tal-kuluri, tradizzjonalment dawn jintużaw f’xi ikel biex jidentifikaw togħmiet partikulari pereżempju fil-luminati jew il-ħelu. F’dawn il-każijiet m’hemm l-ebda evidenza li l-konsumaturi jiġu żgwidati dwar il-kontenut ta’ l-ikel. Għalhekk fil-konsiderazzjoni tal-prinċipju li hu diġà mdaħħal fl-Artikolu 6, l-emenda 30 ma ġietx adottata f’din il-proposta emendata.

16. Listi Komunitarji ta’ addittivi ta’ l-ikel (l-Artikoli 4 u 10, l-Annessi II u III)

L-emenda 34 hija proposta biex fil-lista tal-Komunità tinkludi referenza għall-addittivi ta’ l-ikel l-oħra li ma jistgħux jintużawx flimkien ma’ l-addittiv ta’ l-ikel. Il-Kummissjoni m’adottatx din l-emenda għaliex qieset li tali referenza tkun diġà koperta bil-punt ‘c’ li jitlob li l-kundizzjonijiet ta’ l-użu jiġu speċifikati. F’dawn il-każijiet, fejn it-tħassib marbut ma’ l-użu flimkien ta’ l-addittivi huwa enfasizzat fl-evalwazzjoni ta’ l-EFSA, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet ta’ l-użu xierqa fl-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv.

17. Rabta mar-Regolament 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Artikolu 13)

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tkopri l-addittivi ta’ l-ikel kollha inklużi dawk prodotti minn organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) jew permezz ta’ (bl-użu tal-fermentazzjoni) mikro-organiżmi ġenetikament modifikati (GMMs). Addittivi ta’ l-ikel prodotti bl-użu ta’ GMMs ma jaqgħux taħt ir-Regolament 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament u huma se jkunu għal kollox koperti għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni tagħhom bir-Regolament dwar l-addittivi ta’ l-ikel. L-addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 se jkunu soġġetti għal dak ir-Regolament rigward l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-modifika ġenetika, waqt li l-aspetti l-oħra tas-sigurtà, il-konsiderazzjoni tal-kriterji l-oħra u l-awtorizzazzjoni finali se jkunu ttrattati bir-Regolament dwar l-addittivi ta’ l-ikel. Iż-żewġ evalwazzjonijiet u awtorizzazzjonijiet jistgħu jitwettqu b’mod parallel.

L-emendi 4 u 63 jiċċaraw li ż-żewġ proċeduri jistgħu jsiru simultanjament skond il-prattika amministrattiva tajba. Il-kjarifika proposta ġiet approvata mill-Kummissjoni soġġetta għal xi tibdil fit-tifsil sabiex id-dispożizzjoni ssir aktar kompatibbli mar-Regolament 1829/2003. L-emenda 38 madankollu tipproponi li ddaħħal ħtiġijiet addizzjonali għall-ittikkettar. L-ittikkettar tal-GMOs huwa soġġett għal regoli orizzontali skond ir-Regolament 1829/2003, għalhekk mhux xieraq li jiddaħħlu miżuri speċifiċi taħt din il-leġiżlazzjoni vertikali fuq l-addittivi ta’ l-ikel.

18. L-ittikkettar (l-Artikoli 21 u 24)

L-emenda 45 iddaħħal il-ħtieġa ta’ twissija dwar l-allerġen fejn ikun hemm koloranti azo. L-ittikkettar ta’ l-allerġeni huwa indirizzat orizzontalment taħt id-Direttiva 2000/13/KE u għalhekk il-kwistjoni ta’ l-ittikkettar ta’ l-allerġeni għandha tkompli tiġi indirizzata taħt dik il-leġiżlazzjoni bbażata fuq evalwazzjonijiet xjentifiċi mill-EFSA.

L-Ittikkettar ta’ addittivi ta’ l-ikel mibjugħa minn negozju għal negozju jew lill-konsumatur aħħari

L-emendi 42 , 43 u 44 huma aċċettabbli għaliex idaħħlu xi aspetti utli għad-dispożizzjonijiet ta’ l-ittikkettar bejn negozju u ieħor. B’mod partikolari l-emenda 44 tipprovdi deroga prattika bil-għan li ċerta informazzjoni tkun tista’ tiddaħħal fid-dokumentazzjoni akkumpanjanti, minflok fl-ippakkjar fil-każ ta’ kunsinni bil- bulk ta’ addittivi (pereżempju f’tankers)

Fil-proposta oriġinali tagħha l-Kummissjoni allinjat id-dispożizzjonijiet ta’ l-ittikkettar ta’ l-addittivi ma’ dawk ta’ l-enzimi. Il-Parlament Ewropew għamel għadd ta’ emendi għall-proposta ta’ l-enzimi biex jiżgura preżentazzjoni ġdida u semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-ittikkettar għall-enzimi mibjugħa minn negozju għal negozju jew lill-konsumatur aħħari. Il-Kummissjoni għalhekk adottat l-ispirtu ta’ dawn l-emendi wkoll f’din il-proposta emendata dwar l-addittivi ta’ l-ikel.

Barra minn hekk, peress li l-addittivi ta’ l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari jitqiesu bħala ikel u għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-ittikkettar rilevanti tad-Direttiva 2001/13/KE dwar l-ittikkettar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel, it-test ġie ssemplifikat aktar biex ma jkunx hemm ripetizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/EC.

19. Bidliet fil-proċess tal-produzzjoni jew materjali tal-bidu ta’ addittiv ta’ l-ikel (l-Artikolu 11)

L-emenda 35 iddaħħal valuri ta’ limitu separati għal addittivi ta’ l-ikel nanoskala; Il-Kummissjoni ma tħossx li tali emenda hija meħtieġa peress li restrizzjonijiet speċifiċi jistgħu jkunu diġà allokati taħt il-kundizzjonijiet għall-użu jekk jinħass li dawn ikunu meħtieġa.

Madankollu billi din hija kwistjoni importanti jkun utli li t-test jiġi emendat biex jiġi mtenni u ċċarat li l-addittivi nanoskala jkun jeħtiġilhom l-evalwazzjoni ta’ l-EFSA qabel ikunu jistgħu jintużaw peress li jistgħu jaġixxu b’mod differenti li jista’ jaffettwa s-sigurtà tagħhom.

Il-proposta emendata tal-Kummissjoni tinkludi Artikolu 11 ġdid li jintroduċi rekwiżiti għall-addittivi ta’ l-ikel diġà inklużi fil-lista tal-Komunità li jkunu maħduma b’metodi ta’ produzzjoni jew materjali tal-bidu sostanzjalment differenti minn dawk inklużi fl-evalwazzjoni tar-riskju ta’ l-Awtorità. Dan l-Artikolu jirrifletti l-prinċipju fil-premessa 14 tal-proposta tal-Kummissjoni.

20. Reviżjonijiet u evalwazzjonijiet mill-ġdid (Artikoli 29 u 30)

Il-kummissjoni pproponiet li l-awtorizzazzjonijiet kurrenti għall-addittivi ta’ l-ikel jiġu trasferiti fl-annessi l-ġodda wara reviżjoni tal-kriterji għajr dawk tas-sigurtà. Din ir-reviżjoni se tieħu madwar sentejn. Fl-istess waqt l-EFSA intalbet tagħmel evalwazzjoni mill-ġdid tas-sigurtà ta’ l-addittivi ta’ l-ikel kollha li huma permessi bħalissa, li għandha tieħu numru ta’ snin. Jekk matul l-evalwazzjoni mill-ġdid mill-EFSA jitfaċċa xi tħassib partikolari, kull emenda meħtieġa tkun tista’ ssir f’kull ħin. Minħabba d-differenzi fit-tul ta’ żmien, ma jkunx xieraq li dawn iż-żewġ reviżjonijiet separati jintrabtu flimkien. Barra minn dan, għaċ-ċarezza jkun xieraq li l-annessi jitlestew ma’ l-ewwel opportunità possibbli. L-emendi 52 , 6 u 69riv jorbtu dawn iż-żewġ aspetti u għalhekk, għar-raġunijiet enfasizzati hawn fuq, ma jistgħux jintlaqgħu mill-Kummissjoni. Il-prinċipju ta’ l-emenda 55 madankollu jista’ jintlaqa’ u l-Artikolu 29 ġie emendat biex jagħmilha ċara li fil-kumpilazzjoni ta’ l-Anness II, l-użi ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li ma jibqgħux meħtieġa ma jkunux inklużi.

Fl-emenda 57 ġie propost li tkun emendata d-definizzjoni tal-ġarriera biex tinkludi wkoll sustanzi li jintużaw biex iħollu, jiddilwixxu, ixerrdu jew b’xi mod ieħor jimmodifikaw fiżikament nutrijenti u/jew sustanzi oħra miżjuda għal skopijiet nutrittivi jew fiżjoloġiċi. L-emenda 60 tagħmel dispożizzjoni biex tali sustanzi jiġu inklużi fl-Anness III. Il-Kummissjoni tista’ tilqa’ dawn l-emendi li jwessgħu l-ambitu u jarmonizzaw aktar il-qasam ta’ l-addittivi ta’ l-ikel. Il-proposta emendata għalhekk tfasslet biex tirrifletti dawn l-emendi u anki xi bidliet oħra meħtieġa bħala konsegwenza biex jiġu inkorporati dawn id-dispożizzjonijiet. Peress li din il-bidla fl-ambitu se tkun ġdida għal-leġiżlazzjoni dwar l-addittivi ta’ l-ikel, id-dħul fis-seħħ se jiġi mtawwal bħal fil-każ tad-dispożizzjonijiet il-ġodda l-oħra dwar l-addittivi ta’ l-ikel fl-addittivi ta’ l-ikel u l-enzimi ta’ l-ikel.

Ġew proposti wkoll emendi oħra bil-konsegwenza li l-addittivi ta’ l-ikel permessi fis-sustanzi li jagħtu t-togħma se jkunu elenkati fl-Anness III minflok fl-Anness II kif kien previst oriġinarjament (l-emendi 58 u 59 ). Il-Kummissjoni tista’ tilqa’ din l-emenda li titratta l-addittivi ta’ l-ikel użati fl-addittivi ta’ l-ikel, l-enzimi ta’ l-ikel u s-sustanzi li jagħtu t-togħma bl-istess mod u emendat il-proposta biex tirrifletti din il-bidla; saru wkoll xi emendi konsegwenzjali dwar aspetti oħra tal-proposta. L-elenkar tat-tabelli fl-anness madankollu ġie adattat biex jitqiesu r-rekwiżiti differenti u anki b’mod partikolari d-differenzi fid-dati tagħhom tad-dħul fis-seħħ jew tat-tlestija.

21. Programm ta’ evalwazzjoni mill-ġdid

L-emendi 5 u 54 idaħħlu rekwiżit għal programm ta’ rivalutazzjoni li jiġġedded. L-addittivi ta’ l-ikel huma soġġetti għal osservazzjoni kontinwa ladarba jkunu ġew awtorizzati u jiġu evalwati mill-ġdid kull darba li ssir disponibbli informazzjoni xjentifika ġdida li tista’ taffettwa r-riżultat ta’ l-evalwazzjoni ta’ qabel. Reviżjoni regolari hija għalhekk meħtieġa u din iżżid il-piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni u l-EFSA.

22. Dispożizzjonijiet tranżitorji (Artikolu 32)

Peress li xi emendi, b’mod partikolari dwar l-ittikkettar, idaħħlu bidliet fil-leġiżlazzjoni kurrenti jkun xieraq li tiddaħħal dispożizzjoni tranżitorja kif propost fl-emenda 56 . Dispożizzjoni xierqa għalhekk iddaħħlet fl-Artikolu 32 li se tippermetti li addittivi ta’ l-ikel li kienu legalment ittikkettati jibqgħu jinbiegħu sad-data ta’ l-iskadenza minima tagħhom.

23. F’konformità ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposti tagħha skond il-linji stabbiliti hawn fuq.

2006/0145 (COD)

Proposta emendata għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-addittivi ta’ l-ikel

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Il-moviment liberu ta’ ikel mhux perikoluż u sustanzjuż huwa aspett essenzjali tas-suq intern u jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għas-saħħa u għall-benesseri taċ-ċittadini, u għall-interessi soċjali u ekonomiċi tagħhom.

(2) Livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem għandu jiġi żgurat biex titwettaq il-politika tal-Komunità.

(3) Dan ir-Regolament jieħu post id-Direttivi u d-Deċiżjonijiet preċedenti li jikkonċernaw l-addittivi ta’ l-ikel permessi għall-użu fl-ikel, bil-ħsieb li jkunu żgurati l-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u għall-interessi tal-konsumaturi permezz ta’ proċeduri komprensivi u semplifikati.

(4) Dan ir-Regolament jarmonizza l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’ikel fil-Komunità. Dan jinkludi l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’ikel li huwa kopert bid-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-oġġetti ta’ l-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari[3] u l-użu ta’ ċerti kuluri ta’ l-ikel għall-immarkar tas-saħħa tal-laħam u għat-tiżjin u għall-istampar tal-bajd. Dan jarmonizza wkoll l-użu ta’ addittivi ta’ l-ikel fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel, biex b’hekk ikunu żgurati s-sigurtà u l-kwalità tagħhom u jiġu faċilitati l-ħażna u l-użu tagħhom. L-aħħar kategorija qabel ma kienitx regolata fuq livell Komunitarju.

(5) L-addittivi ta’ l-ikel huma sustanzi li normalment ma jkunux ikkonsmati bħala ikel fihom infushom iżda jiġu miżjuda ma’ l-ikel apposta għal raġuni teknoloġika, bħall-preservazzjoni ta’ l-ikel. Madankollu, sustanzi m’għandhomx jitqiesu bħala addittivi ta’ l-ikel meta jintużaw biex jagħtu aroma u/jew togħma. Barra minn hekk, sustanzi meqjusa bħala ikel li jistgħu jintużaw għal funzjoni teknoloġika, bħall-klorur tas-sodju jew iż-żagħfran għall-kulur u l-enzimi ta’ l-ikel, ukoll m’għandhomx jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament. Fl-aħħarnett, fejn jikkonċerna l-enzimi ta’ l-ikel, dawn huma koperti bir-Regolament (Nru) …[dwar l-enzimi ta’ l-ikel][4], li jeskludi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(6) Is-sustanzi li ma jiġux ikkonsmati bħala ikel fihom infushom iżda jintużaw apposta fl-ipproċessar ta’ l-ikel, li jibqgħu biss bħala residwi fl-ikel finali u li ma jkollhomx effett teknoloġiku fil-prodott finali (għajnuniet għall-ipproċessar), m’għandhomx ikunu koperti b’dan ir-Regolament.

(7) L-addittivi ta’ l-ikel għandhom jiġu approvati u użati biss jekk jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-addittivi ta’ l-ikel iridu jkunu mingħajr periklu meta jintużaw, irid ikun hemm ħtieġa teknoloġika għall-użu tagħhom, l-użu tagħhom ma jridx jiżgwida lill-konsumatur, u l-użu tagħhom irid ikun ta’ benefiċċju għall-konsumatur. L-iżgwidar tal-konsumatur jinkludi, iżda mhux limitat għal kwistjonijiet relatati mal-kwalità ta’ l-ingredjenti użati, in-naturalezza tal-prodott jew il-proċess ta’ produzzjoni, il-kwalità nutrittiva tiegħu u l-kontenut tiegħu ta’ frott u ħxejjex. L-approvazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandha tqis ukoll fatturi oħra rilevanti għas-suġġett taħt kunsiderazzjoni inklużi fatturi soċjali, ekonomiċi, tradizzjonali, etiċi u ambjentali u l-fattibbiltà tal-kontrolli. L-użu u l-livelli massimi ta’ addittiv ta’ l-ikel għandhom iqisu t-teħid ta’ l-addittiv ta’ l-ikel minn għejun oħra u l-espożizzjoni għall-addittiv ta’ l-ikel ta’ gruppi speċjali ta’ konsumaturi (e.g. konsumaturi allerġiċi).

(8) L-inklużjoni ta’ addittiv ta’ l-ikel fl-annessi għandha tirreferi għall-konsiderazzjoni mogħtija lill-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(9) L-addittivi ta’ l-ikel iridu dejjem jikkonformaw ma’ l-ispeċifikazzjonijiet approvati. L-ispeċifikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni biex ikun identifikat b’mod adegwat l-addittiv ta’ l-ikel, inkluża l-oriġini, u li jkunu deskritti l-kriterji aċċettabbli tal-purità. L-ispeċifikazzjonijiet żviluppati qabel għall-addittivi ta’ l-ikel fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità ta' sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel[5], fid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE tas-26 ta’ Lulju 1995 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi tal-purità li jikkonċernaw il-kuluri li jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel[6] u fid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE tat-2 ta’ Diċembru 1996 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi ta’ l-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa,[7] għandhom jinżammu sakemm l-addittivi korrispondenti jiġu inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Meta jsir dan, l-ispeċifikazzjonijiet li huma relatati ma’ addittivi bħal dawn għandhom ikunu stabbiliti f’Regolament. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jirrelataw direttament ma’ l-addittivi li jiġu inklużi fil-listi Komunitarji fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Madankollu, meta jitqiesu l-karattru u s-sustanza komplessi ta’ speċifikazzjonijiet bħal dawn għal skop ta’ ċarezza, m’għandhomx jiġu integrati bħala tali f’dawk il-listi Komunitarji, iżda għandhom jiġu stabbiliti f’Regolament jew f’Regolamenti separati.

(10) Uħud mill-addittivi ta’ l-ikel huma permessi għal użi speċifiċi għal ċerta prattika u ċerti proċessi enoloġiċi. L-użu ta’ addittivi ta’ l-ikel bħal dawn għandu jikkonforma ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġew stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

(11) Biex tkun żgurata l-uniformità, il-valutazzjoni tar-riskju u l-approvazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandhom isiru skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel[8].

(12) Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel,[9] l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità’), għandha tkun ikkonsultata dwar kwistjonijiet li huwa probabbli li jaffettwaw is-saħħa pubblika.

(13) Addittiv ta’ l-ikel li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[10] għandu jkun soġġett għall-proċedura ta’ awtorizzazzjoni skond dak ir-Regolament fir-rigward ta’ l-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-modifika ġenetika waqt li l-awtorizzazzjoni finali ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandha tingħata awtorizzat taħt dak ir-Regolament qabel ma jiġi approvat taħt dan ir-Regolament.

(14) Addittiv ta’ l-ikel li diġà kien approvat taħt dan ir-Regolament li jitħejja b’metodi ta’ produzzjoni jew b’materjali tal-bidu li huma differenti b’mod sinifikanti minn dawk li huma inklużi fl-evalwazzjoni tar-riskju ta’ l-Awtorità, jew li huma differenti minn dawk koperti mill-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti, għandu jiġi sottomess għall-evalwazzjoni mill-Awtorità għal evalwazzjoni b’enfażi fuq l-ispeċifikazzjonijiet. Metodi ta’ produzzjoni jew materjali tal-bidu li huma differenti b’mod sinifikanti jistgħu jfissru bidla fil-metodu tal-produzzjoni, mill-estrazzjoni minn pjanta sal-produzzjoni bil-fermentazzjoni billi jintuża mikroorganiżmu jew modifikazzjoni ġenetika tal-mikroorganiżmu oriġinali.

(15) L-addittivi ta’ l-ikel għandhom jinżammu taħt osservazzjoni kontinwa u jridu jkunu evalwati mill-ġdid kull meta jkun meħtieġ fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ l-użu li jinbidlu u fid-dawl ta’ informazzjoni xjentifika ġdida.

(16) L-Istati Membri li żammew il-projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti addittivi f’ċerta ikel speċifiku li jitqies bħala tradizzjonali u li jiġi prodott fit-territorju tagħhom għandhom jingħataw il-permess li jkomplu japplikaw dawk il-projbizzjonijiet. Madankollu, dwar prodotti bħall-‘Feta’ jew bħas-‘Salame cacciatore’, ir-Regolament preżenti huwa mingħajr preġudizzju għal regoli aktar restrittivi li huma marbuta ma’ l-użu ta’ ċerti denominazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-4 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel[11] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2082/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar ċertifikati ta’ karattru speċifiku għall-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel[12].

(17) L-addittivi ta’ l-ikel jibqgħu soġġetti għall-obbligi ġenerali ta’ l-ittikkettar kif provdut fid-Direttiva 2000/13/KE u, skond kif ikun il-każ, fir-Regolamenti (KE) Nri 1829/2003 u 1830/2003. Barra minn hekk, f’dan ir-Regolament għandu jkunu inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel mibjugħa bħala tali lill-manifattur jew lill-konsumatur finali.

(18) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[13].

(19) B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament u li tadotta miżuri ta’ tranżizzjoni xierqa. Billi l-ambitu ta’ dawk il-miżuri huwa ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, u/jew biex jissupplimentawh biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju kif previst fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(20) Biex tkun żviluppata u aġġornata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-addittivi ta’ l-ikel b’mod proporzjonat u effettiv, huwa neċessarju li tinġabar id-data, tinqasam l-informazzjoni u jkun koordinat ix-xogħol bejn l-Istati Membri. Għal dak l-iskop, jista’ jkun utli li jsiru studji li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi biex jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Ikun xieraq li bħala parti mill-proċedura baġitarja tagħha l-Komunità tkun tista’ tiffinanzja studji bħal dawn. Il-finanzjament ta’ miżuri bħal dawn huwa kopert mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il- welfare ta' l-annimali[14] u għalhekk il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri ta’ hawn fuq se tkun ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(21) L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali biex jinforzaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(22) Minħabba li l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jkunu stabbiliti r-regoli Komunitarji dwar l-addittivi ta’ l-ikel, ma jistax jinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-unità tas-suq u minħabba l-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, jista’ jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(23) Wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, mgħejuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, għandha tirrevedi l-awtorizzazzjonijiet eżistenti kollha għall-kriterji, għajr is-sigurtà, bħalma huma l-konsum, il-ħtieġa teknoloġika u l-potenzjal li jiġi żgwidat il-konsumatur. L-addittivi ta’ l-ikel kollha li jkunu se jkomplu jiġu awtorizzati fil-Komunità għandhom jiġu trasferiti għal-listi tal-Komunità fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament. L-Anness III għal dan ir-Regolament għandu jkun ikkompletat bl-addittivi ta’ l-ikel l-oħra li jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel kif ukoll bħala ġarriera tan-nutrijenti u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom skond ir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel. Biex ikun hemm perjodu tranżitorju xieraq, id-dispożizzjonijiet fl-Anness III, għajr għad-dispożizzjonijiet dwar il-ġarriera għall-addittivi ta’ l-ikel u addittivi ta’ l-ikel f’sustanzi li jagħtu togħma , m’għandhomx japplikaw qabel [l-1.1.2011].

(24) Mingħajr preġudizzju għar-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni, fi żmien sena wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta’ evalwazzjoni għall-Awtorità biex tkun evalwata mill-ġdid is-sigurtà ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li kienu approvati diġà fil-Komunità. Dak il-programm għandu jiddefinixxi l-ħtiġijiet u l-ordni tal-prijoritajiet li għab-bażi tagħhom ser ikunu eżaminati l-addittivi ta’ l-ikel approvati.

(25) Dan ir-Regolament jirrevoka u jieħu post l-atti li ġejjin: id-Direttiva tal-Kunsill 62/2645/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-regoli ta' l-Istati Membri dwar materja koloranti awtorizzata għall-użu ta' affarijiet ta' l-ikel maħsuba għal konsum mill-bniedem[15], id-Direttiva tal-Kunsill 65/66/KEE tas-26 ta’ Jannar 1965 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi dwar il-purità għall-preservattivi awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem[16], id-Direttiva tal-Kunsill 78/663/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 li tistabbilixxi l-kriterji speċifiċi ta’ purità għall-emulsjonanti, stabilizzaturi, aġenti li jħaxxnu u ta’ gelling għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel[17], id-Direttiva tal-Kunsill 78/664/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 li tistabbilixxi kriterji speċifiċi dwar il-purità għall-antiossidanti li jistgħu jintużaw fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem[18], l-Ewwel Direttiva tal-Kummissjoni 81/712/KEE tat-28 ta’ Lulju 1981 li tistabbilixxi metodi fil-Komunità ta’ analiżi biex jiġi verifikat li ċerti additivi użati fl-ikel jissodisfaw kriterji ta’ purità[19], id-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi ma’ l-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem[20], id-Direttiva 94/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f’oġġetti ta’ l-ikel[21], id-Direttiva 94/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 1994 dwar il-kuluri għall-użu fl-ikel[22], id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar 1995 dwar l-addittivi ta' l-ikel għajr kuluri u sustanzi li jagħtu ħlewwa[23] u d-Deċiżjoni 292/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar iż-żamma tal-liġijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti addittivi fil-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti ta’ l-ikel speċifiċi[24] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/247/KE tas-27 ta’ Marzu 2002 li tissospendi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-ħelu tal- jelly li jkun fih l-additiv E 425 konjac[25]. Madankollu, huwa xieraq li ċerti dispożizzjonijiet ta’ dawk l-atti jibqgħu fis-seħħ matul perjodu tranżitorju biex iħallu żmien għat-tħejjija tal-listi Komunitarji fl-Annessi għar-Regolament preżenti,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I IS-SUĠĠETT, L-AMBITU U D-DEFINIZJONIJIET

Artikolu 1 Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar l-addittivi ta’ l-ikel li jintużaw fl-ikel sabiex ikun żgurat il-funzjonament effettiv tas-suq intern u livell għoli ta’ protezzjoni tas -saħħa tal-bniedem u ta’ l-interess ta’ protezzjoni tal-konsumatur, inklużi prattiċi ġusti fil-kummerċ ta’ l-ikel, waqt li jitqies l-ambjent .

Għal dawn l-iskopijiet, dan ir-Regolament jipprovdi għal:

(a) il-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati;

(b) il-kundizzjonijiet ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f‘ikel, inkluż addittivi ta’ l-ikel , u enzimi ta’ l-ikel kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru …/…[dwar l-enzimi ta’ l-ikel] u sustanzi li jagħtu t-togħma skond kif skond ir-Regolament (KE Nru …/…[dwar l-ingredjenti ta’ l-ikel bi proprjetajiet li jagħtu t-togħma];

(c) ir-regoli dwar l-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel mibjugħa bħala tali.

Artikolu 2 L-ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-addittivi ta’ l-ikel.

2. Dan ir-Regolament m’għandu japplikax għas-sustanzi li ġejjin sakemm ma jintużawx bħala addittivi ta’ l-ikel:

(a) għajnuniet għall-ipproċessar;

(b) sustanzi li jintużaw għall-protezzjoni tal-pjanti u tal-prodotti tal-pjanti skond ir-regoli Komunitarji li jirrelataw mas-saħħa tal-pjanti;

(c) sustanzi miżjuda ma’ l-ikel bħala nutrijenti;

(d) sustanzi li jintużaw għat-trattament ta’ l-ilma għall-konsum mill-bniedem li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE[26].

3. Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-enzimi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru […/..] [dwar l-enzimi ta’ l-ikel].

4. Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola Komunitarja speċifika li tikkonċerna l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel:

(a) f’ikel speċifiku;

(b) għal skopijiet oħra għajr dawk li huma koperti b’dan ir-Regolament.

5. Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28 27 (2) jista’ jiġi deċiż jekk sustanza taqax jew le fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3 Id-definizzjoni

1. Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizjonijiet li ġew stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nri 178/2002 u 1829/2003 għandhom japplikaw.

2. Id-definizjonijiet li ġejjin ukoll għandhom japplikaw:

(a) ‘addittiv ta’ l-ikel’ għandha tfisser kwalunkwe sustanza li normalment ma tkunx ikkonsmata bħala ikel fiha nfisha u li normalment ma tintużax bħala ingredjent karatteristiku ta’ l-ikel, kemm jekk ikollha valur nutrittiv u kemm jekk le, li ż-żjieda maħsuba tagħha ma’ l-ikel għal għan teknoloġiku fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ ikel bħal dan tirriżulta, jew wieħed raġonevolment jistenna li tista’ tirriżulta, li huwa jew il-prodotti sekondarji tiegħu jsiru direttament jew indirettament komponent ta’ ikel bħal dan;

madankollu, dawn li ġejjin ma jitqisux bħala addittivi ta’ l-ikel:

(i) l-ikel li fih monosaccharides, disaccharides jew oligosaccharides , u ikel li jkun fih minnhom, użati għall-proprjetajiet li jagħtu l-ħlewwa;

(ii) l-ikel, kemm jekk niexef jew f’forma kkonċentrata, li jinkludi sustanzi li jagħtu t-togħma inkorporati waqt il-manifattura ta’ ikel kompost, minħabba l-proprjetajiet aromatiċi, bnini jew nutrittivi flimkien ma’ effett sekondarju li jagħti l-kulur jew effett teknoloġiku ieħor ;

(iii) is-sustanzi li jintużaw biex jgħattu jew jiksu materjali, li ma jifformawx parti mill-ikel u mhumiex maħsuba biex ikunu kkonsmati ma’ dak l-ikel;

(iv) il-prodotti li għandhom il-pektin u li huma derivati mill-ilbieba tat-tuffieħ niexef jew mill-qoxra tal-frott taċ-ċitru, jew minn taħlita tat-tnejn, permezz ta’ l-azzjoni ta’ aċidu dilwit segwit min-newtralizzazzjoni parzjali bil-melħ tas-sodju jew potassju ('pektin likwida');

(v) il-bażijiet taċ-ċjuwing-gamm;

(vi) id-destrina bajda jew safra, il-lamtu nkaljat jew destrinat, il-lamtu modifikat bl-aċidu jew bi trattament alkalin, il-lamtu bbliċjat, il-lamtu fiżikament modifikat u l-lamtu trattat b’enzimi amilolitiċi;

(vii) il-klorur ta’ l-ammonja;

(viii) il-plażma tad-demm, il-proteini tad-demm, il-ġelatina li tittiekel, il-proteini idrolisati u l-melħ tagħhom, il-proteina u l-glutina tal-ħalib;

(ix) l-aċidi amminiċi u l-melħ tagħhom għajr għall-aċidu glutamiku, għall-gliċina, għas- cysteine u għaċ-ċistin u l-melħ tagħhom li m’għandhom l-ebda funzjoni teknoloġika;

(x) il-kaseinati u l-kaseina

(xi) l-inulina;

(b) ‘għajnuna għall-ipproċessar’ tfisser kwalunkwe sustanza li:

(i) ma tiġix ikkonsmata bħala ikel waħidha;

(ii) tintuża intenzjonalment fl-ipproċessar ta’ materjali, ta’ ikel jew ta’ l-ingredjenti tagħhom li mhumiex ipproċessati, biex jiġi sodisfatt ċertu skop teknoloġiku matul it-trattament jew l-ipproċessar; u

(iii) tista’ tirriżulta fil-preżenza mhux maħsuba, iżda li teknikament ma tistax tkun evitata fil-prodott finali, ta’ residwi tas-sustanza jew tad-derivati tagħha, sakemm ma jippreżentawx kwalunkwe riskju għas-saħħa u ma jkollhom l-ebda effett teknoloġiku fuq il-prodott finali;

(c) ‘klassi funzjonali’ għandha tfisser waħda mill-kategoriji stabbiliti fl-Anness I li hija bbażata fuq il-funzjoni teknoloġika li jeżerċita addittiv ta’ l-ikel fl-oġġett ta’ l-ikel;

(d) ‘ikel mhux ipproċessat’ għandha tfisser ikel li ma jkunx għadda minn kwalunkwe trattament li jirriżulta f’bidla sostanzjali fl-istat oriġinali ta’ l-ikel, għal liema skop, dawn li ġejjin b’mod partikolari ma jitqisux bħala li jirriżultaw f’bidla sostanzjali: il-qsim, il-ferqien, il-qtugħ, it-tneħħija ta’ l-għadam, l-ikkapuljar, it-tqaxxir tal-ġilda, il-qtugħ tat-truf, it-tqaxxir tal-frott u l-ħxejjex bil-qoxra, it-tifrik, il-qtugħ, it-tindif, it-tirqim, id- deep-freezing , l-iffriżar, it-tkessiħ, it-tħin, it-tneħħija tal-ħliefa, l-ippakkjar jew il-ħruġ mill-pakketti;

(e) ‘ikel bla zokkor miżjud’ għandha tfisser ikel mingħajr dawn li ġejjin:

(i) kwalunkwe monosaccharide , jew disaccharide jew oligosaccharide miżjud a ; jew

(ii) ikel li jkun fih monosaccharides jew , disaccharides jew oligosaccharides li jintuża għall-proprjetajiet ta’ ħlewwa tiegħu;

(f) ‘ikel b’enerġija mnaqqsa’ għandha tfisser ikel b’valur ta’ enerġija mnaqqas b’mill-inqas 30% meta mqabbel ma’ l-ikel oriġinali jew ma’ prodotti simili;

(g) ‘sustanzi li jagħtu ħlewwa ta’ fuq il-mejda’ għandha tfisser preparazzjonijiet ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa permessi, li jista’ jkollhom addittivi ta’ l-ikel oħra u/jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra u li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali bħala sostituti għaz-zokk rijiet .

(h) ‘quantum satis’ għandha tfisser li l-ebda livell massimu ma hu speċifikat u li s-sustanzi għandhom jintużaw skond prattiċi ta’ manifattura tajba, f’livell mhux ogħla milli meħtieġ biex jintlaħaq l-għan maħsub u sakemm il-konsumatur ma jkunx żgwidat.

KAPITOLU II IL-LISTI KOMUNITARJI TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL APPROVATI

Artikolu 4 Il-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. L-addittivi ta’ l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness II biss jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq bħala tali u jintużaw fl-ikel, inklużi l-oġġetti ta’ l-ikel għal użi nutrizzjonali partikolari li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 89/398/KEE.

2. L-addittivi ta’ l-ikel li huma inklużi fil-lista Komunitarja fl-Anness III biss jistgħu jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel, u fl-enzimi ta’ l-ikel u fis-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel taħt il-kundizzjonijiet ta’ l-użu speċifikati fih.

3. L-elenkar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-Anness II għandu jsir fuq il-bażi tal-kategoriji ta’ l-ikel li magħhom jistgħu jiġu miżjuda.

4. L-elenkar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-Anness III għandu jsir fuq il-bażi ta’ l-addittivi ta’ l-ikel, jew ta’ l-enzimi ta’ l-ikel, tas-sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel u tan-nutrijenti jew tal-kategoriji tagħhom li magħhom jistgħu jiġu miżjuda.

5. L-addittivi ta’ l-ikel għandhom ikunu dejjem konformi ma’ l-ispeċifikazzjonijiet kif jissemma taħt l-Artikolu 12 14 .

Artikolu 5 Projbizzjoni ta’ addittivi ta’ l-ikel mhux konformi u/jew oġġetti ta’ l-ikel mhux konformi

L-ebda addittivi ta’ l-ikel u/jew ikel li fih tali addittivi ta’ l-ikel ma jista’ jitqiegħed fis-suq jekk l-addittivi ta’ l-ikel jew l-użu tagħhom ma jkunx konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5 6 Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-inklużjoni u għall-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fil-listi Komunitarji

1. Addittiv ta’ l-ikel jista’ jkun inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III biss jekk jilħaq il-kundizzjonijiet li ġejjin u fejn ikun rilevanti fatturi leġittimi oħrajn :

(a) fuq il-bażi ta’ l-evidenza xjentifika disponibbli, ma joħloqx inkwiet għas-sigurtà tas-saħħa tal-konsumatur fuq il-livell ta’ l-użu propost;

(b) hemm ħtieġa teknoloġika raġonevoli li ma tistax tintlaħaq b’mezzi oħra li huma ekonomikament u teknoloġikament prattikabbli;

(c) l-użu tiegħu ma jiżgwidax lill-konsumatur.

2. Biex jiġi inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III, addittiv ta’ l-ikel irid ikollu vantaġġi u benefiċċji għall-konsumatur, u għalhekk jaqdi wieħed mill-iskopijiet li ġejjin jew aktar:

(a) jippreserva l-kwalità nutrizzjonali ta’ l-ikel;

(b) jipprovdi l-ingredjenti jew il-kostitwenti meħtieġa għall-ikel li jkun manifatturat għal gruppi ta’ konsumaturi bi bżonnijiet ta’ dieta speċjali;

(c) ikabbar il-kwalità jew l-istabbiltà taż-żamma ta’ ikel jew itejjeb il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu, sakemm in-natura, is-sustanza jew il-kwalità ta’ l-ikel ma tinbidilx b’tali mod li tiżgwida lill-konsumatur;

(d) jgħin fil-manifattura, fl-ipproċessar, fil-preparazzjoni, fit-trattament, fl-ippakkjar, fit-trasport jew fil-ħażna ta’ l-ikel, sakemm l-addittiv ta’ l-ikel ma jintużax biex jaħbi l-effetti ta’ l-użu ta’ materjali mhux ipproċessati li jkunu difettużi jew ta’ kwalunkwe prattika jew teknika mhux mixtieqa, inkluża prattika jew teknika mhux iġjenika, matul kwalunkwe attività bħal din.

3. Bħala deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 2, addittiv ta’ l-ikel li jnaqqas il-kwalità nutrizzjonali ta’ ikel jista’ jiġi inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II sakemm:

(a) l-ikel ma jikkostitwixxix komponent sinifikanti ta’ dieta normali; jew

(b) l-addittiv ta’ l-ikel huwa meħtieġ għall-produzzjoni ta’ l-ikel għal gruppi ta’ konsumaturi bi bżonnijiet ta’ dieta speċjali.

Artiklu 6 7 Il-kundizzjonijiet speċifiċi għas-sustanzi li jagħtu ħlewwa

Addittiv ta’ l-ikel jista’ jkun inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II għall-klassi funzjonali ta’ sustanza li tagħti ħlewwa biss jekk, barra milli jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 6 (2), jaqdi wkoll wieħed jew aktar mill-iskopijiet li ġejjin:

(a) jissostitwixxi z-zokkor għall-produzzjoni ta’ ikel b’enerġija mnaqqsa, ta’ ikel mhux karjoġeniku jew ta’ ikel bla zokkor miżjud;

(b) jestendi t-tul ta’ l-iskadenza permezz tas-sostituzzjoni taz-zokkor;

(c) jipproduċi ikel maħsub għal użi nutrizzjonali partikolari kif iddefinit fl-Artikolu 1 (2)(a) tad-Direttiva 89/398/KEE.

Artiklu 7 8 Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-kuluri

Addittiv ta’ l-ikel jista’ jkun inkluż fil-lista Komunitarja fl-Anness II għall-klassi funzjonali ta’ kulur biss jekk, barra milli jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 6 (2), jaqdi wkoll wieħed mill-iskopijiet li ġejjin:

(a) jerġa’ jagħti d-dehra oriġinali ta’ l-ikel li l-kulur tiegħu ġie affettwat bl-ipproċessar, bil-ħażna, bl-ippakkjar u bid-distribuzzjoni, li fejn setgħet tgħarrqet l-aċċettabilità viżwali;

(b) jagħmel l-ikel aktar attraenti għall-għajn;

(c) jagħti l-kulur lill-ikel li kieku jkun bla kulur.

Artikolu 8 9 Il-klassijiet funzjonali ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. L-addittivi ta’ l-ikel jistgħu jiġu assenjati lil waħda mill-klassijiet funzjonali fl-Anness I fuq il-bażi tal-funzjoni teknoloġika prinċipali ta’ l-addittiv ta’ l-ikel.

L-allokazzjoni ta’ addittiv ta’ l-ikel fi klassi funzjonali m’għandhiex tipprekludih milli jintuża għal diversi funzjonijiet.

2. Fejn ikun meħtieġ, bħala riżultat tal-progress xjentifiku jew ta’ l-iżvilupp teknoloġiku, il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, li jirrigwardaw jistgħu jiġu klassijiet funzjonali addizzjonali miżjuda fl-Anness I għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 28 27 (2 3 )

Artikolu 9 10 Il-kontenut tal-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. Skond il-proċedura li ġiet stabbilita fir-Regolament (KE) Nru [il-proċeduri komuni], addittiv ta’ l-ikel li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 6 , 6 7 u 7 8 , jista’jiġi inkluż fi:

(a) il-lista Komunitarja fl-Anness II għar-Regolament preżenti; u/jew

(b) il-lista Komunitarja fl-Anness III għar-Regolament preżenti.

2. L-inklużjoni ta’ addittiv ta’ l-ikel fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għandha tispeċifika:

(a) l-isem ta’ l-addittiv ta’ l-ikel u l-kodiċi E tiegħu jekk ikun ġie assenjat wieħed;

(b) l-ikel u/jew addittivi ta’ l-ikel u/jew enzimi ta’ l-ikel u/jew sustanzi li jagħtu togħma lill-ikel li magħhom jista’ jiġi miżjud l-addittiv ta’ l-ikel;

(c) il-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-addittiv ta’ l-ikel;

(d) jekk ikun xieraq, jekk hemmx xi restrizzjonijiet dwar il-bejgħ ta’ l-addittiv ta’ l-ikel direttament lill-konsumaturi.

3. Il-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għandhom jiġu emendati skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament (KE) Nru […] li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel.

Artikolu 11 Tibdil fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-materjali tal-bidu ta’ addittiv ta’ l-ikel diġà inklużi f’lista Komunitarja

Meta, fir-rigward ta’ addittiv ta’ l-ikel diġà inkluż f’lista Komunitarja, jkun hemm bidla sinifikanti fil-metodi tal-produzzjoni jew fil-materjali tal-bidu, l-addittiv ta’ l-ikel imħejji b’dawn il-metodi jew materjali ġodda għandu jitqies bħala addittiv differenti u bħala żieda ġdida fil-listi Komunitarji jew inkella tkun meħtieġa bidla fl-ispeċifikazzjonijiet qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq.

Artikolu 10 12 Il-livelli ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. Meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet ta’ l-użu li jissemmew fl-Artikolu 9 10 (2)(c):

(a) il-livell ta’ l-użu għandu jiġi ffissat fl-iktar livell baxx meħtieġ biex jinkiseb l-effett mixtieq;

(b) il-livell għandu jqis:

(i) kwalunkwe konsum aċċettabbli ta’ kuljum , jew valutazzjoni ekwivalenti, li ġiet stabbilita għall-addittiv ta’ l-ikel u l-konsum probabbli ta’ kuljum tiegħu mis-sorsi kollha;

(ii) fejn l-addittiv ta’ l-ikel se jintuża fl-ikel li jittiekel minn gruppi speċjali ta’ konsumaturi, il-konsum possibbli ta’ kuljum ta’ l-addittiv ta’ l-ikel mill-konsumaturi f’dawk il-gruppi.

2. Fejn ikun xieraq, m’għandu jiġi ffissat l-ebda livell massimu għal addittiv ta’ l-ikel ( quantum satis ) . F’dak il-każ, l-addittiv ta’ l-ikel għandu jintuża skond il-prinċipju tal- quantum satis . il-prattika ta’ manifattura tajba, f’livell li ma jkunx ogħla minn dak meħtieġ biex jinkiseb l-iskop maħsub u sakemm il-konsumatur ma jiġix żgwidat

3. Il-livelli massimi ta’ l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-ikel li huwa lest biex jittiekel li jitħejja skond l-istruzzjonijiet għall-użu, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor. Għal ikel imnixxef u/jew ikkonċentrat li jkun jeħtieġ li jiġi rikostitwit, il-livelli massimi japplikaw għall-ikel rikostitwit billi jitqies il-fattur minimu tad-dilwizzjoni.

4. Il-livelli massimi għall-kuluri stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-kwantitajiet ta’ kostitwenti koloranti li hemm fil-preparazzjoni tas-sustanza koloranti, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Artikolu 11 13 L-addittivi ta’ l-ikel li jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003

Addittiv ta’ l-ikel li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jista’ jiġi inkluż fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III għar- skond ir-Regolament preżenti biss meta jkun kopert b’awtorizzazzjoni wara li jkun ġie awtorizzat skond l-Artikolu 7 tar ir -Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 12 14 L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li jirrelataw, b’mod partikolari, ma’ l-oriġini, il-kriterji tal-purità u kwalunkwe informazzjoni meħtieġa oħra, għandhom jiġu adottati meta l-addittiv ta’ l-ikel ikun inkluż għall-ewwel darba fil-listi Komunitarji fl-Annessi II u III, skond il-proċedura li tissemma fir-Regolament KE […li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel].

KAPITOLU III L-UŻU TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL FL-IKEL

Artikolu 13 15 L-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’ikel mhux ipproċessat

L-addittivi ta’ l-ikel m’għandhomx jintużaw fl-ikel li mhux ipproċessat, ħlief fejn użu bħal dan ikun provdut speċifikament fl-Anness II.

Artikolu 14 16 L-użu ta’ kuluri u ta’ sustanzi li jagħtu ħlewwa fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

Kif jissemma fid-Direttiva 89/398/KEE, il-kuluri u s-sustanzi li jagħtu ħlewwa m’għandhomx jintużaw f’ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar, inkluż ikel tad-dieta għat-trabi u għat-tfal żgħar għal skopijiet mediċi speċjali, ħlief fejn ikun provdut speċifikament fl-Anness II għar-Regolament preżenti.

Artikolu 15 17 L-użu ta’ kuluri għall-immarkar

Il-kuluri ta’ l-ikel li huma elenkati fl-Anness II għar-Regolament preżenti biss jistgħu jintużaw għall-iskop ta’ mmarkar tas-saħħa kif provdut fid-Direttiva tal-Kunsill 91/497/KEE [27] u għal immarkar ieħor meħtieġa fuq il-prodotti tal-laħam, għall-kuluri li jingħataw bħala tiżjin tal-qxur tal-bajd, u għall-istampar tal-qxur tal-bajd kif provdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91[28].

Artikolu 16 18 Il-prinċipju tat-trasferiment

1. Il-preżenza ta’ addittiv ta’ l-ikel għandha tkun permezz:

(a) f’ikel kompost għajr minn kif jissemma fl-Anness II, fejn l-addittiv ta’ l-ikel ikun permess f’wieħed mill-ingredjenti ta’ l-ikel kompost;

(b) f’ikel li ġiet ġie miżjud a miegħu addittiv ta’ l-ikel, enzima ta’ l-ikel jew sustanza li tagħti togħma, fejn l-addittiv ta’ l-ikel:

(i) huwa permess fl-addittiv ta’ l-ikel, l-enzima ta’ l-ikel jew fis-sustanza li tagħti t-togħma skond dan ir-Regolament;

(ii) ġie trasferit fl-ikel permezz ta’ l-addittiv ta’ l-ikel, l-enzima ta’ l-ikel jew is-sustanza li tagħti t-togħma;

(iii) m’għandu l-ebda funzjoni teknoloġika fl-ikel finali;

(c) f’ikel li se jintuża biss fil-preparazzjoni ta’ ikel kompost u sakemm l-ikel kompost ikun konformi ma’ dan ir-Regolament.

2. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu m’għandux japplika għall-formulae tat-trabi, għal formulae tal-prosegwiment, għal ikel proċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u għal ikel għat-trabi u għal ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif jissemma fid-Direttiva 89/398/KEE, ħlief fejn ikun provdut speċifikament .

3. Fejn addittiv ta’ l-ikel f’sustanza li tagħti t-togħma, f’addittiv ta’ l-ikel jew f’enzima ta’ l-ikel jiġi miżjud ma’ l-ikel u għandu funzjoni teknoloġika f’dak l-ikel, allura għandu jitqies bħala addittiv ta’ l-ikel ta’ dak l-ikel u mhux bħala addittiv ta’ l-ikel tas-sustanza li tagħti t-togħma, ta’ l-addittiv ta’ l-ikel jew ta’ l-enzima ta’ l-ikel miżjuda.

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-preżenza ta’ sustanza qawwija li tagħti ħlewwa għandha tkun permessa f’ikel kompost bla zokkor miżjud, f’ikel kompost b’enerġija mnaqqsa, f’ikel kompost tad-dieta maħsub għal dieti b’ammont baxx ta’ kaloriji, u f’ikel kompost li għandu perjodu twil qabel l-iskadenza, sakemm dik is-sustanza qawwija li tagħti ħlewwa tiġi permessa f’wieħed mill-ingredjenti ta’ l-ikel kompost.

Artikolu 17 19 Deċiżjonijiet ta’ interpretazzjoni

Fejn ikun meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 28 27 (2), jista’ jiġi deċiż jekk:

(a) ikel partikolari jappartjenix lil kategorija ta’ ikel li tissemma fl-Anness II jew le; jew

(b) jintużax addittiv ta’ l-ikel li huwa elenkat fl-Annessi II u III u li huwa permess fi “ quantum satis ” skond il-kriterji ta’ l-Artikolu 10 12 (2) jew le..

Artikolu 18 20 L-ikel tradizzjonali

L-Istati Membri li huma elenkati fl-Anness IV jistgħu jkomplu jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti kategoriji ta’ addittivi ta’ l-ikel f’ikel tradizzjonali li jiġi prodott fit-territorju tagħhom, kif elenkat f’dak l-Anness.

KAPITOLU IV L-ITTIKKETTAR

TAQSIMA 1 L-ITTIKKETTAR TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL LI MHUMIEX MAħSUBA GħALL-BEJGħ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 19 21 L-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1. L-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba biex jinbiegħu lill-konsumatur finali, kemm jekk jinbiegħu wieħed wieħed u kemm jekk imħalltin flimkien u/jew ma’ ingredjenti kif iddefinit fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2000/13/KE, jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk ikunu konformi ma’ l-ittikkettar l-ippakkjar tagħhom jew il-kontenituri tagħhom għandhom fuqhom l-informazzjoni provduta previst fl-Artikolu 20 22 sa 23 ta’ dan ir-Regolament, li trid tkun tidher faċilment, li tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx. L-informazzjoni provduta fl-Artikolu 22 għandha tkun f’lingwaġġ li jinftiehem faċilment mix-xerrejja.

2. Fit-territorju tiegħu, l-Istat Membru li fih jinbiegħ il-prodott jista’, skond ir-regoli tat-Trattat, jistabbilixxi li din l-informazzjoni għandha tingħata f’waħda jew aktar lingwi uffiċjali tal-Komunità, skond kif jiddeċiedi l-Istat Membru. Dan ma jipprekludix li l-informazzjoni tintwera f’diversi lingwi.

Artikolu 20 22 Rekwiżiti ġenerali ta’ ttikkettar għal addittivi ta’ l-ikel mhux maħsuba għal bejgħ lill-konsumatur finali Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. Fejn l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jinbiegħu wieħed wieħed jew imħalltin ma’ xulxin, u/jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra, u/jew li magħhom jiżdiedu sustanzi oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri tagħhom għandu jkollhom fuqhom l-informazzjoni li ġejja fejn għandu x’jaqsam kull addittiv ta’ l-ikel :

(a) l-isem u/jew il-kodiċi E tiegħu stabbiliti f’dan ir-Regolament għal kull addittiv ta’ l-ikel jew deskrizzjoni ta’ bejgħ li tinkludi l-isem u/jew il-kodiċi E ta’ kull addittiv ta’ l-ikel;

(b) fin-nuqqas ta’ isem u/jew ta’ kodiċi E, kif jissemma fil-punt (a), deskrizzjoni ta’ l-addittiv ta’ l-ikel li hija preċiża biżżejjed biex tiddistingwih minn prodotti oħra li wieħed jista’ jfixkilhom miegħu.

(b) Id-dikjarazzjoni ‘għall-ikel’ jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett fl-ikel’ jew referenza aktar speċifika għall-użu maħsub tiegħu;

(c) jekk ikunu meħtieġa, il-kundizzjonijiet speċjali tal-ħażna u/jew l-użu;

(d) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

(e) istruzzjonijiet għall-użu, jekk in-nuqqas tagħhom ikun jipprekludi l-użu xieraq ta’ l-addittiv ta’ l-ikel;

(f) l-isem jew l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-manifattur, ta’ min jippakkja jew tal-bejjiegħ;

(g) fejn tapplika, indikazzjoni tal-kwantità massima ta’ kull komponent jew grupp ta’ komponenti soġġetti għal limitazzjoni kwantitattiva fl-ikel u/jew informazzjoni xierqa bi kliem ċar u faċli biex jinftiehem li jippermetti lix-xerrej jikkonforma ma’ dan ir-Regolament jew il-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti l-oħra; fejn l-istess limitu fuq il-kwantità japplika għal grupp ta’ komponenti użati waħedhom jew mħalltin flimkien, il-persentaġġ tat-taħlita jista’ jingħata bħala ċifra waħdanija; il-limitu fuq il-kwantità għandu jiġi espress numerikament jew bil-prinċipju tal- quantum satis ;

(h) il-kwantità netta;

(i) id-data minima ta’ kemm iservi;

(j) fejn rilevanti, l-informazzjoni dwar l-addittiv ta’ l-ikel jew is-sustanzi l-oħra kif imsemmi f’dan l-Artikolu u kif elenkat fl-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE biex tippermetti lix-xerrej jiżgura l-konformità tiegħu ma’ dik id-Direttiva.

2. Fejn l-addittivi ta’ l-ikel jinbiegħu mħalltin ma’ xulxin u/jew ma’ ingredjenti oħra ta’ l-ikel, l-ippakkjar jew il-kontenituri tal-prodott li jirriżulta għandu jkollhom lista ta’ l-ingredjenti kollha għandha tingħata l-informazzjoni provduta fil-paragrafu 1 fejn għandu x’jaqsam kull addittiv ta’ l-ikel, fl-ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

3. Fejn sustanzi (inklużi addittivi ta’ l-ikel jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra) ikunu miżjuda ma’ addittivi ta’ l-ikel biex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom, l-ippakkjar jew il-kontenituri tagħhom għandu jkollhom lista ta’ dawn is-sustanzi f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġi tagħhom skond il-piż tat-total.

4. B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-informazzjoni meħtieġa f’paragrafu 1, il-punti (e) sa /g), (j) u f’paragrafi (2) u (3) jistgħu jidhru sempliċiment fuq id-dokumenti li jirrigwardaw il-kunsinna li jkunu se jiġu pprovduti mal-konsenja jew qabel, kemm-il darba l-indikazzjoni “maħsub għall-manifattura ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut” tkun tidher faċilment fuq il-pakkett jew il-kontenitur tal-prodott inkwistjoni.

5. B’deroga mill-paragrafu 1, 2 u 3 fejn l-addittivi ta’ l-ikel jiġu fornuti f’tankers l-informazzjoni kollha tista’ tidher sempliċiment fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna li jkunu se jingħataw fil-ħin tal-konsenja.

Artikolu 21 Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel oħra jkunu inkorporati fl-addittivi ta’ l-ikel

Fejn sustanzi, materjali jew ingredjenti ta’ l-ikel għajr għall-addittivi ta’ l-ikel ikunu inkorporati f’addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali biex jiffaċilitaw il-ħażna, il-bejgħ, l-istandardizzazzjoni, id-dilwizzjoni jew it-taħlil tagħhom, l-ippakkjar, il-kontenituri jew id-dokumenti mehmuża ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqhom l-informazzjoni provduta fl-Artikolu 20 kif ukoll indikazzjoni ta’ kull komponent, f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tiegħu skond il-piż tat-total.

Artikolu 22 Ir-rekwiżiti ta’ l-informazzjoni fejn l-addittivi ta’ l-ikel jiġu mħallta ma’ ingredjenti oħra ta’ l-ikel

Fejn l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jiġu mħallta ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra, l-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-addittivi ta’ l-ikel għandu jkollu fuqu lista tal-komponenti kollha f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-persentaġġ tagħhom skond il-piż tat-total.

Artikolu 23 Ir-rekwiżiti ġenerali ta’ l-informazzjoni għall-addittivi ta’ l-ikel

1. L-ippakkjar jew il-kontenituri ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li mhumiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali għandu jkollu fuqu l-informazzjoni li ġejja:

(a) id-dikjarazzjoni jew ‘għall-użu fl-ikel' jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett fl-ikel' jew referenza aktar speċifika dwar l-użu maħsub tagħhom fl-ikel;

(b) jekk ikun meħtieġ, il-kundizzjonijiet speċjali tal-ħażna u ta’ l-użu;

(c) l-istruzzjonijiet għall-użu, jekk l-ommissjoni tagħhom għandha tipprekludi l-użu xieraq ta’ l-addittiv ta’ l-ikel;

(d) marka li tidentifika l-grupp jew il-lott;

(e) l-isem jew l-isem u l-indirizz kummerċjali tal-manifattur, ta’ minn jippakkja jew tal-bejjiegħ;

(f) fejn komponent ta’ l-addittiv ta’ l-ikel ikun soġġett għal limitu fuq il-kwantità fl-ikel, indikazzjoni tal-persentaġġ ta’ dak il-komponent ta’ l-addittiv ta’ l-ikel jew informazzjoni biżżejjed dwar il-kompożizzjoni ta’ l-addittiv ta’ l-ikel biex ix-xerrej ikun jista’ jiżgura l-konformità mal-limitu fuq il-kwantità fl-ikel; fejn l-istess limitu fuq il-kwantità japplika għal grupp ta’ komponenti li jintużaw wieħed wieħed jew f’taħlita, il-persentaġġ kombinat jista’ jingħata bħala figura waħda; il-limitu fuq il-kwantità għandu jkun espress jew numerikament jew skond il-prinċipju quantum satis ;

(g) il-kwantità netta;

(h) fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni dwar l-addittiv ta’ l-ikel jew sustanzi oħra li jissemmew fl-Artikoli 20, 21 u 22 tar-Regolament preżenti u li huma elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE, fejn jikkonċerna l-indikazzjoni ta’ l-ingredjenti li huma preżenti fl-oġġetti ta’ l-ikel.

2. Bħala deroga mill-paragrafu 1, l-informazzjoni meħtieġa fil-punti (c) sa (f) u l-punt (h) ta’ dak il-paragrafu tista’ tidher biss fuq id-dokumenti li għandhom x’jaqsmu mal-kunsinna li għandhom jiġu provduti ma’ jew qabel il-kunsinna, sakemm l-indikazzjoni “maħsub għall-manifattura ta’ l-ikel u mhux għall-bejgħ bl-imnut” tidher fuq parti li tidher faċilment tal-pakkett jew tal-kontenitur tal-prodott konċernat.

TAQSIMA 2 L-ITTIKKETTAR TA’ L-ADDITTIVI TA’ L-IKEL MAħSUBA GħALL-BEJGħ LILL-KONSUMATUR FINALI

Artikolu 24 23 L-ittikkettar ta’ l-addittivi ta’ l-ikel maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva 89/396/KEE u r-Regolament (KE) 1829/2003, l-addittivi ta’ l-ikel mibjugħa waħedhom jew imħallta ma’ xulxin u/jew ma’ ingredjenti ta’ l-ikel oħra li huma maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali jistgħu jitqiegħdu fuq is-suq biss jekk l-ippakkjar tagħhom fih l-informazzjoni li ġejja , li trid tkun tidher faċilment, tista’ tinqara b’mod ċar u ma titħassarx :

(a) l-isem u l-kodiċi E li taħtu jinbiegħ l-addittiv ta’ l-ikel; dak l-isem għandu jkun magħmul mill-isem stabbilit f’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ kull addittiv ta’ l-ikel jew deskrizzjoni tal-bejgħ li tinkludi l-isem u l-kodiċi E ta’ kull addittiv ta’ l-ikel minn kwalunkwe dispożizzjoni Komunitarja li tapplika għall-addittiv ta’ l-ikel konċernat u għall-kodiċi E tiegħu ;

(b) id -dikjarazzjoni ‘għall-ikel’ jew id-dikjarazzjoni ‘użu ristrett fl-ikel’ jew referenza iktar speċifika għall-użu maħsub tiegħu l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 20, 21 u 22 u l-punti (a) sa (e), (g) u (h) ta’ l-Artikolu 23(1) .

2. B’deroga mill-paragrafu 1 (a), I id -deskrizzjoni tal-bejgħ ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda għandha tinkludi t-terminu ‘sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda bbażata fuq…’, fejn jintuża l-isem(ismijiet) tas-sustanza(i) li tagħti(jagħtu) ħlewwa użata(i) fil-kompożizzjoni tagħha.

3. L-ittikkettar ta’ sustanza li tagħti ħlewwa ta’ fuq il-mejda li fiha l-polioli u/jew l-aspartame u/jew il-melħ ta’ l-aspartame-acesulfame għandu jkollu fuqu t-twissijiet li ġejjin:

(a) polioli: 'konsum żejjed jista’ jwassal għal effetti lassattivi;

(b) aspartame/melħ ta’ l-aspartame-acesulfame: ‘fih sors ta’ fenilalanin’.

4. Għall-informazzjoni prevista fil-paragrafi (1) sa (3), l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2000/13/KE għandu japplika skond il-każ.

TAQSIMA 3 REKWIŻITI OĦRAJN TA’ L-ITTIKKETTAR

Artikolu 25 24 Rekwiżiti oħrajn ta’ l-ittikkettar

1. L-Artikoli 19 21 sa 24 23 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi aktar dettaljati jew aktar estensivi dwar il-piżijiet u l-qisien jew li japplikaw għall-preżentazzjoni, għall-klassifikazzjoni, għall-ippakkjar u għall-ittikkettar ta’ sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, jew li japplikaw għat-trasport ta’ sustanzi bħal dawn.

2. L-informazzjoni provduta fl-Artikoli 19 sa 24 għandha tkun f’lingwa li tiftiehem faċilment mix-xerrejja.

Skond it-Trattat, l-Istat Membru fejn il-prodott jiġi mmarkitjat jista’, fit-territorju tiegħu stess, jistipula li din l-informazzjoni tiġi pprovduta b’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, li għandha tiġi ddeterminata minn dak l-Istat Membru. L-ewwel u t-tieni sottoparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jipprekludu li informazzjoni bħal din tiġi indikata f’diversi lingwi.

KAPITOLU V ID-DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI U L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 26 25 L-obbligu ta’ l-informazzjoni

1. Produttur jew utent ta’ addittiv ta’ l-ikel għandu jinforma lill-Kummissjoni minnufih bi kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà ta’ l-addittiv ta’ l-ikel.

2. Fuq it-talba tal-Kummissjoni, produttur jew utent ta’ addittiv ta’ l-ikel għandu jinformaha dwar l-użu effettiv ta’ l-addittiv ta’ l-ikel.

Artikolu 27 26 Il-monitoraġġ tal-konsum ta’ l-addittiv ta’ l-ikel

1. L-Istati Membri għandhom iżommu sistemi biex jimmonitorjaw il-konsum u l-użu ta’ l-addittivi ta’ l-ikel b’approċċ ibbażat fuq ir-riskju u għandhom jirrapportaw is-sejbiet tagħhom kull sena lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ ‘l-Awtorità’).

2. Skond il-proċedura ta’ l-Artikolu 28 27 (2), wara li l-Awtorità tkun ġiet ikkonsultata tista’ tiġi adottata metodoloġija komuni biex tinġabar informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konsum fid-dieta ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fil-Komunuità.

Artikolu 28 27 Il-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ ‘il-Kumitat’).

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, fejn jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b’konsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

Artikolu 29 28 Il-finanzjament Komunitarju tal-politika armonizzata

Il-bażi legali għall-finanzjament tal-miżuri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament hija l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

KAPITOLU VI ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 30 29 It-twaqqif tal-listi Komunitarji ta’ l-addittivi ta’ l-ikel

1. L-addittivi ta’ l-ikel li kienu permessi biex jintużaw fl-ikel taħt id-Direttivi 94/35/KE, 94/36/KE u 95/2/KE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-Anness II għar-Regolament preżenti, wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma’ l-Artikoli 5 6 , 6 u7 u 7 8 tar-Regolament preżenti skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 28(2). Il-miżuri li jirrigwardaw id-dħul ta’ dawn l-addittivi fl-Anness II, li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 28 27( 2 3). Din ir-reviżjoni m’għandiex tinkludi valutazzjoni tar-riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa […] sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Addittivi ta’ l-ikel u użi li m’għadhomx isiru m’għandhomx jiddaħħlu fl-Anness .

2. L-addittivi ta’ l-ikel li huma awtorizzati biex jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel bħala ġarriera permessi fl-Anness V għad-Direttiva 95/2/KE u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għandhom ikunu inklużi fil-Parti 1 ta’ l-Anness III għal dan ir-Regolament, wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma’ l-Artikolu 5 6 ta’ dan ir-Regolament. Il-miżuri li jirrigwardaw id-dħul ta’ dawn l-addittivi fl-Anness III, li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 2 8 27( 2 3) . Din ir-reviżjoni m’għandhiex tinkludi valutazzjoni tar-riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa […..] sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Addittivi ta’ l-ikel u użi li m’għadhomx isiru m’għandhomx jiddaħħlu fl-Anness.

3. Addittivi ta’ l-ikel awtorizzati għall-użu f’sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel fid-Direttiva 95/2/KE u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom għandhom jiddaħħlu fl-Anness III, parti 4 ta’ dan ir-Regolament wara reviżjoni tal-konformità tagħhom ma’ l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament. Il-miżura dwar id-dħul ta’ dawn l-addittivi fl-Anness III, li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3). Din ir-reviżjoni m’għandhiex tinkludi valutazzjoni tar-riskju ġdida mwettqa mill-Awtorità. Ir-reviżjoni għandha titlesta sa sentejn wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Addittivi ta’ l-ikel u użi li m’għadhomx isiru m’għandhomx jiddaħħlu fl-Anness.

3 4 . Skond ir-Regolament KE [… li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi ta’ l-ikel, għall-enzimi ta’ l-ikel u għas-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel], għandhom ikunu adottati l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-addittivi ta’ l-ikel li huma koperti taħt il-paragrafi 1 , u 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, fil-mument li dawk l-addittivi ta’ l-ikel jiġu inklużi fl-Annessi skond dawk il-paragrafi.

4 5 . Il-miżuri li jirrigwardaw K kull miżura tranżitorja xierqa, li huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawhom għandhom jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju stabbilita msemmija fl-Artikolu 28 27( 2 3).

Artikolu 31 30 L-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati

1. L-addittivi ta’ l-ikel li kienu permessi qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni ta’ riskju ġdida li titwettaq mill-Awtorità.

2. Wara konsultazzjoni ma’ l-Awtorità, għandu jiġi adottat programm ta’ evalwazzjoni għal dawk l-addittivi fi żmien sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skond il-proċedura li ġiet stabbilita fl-Artikolu 28 27 (2). Il-programm ta’ evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 32 31 Ir-revoki

1. L-atti li ġejjin qed jiġu revokati:

(a) Id-Direttiva 62/2645/KEE;

(b) Id-Direttiva 65/66/KEE;

(c) Id-Direttiva 78/663/KEE;

(d) Id-Direttiva 78/664/KEE;

(e) Id-Direttiva 81/712/KEE;

(f) Id-Direttiva 89/107/KEE;

(g) Id-Direttiva 94/35/KE;

(h) Id-Direttiva 94/36/KE;

(i) Id-Direttiva 95/2/KE;

(j) Id-Deċiżjoni 292/97/KE;

(k) Id-Deċiżjoni 2002/247/KE.

2. Ir-referenzi għall-atti revokati għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 33 32 Id-dispożizzjonijiet tranżitorji

Bħala deroga mill-Artikolu 32 31 , id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom ikomplu japplikaw sa […]:

(a) l-Artikolu 2 (1), (2) u (4) tad-Direttiva 94/35/KE u l-Anness għaliha;

(b) l-Artikolu 2(1) sa (6), (8), (9) u (10) tad-Direttiva 94/36/KE u l-Annessi I sa V għaliha;

(c) l-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 95/2/KE u l-Annessi I sa VI għaliha.

Minkejja l-punt (c), l-awtorizzazzjonijiet għall-Invertase E 1103 u għal-Lysozyme E 1105, li ġew stabbiliti fid-Direttiva 95/2/KE, ġew revokati b’seħħ mid-data ta’ l-applikazzjoni tal-lista Komunitarja dwar l-enzimi ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 18 17 tar-[Regolament dwar l-enzimi ta’ l-ikel].

Addittivi ta’ l-ikel li mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament u li kienu legalment tqiegħdu fis-suq jew ittikkettati qabel [tnax-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] jistgħu jkomplu jinbiegħu sad-data ta’ l-skadenza minima tagħhom.

Artikolu 34 33 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika minn [sena wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Madankollu, l-Artikolu 4 5 (2) għandu japplika għall-Partijiet 2, u 3 u 5 ta’ l-Anness III mill-[1 ta’ Jannar 2011]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

L-ANNESS I

Il-klassijiet funzjonali ta’ l-addittivi ta’ l-ikel f’l-ikel u ta’ l-addittivi ta’ l-ikel fl-addittivi ta’ l-ikel u fl-enzimi ta’ l-ikel

1. "sustanzi li jagħtu ħlewwa" huma sustanzi (sustanzi li jagħtu ħlewwa bil-kwantità u sustanzi qawwija li jagħtu ħlewwa) li jintużaw biex jagħtu togħma ħelwa lill-ikel jew f’sustanzi li jagħtu ħlewwa ta’ fuq il-mejda.

2. "kuluri" huma sustanzi li jżidu jew jerġgħu jagħtu l-kulur fl-ikel, u jinkludu kostitwenti naturali ta’ l-ikel u sorsi naturali li normalment ma jkunux ikkonsmati bħala ikel u li normalment ma jintużawx bħala ingredjenti karatteristiċi ta’ l-ikel.Il-preparazzjonijiet li jinkisbu mill-ikel u minn materjali ta’ sorsi naturali oħra li jinkisbu mill-estrazzjoni fiżika u/jew kimika li tirriżulta f’estrazzjoni selettiva tal-pigmenti b’mod relattiv għal mal-kostitwenti nutrittivi jew aromatiċi, huma kuluri fit-tifsira ta’ dan ir-Regolament.

3. "preservattivi" huma sustanzi li jtawlu l-perjodu ta’ qabel l-iskadenza ta’ l-ikel billi jipproteġuh kontra d-deterjorazzjoni kkawżata mill-mikroorganiżmi;

4. 'antiossidanti' huma sustanzi li jtawlu l-perjodu ta’ qabel l-iskadenza ta’ l-ikel billi jipproteġuh mid-deterjorazzjoni kkawżata mill-ossidazzjoni, bħal snuħija tax-xaħam u tibdiliet fil-kulur;

5. 'ġarriera', huma sustanzi li jintużaw biex idewbu, jiddilwixxu, iferrxu jew inkella jimmodifikaw fiżikament b’xi mod ieħor addittiv ta’ l-ikel jew sustanza li tagħti togħma jew enzima ta’ l-ikel, nutrijent u/jew sustanza oħra miżjuda għal skopijiet nutrittivi jew fiżjoloġiċi ma’ oġġett ta’ l-ikel (jew ikel u/jew suppliment ta’ l-ikel) mingħajr ma jbiddlu l-funzjoni tiegħu (u mingħajr ma jeżerċitaw l-ebda effett teknoloġiku huma nfushom) biex jiffaċilitaw l-immaniġġjar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;

6. 'aċidi' huma sustanzi li jżidu l-aċidità ta’ oġġett ta’ l-ikel u/jew jagħtuh togħma qarsa;

7. 'regolaturi ta’ l-aċidità' huma sustanzi li jbiddlu jew jikkontrollaw l-aċidità jew l-alkalinità ta’ oġġett ta’ l-ikel;

8. 'aġenti ta’ kontra t-tgħaqid’ huma sustanzi li jnaqqsu t-tendenza tal-partiċelli individwali ta’ oġġett ta’ l-ikel milli jeħlu ma’ xulxin;

9. 'aġenti għal kontra r-ragħwa' huma sustanzi li jipprevjenu jew inaqqsu r-ragħwa;

10. 'aġenti li jagħtu l-massa' huma sustanzi li jikkontribwixxu għall-volum ta’ oġġett ta’ l-ikel mingħajr ma jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-valur ta’ l-enerġija disponibbli tiegħu;

11. 'emulsjonanti' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li tkun ifformata jew li tinżamm taħlita omoġenja ta’ żewġ fażijiet jew iktar li ma jitħalltux bħaż-żejt u l-ilma f’oġġett ta’ l-ikel;

12. 'melħ emulsifikat' huma sustanzi li jaqilbu l-proteini fil-ġobon f’forma mxerrda, u b’hekk ikun hemm distribuzzjoni omoġenja ta’ xaħam u komponenti oħra;

13. 'aġenti li jissodaw’ huma sustanzi li jagħmlu jew iżommu t-tessuti tal-frott jew tal-ħaxix sod jew iqarmeċ, jew jinteraġixxu ma’ aġenti li jgħaqqdu biex jipproduċu jew isaħħu ġel;

14. 'sustanzi li jtejbu t-togħma' huma sustanzi li jtejbu t-togħma u/jew ir-riħa eżistenti ta’ oġġett ta’ l-ikel;

15. 'aġenti li jagħmlu r-ragħwa' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jkun ifformat tixrid omoġenju ta’ fażi gassuża f’oġġett ta’ l-ikel likwidu jew solidu;

16. 'aġenti li jgħaqqdu' huma sustanzi li jagħtu lill-oġġett ta’ l-ikel konsistenza bil-formazzjoni ta’ ġel;

17. 'aġenti għall-igglejżjar' (inkluż lubrikanti) huma sustanzi li, meta jkunu applikati fuq is-superfiċi ta’ barra ta’ oġġett ta’ l-ikel, jagħtu dehra tleqq jew jipprovdu kisja ta’ protezzjoni;

18. 'humectants' huma sustanzi li ma jħallux l-ikel jinxef billi jopponu l-effett ta’ atmosfera li għandha grad baxx ta’ umdità, jew jippromwovu t-taħlil ta’ trab f’mezz milwiem;

19. 'lamti modifikati' huma sustanzi li jinkisbu permezz ta’ trattament kimiku wieħed jew iktar ta’ lamti li jittieklu, li setgħu għaddew minn trattament fiżiku jew enzimatiku, u li jista’ jkun imraqqa’ jew ibbliċjati b’aċidu jew b’alkali;

20. 'gassijiet ta’ l-ippakkjar' huma gassijiet għajr l-arja, li jiġu introdotti f’kontenitur qabel, matul jew wara t-tqegħid ta’ oġġett ta’ l-ikel f’dak il-kontenitur;

21. 'propellanti' huma gassijiet għajr l-arja li jixħtu ’il barra oġġett ta’ l-ikel minn kontenitur;

22. 'aġenti li jgħollu’ huma sustanzi jew taħlit ta’ sustanzi li jilliberaw gass u b’hekk iżidu l-volum ta’ għaġina jew ta’ taħlita ta’ dqiq, bajd eċċ.;

23. 'sekwestranti' huma sustanzi li jifformaw komplessi kimiċi b’jonji metalliċi;

24. 'stabilizzaturi’ huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jinżamm l-istat fiżiku-kimiku ta’ oġġett ta’ l-ikel; l-istabbilizzaturi jinkludu sustanzi li jippermettu li jinżamm tixrid omoġenju ta’ żewġ sustanzi jew aktar li ma jitħalltux f’oġġett ta’ l-ikel, sustanzi li jistabbilizzaw, iżommu jew jintensifikaw kulur eżistenti ta’ oġġett ta’ l-ikel, u sustanzi li jżidu l-kapaċità ta’ tagħqid ta’ l-ikel, inkluża l-formazzjoni ta’ rabtiet bejn il-proteini li jippermettu t-tagħqid ta’ biċċiet ta’ l-ikel f’ikel rikostitwit.

25. ‘sustanzi li jħaxxnu’ huma sustanzi li jkabbru l-viskożità ta’ oġġett ta’ l-ikel;

26. ‘sustanzi li jittrattaw id-dqiq’ huma sustanzi, għajr għall-emulsjonanti, li jiġu miżjuda mad-dqiq jew ma’ l-għaġina sabiex itejbu l-kwalità tal-ħami tiegħu.

L-ANNESS II

Il-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati biex jintużaw fl-ikel, u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu.

ANNESS III

Il-lista Komunitarja ta’ l-addittivi ta’ l-ikel approvati biex jintużaw fl-addittivi ta’ l-ikel u , fl-enzimi ta’ l-ikel, sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom . Il-lista Komunitarja tal-ġarriera fin-nutrijenti u l-kundizzjonijiet ta’ l-użu tagħhom .

Parti 1 Il-ġarriera fl-addittivi ta’ l-ikel

Parti 2 L-addittivi għajr għall-ġarriera fl-addittivi ta’ l-ikel

Part 3 L-addittivi inkluż i l-ġarriera fl-enzimi ta’ l-ikel

Parti 4 L-addittivi inklużi l-ġarriera fis-sustanzi li jagħtu t-togħma lill-ikel

Parti 5 Il-ġarriera fin-nutrijenti

L-ANNESS IV

L-ikel tradizzjonali li għalih ċerti Stati Membri jistgħu jkomplu jipprojbixxu l-użu ta’ ċerti kategoriji ta’ addittivi ta’ l-ikel

L-Istat Membru | L-ikel | Il-kategoriji ta’ l-addittivi li jistgħu jkomplu jiġu pprojbiti |

Il-Ġermanja | Il-birra tradizzjonali Ġermaniża (“Bier nach deutschem Reinheitsgebot gebraut”) | Kollha għajr il-gassijiet propellanti |

Franza | Il-ħobż tradizzjonali Franċiż | Kollha |

Franza | It-tartuf tradizzjonali Franċiż ippreservat | Kollha |

Franza | Il-bebbux tradizzjonali Franċiż ippreservat | Kollha |

Franza | Il-priservijiet tradizzjonali Franċiżi tal-wiżż u tal-papri (“confit”) | Kollha |

L-Awstrija | Il-“Bergkäse” tradizzjonali Awstrijak | Kollha ħlief il-preservattivi |

Il-Finlandja | Il-“Mämmi” tradizzjonali Finlandiż | Kollha ħlief il-preservattivi |

L-Iżvezja Il-Finlandja | Il-ġuleppijiet tal-frott tradizzjonali Svediżi u Finlandiżi | Il-kuluri |

Id-Danimarka | Il-“Kødboller” tradizzjonali Daniż | Il-preservattivi u l-kuluri |

Id-Danimarka | Il-“Leverpostej” tradizzjonali Daniż | Il-preservattivi (għajr l-aċidu żorbiku) u l-kuluri |

Spanja | Il-“Lomo embuchado” tradizzjonali Spanjol | Kollha ħlief il-preservattivi u l-antiossidanti |

L-Italja | Il-“Mortadella” tradizzjonali Taljana | Kollha ħlief il-preservattivi, l-antiossidanti, l-aġenti li jaġġustaw il-pH, is-sustanzi li jtejbu t-togħma, l-istabbilizzaturi u l-gass ta’ l-ippakkjar |

L-Italja | Il-“Cotechino e zampone” tradizzjonali Taljan | Kollha ħlief il-preservattivi, l-antiossidanti, l-aġenti li jaġġustaw il-pH, is-sustanzi li jtejbu t-togħma, l-istabbilizzaturi u l-gass ta’ l-ippakkjar |

[1] ĠU C [x], [x], p. [x]

[2] ĠU C 168, 20.7.2007, p. 34.

[3] ĠU L 186, tat-30.6.1989. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[4] ĠU L […], jj/xx/ssss, p. […].

[5] ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/46/KE (ĠU L 114, tal-21.4.2004, p. 15).

[6] ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/47/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 24).

[7] ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/45/KE (ĠU L 113, ta’ l-20.4.2004, p. 19).

[8] ĠU L […], […], p. […]

[9] ĠU L 31, ta’ l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[10] ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 1.

[11] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1).

[12] ĠU L 208, ta’ l-24.7.1992, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003.

[13] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[14] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta (ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1).

[15] ĠU L 115, tal-11.11.1962 p. 2645/62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 95/45/KE (ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1).

[16] ĠU 22, tad-9.2.1965, p. 373. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE (ĠU L 339, tat-30.12.1996, p. 1).

[17] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 7. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 92/4/KE (ĠU L 55, tad-29.2.1992, p. 96).

[18] ĠU L 223, ta’ l-14.8.1978, p. 30. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/77/KE.

[19] ĠU L 257, ta’ l-10.9.1981. p 1.

[20] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

[21] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003.

[22] ĠU L 237, ta’ l-10.9.1994, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003.

[23] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) 1882/2003.

[24] ĠU L 48, tad-19.2.1997, p. 13.

[25] ĠU L 84, tat-28.3.2002, p. 69.

[26] ĠU L 330, tal-5.12.1998, p. 32.

[27] ĠU L 268. ta’ l-24.9.1991, p. 69.

[28] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p.11.