52007PC0625




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.10.2007

KUMM(2007) 625 finali

2007/0220 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Istatistiċi Ewropej

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Kuntest ġenerali

L-istatistiċi uffiċjali għandhom rwol fundamentali fis-soċjetà tal-lum. L-istituzzjonijiet, dawk li jfasslu l-politika, l-operaturi ekonomiċi, is-swieq u l-individwi jiddependu b'mod qawwi fuq statistiċi tajba biex jiddeskrivu kemm jistgħu bil-preċiż l-iżviluppi fl-isferi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u kulturali. Il-pass ta' dawn l-iżviluppi għandu impatt kemm fuq (i) l-utenti ta' l-istatistiċi, fil-fatt li l-informazzjoni tagħhom trid tevolvi malajr, li jfisser li jeħtieġu aċċess faċli u fil-ħin għall-informazzjoni ta' l-istatistika, u fuq (ii) l-awtoritajiet statistiċi, fil-fatt li għandhom bżonn jadattaw għall-informazzjoni statistika prodotta mill-kundizzjonijiet ta' l-utenti. Id-disponibbiltà ta' informazzjoni ta' l-istatistika imparzjali u oġġettiva hija essenzjali għal dawk kollha li jieħdu d-deċiżjonijiet: għal dawk li jfasslu l-politika biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati tajjeb, għall-operaturi tan-negozju sabiex immexxu n-negozju tagħhom jew sempliċiment għaċ-ċittadini fil-ħajja ta' kuljum tagħhom. L-informazzjoni ta' l-istatistika hija fundamentali għat-trasparenza u l-aċċessibbiltà tad-deċiżjonijiet politiċi u l-istatistiċi uffiċjali għalhekk jirrappreżentaw benefiċċju pubbliku biex taħdem id-demokrazija. L-elementi essenzjali sabiex tiġi prodotta informazzjoni tali ta' l-istatistika huma strutturi ċari għall-funzjonar ta' l-awtoritajiet ta' l-istatistika, flimkien ma' arranġamenti għall-kooperazzjoni internazzjonali, tixrid ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika u komunikazzjoni ma' l-utenti.

Fuq livell Ewropew, l-Istatistiċi Ewropej huma dejjem aktar importanti għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-politiki ta' l-Unjoni Ewropea. L-importanza ta' l-Istatistiċi Ewropej se tiżdied aktar fit-futur hekk kif il-politiki nfushom ta' l-UE jiġu żviluppati. Per eżempju, informazzjoni affidabbli għall-valutazzjoni ta' l-iżviluppi makroekonomiċi bħall-inflazzjoni, tkabbir ekonomiku u ċ-ċiklu tan-negozju b'mod ġenerali tikkostitwixxi neċessità assoluta sabiex tippermetti l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri. Aktar minn hekk, sabiex jinkisbu l-għanijiet strateġiċi li l-Ewropa tinżamm għal medda twila ta' żmien fit-triq tal-prosperità, notevolment permezz ta' l-Aġenda ta' Liżbona riveduta u l-linjigwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi, jew għall-infurzar mill-ġdid ta' l-impenn tagħna għas-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali, l-Ewropa teħtieġ għadd ta' data ta' l-istatistika li tilħaq l-ogħla standards possibbli f'termini ta' kwalità.

L-Istatistiċi Ewropej għalhekk jikkostitwixxu kontribuzzjoni essenzjali għall-bini ta' kapaċità ta' l-informazzjoni meħtieġa għas-sostenn ta' l-għanijiet strateġiċi ta' l-UE u l-politiki bażiċi u l-istrumenti li jappoġġjawha.

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

L-għanijiet ta' din il-proposta huma li tirrevedi l-qafas legali bażiku eżistenti li jiggverna l-produzzjoni ta' l-istatistiċi fuq livell Ewropew. Din ir-reviżjoni hija mmexxija minn bidliet fis-soċjetà u l-bżonn ta' rwol definit b'mod ċar tas-Sistema Ewropea ta' l-Istatistiċi (ESS).

Il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-informazzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej issir permezz ta' l-ESS, li hija s-sħubija operazzjonali li fiha l-Uffiċċju ta' l-Istatistiċi tal-Komunitajiet Ewropej (l-Eurostat), l-Istitut Nazzjonali ta' l-Istatistika (NSIs) u l-awtoritajiet reġjonali jew nazzjonali l-oħra responsabbli f'kull Stat Membru sabiex jipproduċu u jxerrdu l-Istatistiċi Ewropej. L-Istatistiċi Ewropew provduti wkoll mill- Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), għalkemm huma taħt struttura ta' governanza u regoli differenti ta' l-istatistika[1]. Madankollu, sabiex tiżdied l-effiċjenza, jitnaqqas il-piż ta' l-istatistika u tittejjeb il-kwalità, il-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-ESS u l-ESCB trid tissaħħaħ filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Kif innutat f'bosta okkażjonijiet kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Kummissjoni, l-ESS jopera b'mod effiċċjenti u jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-indipendenza, l-integrità u l-affidabbiltà. B'żieda mal-kwalità tal-kontributi ta' l-ESS, il-governanza tagħha ttejbet fis-snin riċenti, b'mod partikolari permezz ta' l-adozzjoni u l-implimentazzjoni sussegwenti tal-Kodiċi tal-Prattika ta' l-Istatistiċi Ewropej[2]. Il-proposti biex jitwaqqaf Bord Ewropew Konsultattiv tal-Governanza ta' l-Istatistika[3] u Kumitat Ewropew Konsultattiv dwar l-Istatistika[4] huma wkoll passi lejn it-tisħiħ u l-ikkumplimentar tal-governanza eżistenti ta' l-ESS.

Madankollu, anke jekk dawn l-iżviluppi riċenti jagħtu prova tar-realtà dinamika b'kisbiet tanġibbli, huma jagħmlu aktar ċar il-bżonn li tiġi kkonsolidata fil-liġi tal-Komunità l-istruttura istituzzjonali ta' l-ESS, biex jiġu definiti b'mod ċar ir-responsabbiltajiet u l-prinċipji tagħha kif ukoll biex jiġu ssimplifikati l-istrutturi bażiċi sabiex ikun jista' jkun hemm rispons aħjar għall-isfidi li hemm quddiemna. B'mod partikolari, il-funzjonament tal-koordinament u t-tmexxija professjonali ta' l-NSI fuq livell nazzjonali, u tal-Eurostat fuq livell ta' Kummissjoni, għandhom jissaħħu. Tweġibiet komuni huma meħtieġa biex jindirizzaw id-domanda li qed tiżdied għall-Istatistiċi Ewropej u biex jiġu stabbiliti prijoritajiet f'kuntest fejn ir-riżorsi qed isiru aktar limitati.

Fl-istess ħin, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Eurostat lejn is-sieħba nazzjonali jeħtieġu konferma mill-ġdid sabiex tiżdied l-effiċjenza ta' l-ESS fuq il-bażi ta' ftehim u fiduċja reċiproki. L-Eurostat għandu rwol primarju ta' vettura għat-trażmissjoni tal-bżonnijiet statistiċi ta' dawk li jfasslu l-politika fl-Ewropa lis-sieħba ta' l-Istatistika fl-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin jagħlaq id-differenza bejn id-domanda u dak li huwa possibbli u realistiku.

Il-proposta għal "Strateġija Ewropea għall-Istatistiċi" tippermetti lill-Eurostat li jirrispondi għall-isfida ta' domanda li qed dejjem tiżdied għall-istatistiċi. Din l-istrateġija fejn il-produzzjoni u t-tixrid tat-Totali Ewropea ma jeħtiġux li jiddependu kompletament fuq id-data nazzjonali prodotta u mxerrda mill-NSIs kollha tippreżenta bidla sinifikanti fl-istruttura tal-ġbir tad-data.

Aktar minn hekk, hemm talba qawwija mill-komunità tar-riċerka biex ikollha aċċess usa' għall-analiżi ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika fl-interess tal-progress xjentifiku fl-Ewropa. Dan jitlob ċertu grad ta' flessibbiltà fir-reġim tal-kunfidenzjalità ta' l-istatistika biex jippermetti aċċess kontrollat għal data ta' l-istatistika dettaljata mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli ta' ħarsien li teħtieġ il-kunfidenzjalità tad-data ta' l-istatistika. L-iskambjar tad-data kunfidenzjali fi ħdan l-ESS u r-regoli għall-aċċess ta' data simili għall-għanijiet ta' riċerka huma elementi essenzjali f'dan ir-rigward u jeħtieġu modernizzazzjoni tal-kundizzjonijiet legali kurrenti.

Finalment, ir-reviżjoni tal-qafas legali bażiku se tagħti impetu ġdid lill-kooperazzjoni stabbilita bejn l-NSIs u l-Eurostat fl-interess komuni ta' l-atturi kollha ta' l-ESS u l-utenti ta' l-Istatistiċi Ewropej, u għall-istabbiliment tal-fondazzjoni biex tindirizza l-isfidi statistiċi tal-futur.

- Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta

Il-qafas legali bażiku għall-produzzjoni u t-tixrid ta' l-istatistiċi fuq livell Ewropew bħalissa huwa kompost mill-atti leġiżlattivi li ġejjin:

- Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382, (KEE, Euratom) tad-19 ta' Ġunju 1989, li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi għall-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej[5].

- Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika fl-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej[6];

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità[7].

- Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm ta’ l-istatistiċi fil-Komunità bejn l-2003 sa l-2007[8]

Il-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq tipprovdi qafas ġenerali li huwa supplimentat bil-leġiżlazzjoni settorali f'oqsma speċifiċi ta' l-istatistika.

2. KONSULTAZZJONI MA' PARTIJIET INTERESSATI U ANALIżI TAL-KONSEGWENZI

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-proposta hija bbażata fuq xogħol preparatorju estensiv imwettaq matul is-snin riċenti. B'mod partikolari, il-partijiet bażiċi u t-testijiet abbozz ġew diskussi sewwa u riveduti flimkien mal-partijiet l-aktar konċernati b'mod dirett i.e. l-Istituti Nazzjonali ta' l-Istatistika u sieħba oħra fl-ESS, inkluż il-BĊE.

Il-proposta tibni fuq ir-riżultat ta' għadd ta' Forzi tax-Xogħol imwaqqfa mill-2003 mill-Kumitat għall-Programm ta' l-Istatistika (SPC) biex jirrifletti fuq l-aspetti varji tas-suġġett. L-Istati Membri pparteċipaw b'mod sistematiku fix-xogħol ta' dawn il-Forzi tax-Xogħol, l-SPC inżamm infurmat b'mod regolari dwar il-progress li sar u konsultazzjoni wiesgħa ma' l-Istati Membri saret b'mod sistematiku. Din il-proposta tirrifletti sa ċertu grad dawn il-konsultazzjonijiet kollha. Il-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika ġie kkonsultat formalment fuq test abbozz ta' din il-proposta.

- Analiżi tal-konsegwenzi

Fl-ikkunsidrar ta' l-għażliet possibbli, l-alternattivi li ġejjin dehru ċari:

- iż-żamma tal-qafas legali kif inhu fil-mument:

- Din is-soluzzjoni ċertament ma timminax il-produzzjoni kurrenti ta' l-Istatistiċi Ewropej minħabba li l-leġiżlazzjoni eżistenti tipprovdi qafas ta' referenza. Madankollu, din l-għażla probabbilment kienet tkun fissret differenza bejn ir-regoli ġenerali eżistenti u arranġament diverġenti f'każijiet speċifiċi. Fuq medda twila ta' żmien, din is-sitwazzjoni tista' taffettwa negattivament il-fiduċja ġenerali tal-pubbliku fl-istatistiċi u ġġib dubju dwar ir- raison d'être tal-qafas b'mod ġenerali. Ukoll, l-opportunitajiet sabiex jitjieb il-funzjonament ta' l-ESS kif spjegat hawn fuq ikun intilef.

- proposta ta' reviżjoni li tindirizza t-tħassib espremut u tirrealizza l-potenzjal eżistenti għal operazzjoni aktar ċara u effiċjenti ta' l-ESS tul il-linji deskritti fil-paragrafi preċedenti.

- Huwa evidenti li din il-proposta tkun tikseb biss l-għanijiet tagħha jekk ma tkunx modifikata b'mod sostanzjali fil-proċess.

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

Il-proposta għandha l-għan li tirrevedi l-qafas legali bażiku eżistenti għall-Istatistiċi Ewropej bil-għan li jiġi adottat għar-realtà kurrenti u wkoll li jittejjeb sabiex jilħaq l-iżviluppi u l-isfidi futuri.

Fost affarijiet oħra qed jiġi propost, li tittejjeb il-governanza statistika billi jiġu adottati d-definizzjonijiet relevanti għall-kundizzjonijiet tat-Trattat, jiġu kkonsolidati l-attivitajiet u l-ESS infisha fil-Liġi tal-Komunità, sabiex jiġi ċċarat aktar ir-rwol ta' l-NSIs u l-Eurostat, u tissaħħaħ ir-referenza tal-Kodiċi Ewropew Statistiku tal-Prattika eżistenti, li tiġi rikonoxxuta formalment l-Istrateġija Ewropea għall-Istatistika u li jissaħħu l-aspetti tal-kwalità relatati ma' l-Istatistiċi Ewropej.

Il-proposta tindirizza wkoll l-operazzjoni ta' l-ESS notevolemnt permezz tat-twaqqif tal-Kumitat ta' l-ESS u kooperazzjoni mtejba ma' korpi oħra ta' l-ESS kif ukoll ma' l-ESCB.

L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali huma riveduti wkoll. B'mod partikolari, qed ikun propost li azzjonijiet individwali ta' l-istatistika jitwettqu mill-Kummissjoni taħt kundizzjonijiet anqas restrinġenti.

Finalment, qed ikun propost li tiġi introdotta aktar flessibbiltà fir-regoli kurrenti dwar il-kunfidenzjalità ta' l-istatistika filwaqt li jinżamm livell għoli tal-ħarsien tad-data.

- Bażi legali

L-Artikolu 285 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jipprovdi l-bażi legali għall-istatistika Komunitarja. Il-Kunsill, huwa u jaġixxi skond il-proċedura ta' ko-deċiżjoni, jadotta miżuri għall-produzzjoni ta' l-istatistika fejn meħtieġ għall-prestazzjoni ta' l-attivitajiet Komunitarji. Dan l-Artikolu jistabbilixxi r-rekwiżiti konnessi mal-produzzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja u jitlob il-konformità ma’ l-istandards ta’ l-imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, effikaċja fl-infiq u kunfidenzjalità statistika.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta tikkonforma b'mod sħiħ mal-prinċipju tas-sussidjarjetà sal-grad li r-reviżjoni tal-qafas legali eżistenti għall-iżvilupp, produzzjoni u disseminazzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej hija min-natura tagħha azzjoni li tista' tinkiseb biss fuq livell ta' Komunità.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa wkoll fil-bażi tad-definizzjoni tar-responsabbiltajiet li jridu jinqasmu bejn il-livell nazzjonali u ta' Komunità fir-rigward ta' l-iżvilupp, produzzjoni u tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej.

4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità.

5. TAGħRIF SUPPLIMENTARI

- Simplifikazzjoni

Il-proposta tikkostitwixxi simplifikazzjoni minn punt di vista legali, istituzzjonali u operazzjonali.

L-ewwel, il-proposta għandha l-għan li tissimplifika l-qafas legali eżistenti għall-produzzjoni u t-tixrid ta' l-istatistiċi fuq livell Ewropew, b'mod partikolari permezz ta' konsolidar fi strument uniku numru ta' testijiet separati tal-legiżlazzjoni statistika tal-Komunità.

It-tieni, simplifikazzjoni istituzzjonali tinkiseb ukoll billi jingħaqdu l-Kumitat għall-Ipprogrammar Statistiku u l-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità Statistika f'Kumitat wieħed.

It-tielet, simplifikazzjoni fi ħdan l-ESS tirriżulta wkoll, f'termini operazzjonali, mill-għarfien għal użu aktar estensiv ta' l-għodod ġodda ta' simplifikazzjoni bħall-promozzjoni ta' l-aggregati Ewropej fuq il-bażi ta' l-Istrateġija Ewropea dwar l-Istatistiċi kif deskritta fl-Artikolu 17 tal-proposta jew tal-proċess ta' ppjanar imtejjeb li jwassal għal definizzjoni tal-programmi annwali ta' l-istatistika. Dawn l-istrumenti diġà ġew identifikati bħala mezz ta' simplifikazzjoni fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar tnaqqis tal-piż ta' rispons, simplifikazzjoni u ssettjar tal-prijorità fil-qasam ta' l-istatistiċi tal-Komunità[9]. F'dan il-kuntest, għandu jiġi mfakkar li l-Istatistiċi Ewropej huma wieħed mill-oqsma ta' prijorità għall-kejl tal-Kummissjoni tal-piżijiet amministrattivi li ġejjin mill-obbligi ta' l-informazzjoni[10].

Finalment, din l-inizjattiva m'hijiex ġdida għar-reviżjoni possibbli tal-'Liġi ta' l-Istatistika', i.e. ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-istatistiċi tal-Komunità, kienet l-ewwel ikkontemplata fl-ewwel rapport ta' implimentazzjoni tal-qafas ta' azzjoni "L-aġġornar u s-simplifikar ta' l- acquis tal-Komunità", adottat mill-Kummissjoni fl-2003[11].

- Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

2007/0220 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-Istatistiċi Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kooperazzjoni fil-qasam ta' l-istatistika)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni[12],

Wara li kkonsultaw mal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[13],

Billi:

(1) Sabiex tiġi żgurata l-koerenza u kumparabbiltà ta' l-Istatistiċi Ewropej, prodotti skond il-prinċipji stabbiliti skond l-Artikolu 285(2) tat-Trattat, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni għandhom jiġu rinfurzati bejn l-awtoritajiet li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej.

(2) Għal dan l-iskop, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ta' dawk l-awtoritajiet għandha tkun żviluppata b'mod aktar sistematiku u organizzat b'rispett sħiħ għas-setgħat nazzjonali u tal-Komunità u arranġamenti istituzzjonali u tieħu kont tal-bżonn li jiġi rivedut il-qafas legali bażiku eżistenti sabiex jiġi adottat għar-realtà kurrenti u jirrispondi aħjar għal sfidi futuri.

(3) Huwa għalhekk neċessarju li jiġu konsolidati l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika (ESS) u li tittejjeb il-governanza tagħha, b'mod partikolari bil-għan li jiġu ċċarati r-rwoli rispettivi ta' l-Istituti Nazzjonali ta' l-Istatistika (l-NSIs) u tal-Kummissjoni (l-Eurostat).

(4) Minħabba l-ispeċifità ta' l-NSIs u awtoritajiet oħra responsabbli f'kull Stat Membru għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej, għandu jiġi stabbilit li dawn jistgħu jirċievu għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti skond l-Artikolu 168(1)(d) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[14].

(5) L-awtoritajiet ta' l-istatistika ta' l-Assocjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, l-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropew u l-Iżvizzera għandhom kif previst rispettivament fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 76 tieghu u l-Protokoll 30 għal dan il-Ftehim, u fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera b'kooperazzjoni fil-qasam ta' l-istatistiċi, b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu, għandhom ikunu assoċjati b'kooperazzjoni u koordinament rinfurzati.

(6) Aktar minn hekk, huwa importanti li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib u koordinament adatt bejn l-ESS u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali, notevolment biex jitrawwem skambjar ta' data kunfidenzjali bejn iż-żewġ sistemi għal għanijiet ta' statistika, fid-dawl ta' l-Artikolu 5 tal-Protokol (Nru 18) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (l-ESCB) u l-Bank Ċentral Ewropew (l-ECB) anness mat-Trattat.

(7) L-Istatistiċi Ewropej għalhekk ikunu żviluppati, prodotti u mxerrda kemm mill-ESS kif ukoll mill-ESCB imma taħt oqfsa legali separati li jirriflettu l-istrutturi rispettivi tal-governanza tagħhom. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 rigward il-ġbir ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew[15].

(8) konsegwentement, u għalkemm il-Bank Ċentrali Ewropew (l-ECB) u l-banek ċentrali nazzjonali ma jieħdux sehem fil-produzzjoni tal-istatistiċi Ewropej skond dan ir-Regolament, wara ftehim bejn bank ċentrali nazzjonali u l-awtorità tal-Komunità fl-isferi rispettivi ta' kompetenza tagħhom u mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti nazzjonali bejn il-bank ċentrali nazzjonali u l-awtorità nazzjonali, tista tiġi użata data prodotta mill-bank ċentrali, direttament jew indirettament, minn awtoritajiet nazzjonali u mill-awtorità tal-Komunità għall-produzzjoni tal-Istatistiċi Ewropej. B'mod simili, l-ECB u l-banek ċentrali nazzjoni jistgħu fi ħdan l-isfera ta' kompetenzi tagħhom jużaw, direttament jew indirettament, data prodotta mill-ESS.

(9) Fil-kuntest ġenerali tar-relazzjonijiet bejn l-ESS u l-ESCB, il-Kumitat dwar l-istatistiċi tal-munita, il-finanzi u l-bilanċ tal-ħlasijiet stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE[16] għandu rwol importanti, b'mod partikolari permezz ta' għajnuna provduta lill-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi tax-xogħol rigward statistiċi tal-munita, il-finanzi u l-bilanċ tal-ħlasijiet.

(10) Huwa importanti li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib u koordinazzjoni adatta bejn l-ESS u atturi oħra fis-sistema internazzjonali ta' l-istatistika.

(11) L-operar ta' l-ESS għandu bżonn ukoll jiġi rivedut minħabba li metodi ta' żvilupp, produzzjoni u disseminazzjoni aktar flessibbli ta' l-Istatistiċi Ewropej kif ukoll prijorità ċara ta' stabbiliment hija meħtieġa sabiex jitnaqqas il-piż ta' dawk li jwieġbu u tittejjeb id-disponibbiltà ta' l-Istatistiċi Ewropej. 'L-Istrateġija Ewropea għall-Istatistiċi' ġiet imfassla b'dan l-iskop.

(12) Filwaqt li l-Istatistiċi Ewropej huma normalment bażati fuq data nazzjonali prodotta u mxerrda mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-istatistika fl-Istati Membri kollha, jistgħu jiġu wkoll prodotti mill-kontribuzzjonijiet nazzjonali mhux pubblikati, minn sotto-gruppi ta' kontribuzzjonijiet nazzjonali u mill-istħarriġ statistiku Ewropew jew minn kunċetti jew metodi armonizzati, mfassla speċifikament.

(13) F'dawk il-każijiet, 'Strateġija Ewropea għall-Istatistiċi' li tikkonsisti fi strateġija pragmatika biex tiffaċilita l-kompilazzjoni ta' l-aggregati statistiċi Ewropej li huma ta' importanza partikolari għall-politiki tal-Kummissjoni, jistgħu jiġu implimentati.

(14) Strutturi konġunti, għodod u proċessi jistgħu jiġu stabbiliti wkoll jew żviluppati aktar permezz ta' netwerks ta' kollaborazzjoni, li jinvolvu l-awtoritajiet nazzjonali u servizzi relevanti tal-Kummissjoni u faċilitar ta' speċjalizzazzjoni minn ċerti Stati Membri f'attivitajiet speċifiċi ta' l-istatistika għall-benefiċċju ta' l-ESS b'mod ġenerali. Dawn in-netwerks kollaborattivi bejn is-sieħba u l-ESS għandhom jimmiraw li jevitaw ix-xogħol doppju u għalhekk iżidu l-effiċjenza u jnaqqsu l-piżijiet tar-rispons fuq l-operaturi ekonomiċi.

(15) L-ambjent regolatorju mtejjeb propost għall-Istatistiċi Ewropej għandu b'mod partikolari jirrispondi għall-bżonn li jiġi minimizzat il-piż tar-rispons fuq in-negozji u jikkontribwixxi għall-għan aktar ġenerali ta' tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi li jfiġġu fuq livell Ewropew, skond il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u 9 ta' Marzu 2007; madankollu, ir-rwol importanti li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali fl-imminimizzar tal-piżijiet fuq in-negozji Ewropej fuq livell nazzjonali għandu jkun enfasizzat.

(16) Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fl-Istatistiċi Ewropej l-awtoritajiet ta' l-istatistika jridu jgawdu minn indipendenza professjonali u jiżguraw l-imparzjalità u kwalità għolja fil-produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej, skond l-Artikolu 285(2) tat-Trattat u billi jittieħed kont tal-Prinċipji Fundamentali ta' l-Istatistiċi Uffiċjali adottati mill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fil-15 ta' April 1992 u l-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti fl-14 ta' April 1994 kif ukoll il-prinċipji stabbiliti fil-Kodiċi ta' Prattika ta' l-Istatistiċi Ewropej approvati mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjoni dwar l-indipendenza, l-integrità u l-affidabbiltà ta' l-awtoritajiet statistiċi nazzjonali u tal-Komunità.

(17) L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej għandu jikkonforma ma' l-aqwa prattiċi internazzjonali.

(18) Id-dritt għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u l-ħarsien tad-data personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea għandu jiġi żgurat.

(19) Dan ir-Regolament jiżgura l-ħarsien ta' individwi rigward l-ipproċessar ta' data personali u jispeċifika, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Istatistiċi Ewropej, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' data simili[17] u fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità dwar il-moviment ħieles ta' data simili[18].

(20) L-informazzjoni kunfidenzjali li l-awtoritàjiet ta' l-istatistika nazzjonali u tal-Komunità għandhom jiġbru għall-produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej, sabiex tinkiseb u tinżamm il-kunfidenzjalità tal-partijiet responsabbli biex jipprovdu din l-informazzjoni; il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni ta' statistika għandha tissodisfa l-istess sett ta' prinċipji fl-Istati Membri kollha;

(21) Għal dak l-iskop huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data għall-produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej u l-aċċess għal dawk id-data kunfidenzjali b'ammont dovut għall-iżviluppi tekniċi u l-bżonnijiet ta' l-utenti f'soċjetà demokratika.

(22) Id-disponibbiltà ta' data individwali għall-bżonnijiet tas-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika hija ta' importanza partikolari sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika u biex tiġi żgurata armonizzazzjoni aħjar ta' l-Istatistiċi Ewropej.

(23) Il-komunità tar-riċerka għandha tgawdi minn aċċess usa' għall-informazzjoni ta' l-istatistika għall-analiżi fl-interess tal-progress xjentifiku fl-Ewropa u l-aċċess għad-data kunfidenzjali mir-riċerkaturi fuq livell ta' Komunità Ewropea għal skopijiet xjentifiċi għandu jittejjeb mingħajr ma jiġi kompromess il-livell għoli ta' ħarsien li data ta' statistiċi kunfidenzjali teħtieġ.

(24) L-użu ta' data kunfidenzjali għal għanijiet amministrattivi, legali jew tat-taxxa jew għall-verifika kontra suġġetti statistiċi tad-data għandu jkun projbit strettament.

(25) Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali[19] u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, Parteċipazzjoni Pubblika fit-teħid tad-Deċiżjonijiet u Aċċess għall-Ġustizzja f'Materji Ambjentali għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità[20].

(26) Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(27) Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[21].

(28) B'mod partikolari, għandha tingħata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri rigward id-dimensjonijiet ta' kwalità ta' l-Istatistiċi Ewropej u biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jingħata aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi. Billi dawk il-miżuri huma ta' firxa ġenerali u mfassla biex jissupplimentaw dan ir-Regolament biż-żieda ta' elementi ġodda li mhumiex essenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(29) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu dawk fir-Regolament (Euratom, KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru .../... tal-... dwar it-trażmissjoni tad-data soġġetta għall-kunfidenzjalità ta' l-istatistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej[22] [COM(2006)477], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità[23] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 83/382/KEE, Euratom tad-19 ta' Ġunju 1989 li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi Statistiċi tal-Komunitajiet Ewropej[24]. Dawn l-atti għandhom għalhekk jiġu rrevokati. Il-miżuri implimentattivi stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta' Mejju 2002 li jimplimentaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistiċi tal-Komunità rigward aċċess għal data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi[25] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE tad-29 ta' April 2004 li tistabbilixxi lista ta' korpi li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi[26] għandha tkompli tapplika.

(30) Il-Kumitat tal-Programm dwar l-Istatistika kien ikkonsultat.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1Statistiċi Ewropej

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej.

F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u skond l-indipendenza, l-integrità u l-affidabbiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Komunità, l-Istatistiċi Ewropej huma statistiċi relevanti meħtieġa għar-rendiment ta' l-attivitajiet tal-Komunità Ewropea. Għandhom jiġu żviluppati, prodotti u mxerrda f'konformità mal-prinċipji statistiċi stabbiliti fl-Artikolu 285(2) tat-Trattat u fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u fi ħdan il-qafas tal-Programm Ewropew ta' l-Istatistika.

Artikolu 2 Prinċipji ta' l-Istatistika

1. L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej għandu jkun segwit mill-prinċipji ta' l-istatistika li ġejjin:

1. 'indipendenza professjonali' li tfisser li l-istatistiċi għandhom ikunu prodotti b'mod indipendenti, ħielsa minn kull pressjoni politika jew gruppi ta' interess partikolarment fir-rigward l-għażla ta' tekniċi, definizzjonijiet, metodoloġiji u sorsi li jridu jintużaw, u ż-żmien u l-kontenut tal-forom kollha tat-tixrid.

2. 'imparzjalità' li tfisser li l-istatistiċi jridu jiġu żviluppati, prodotti u mxerrda b'mod newtrali, u l-utenti kollha għandhom jingħataw trattament ugwali.

3. 'oġġettività' tfisser li l-istatistiċi jridu jiġu żviluppati, prodotti u mxerrda b'mod sistematiku, affidabbli u imparzjali; dan jimplika l-użu ta' standards professjonali u etiċi, u li l-politiki u l-prattiċi segwiti jkuu trasparenti għall-utenti u għal dawk li jwieġbu s-servejs;

4. 'affidabbiltà' tfisser li l-istatistiċi jridu jkejlu b'mod korrett u konsistenti ir-realtà kemm jistgħu; dan jimplika li kriterji xjentifiċi huma użati għall-għażla ta' sorsi, metodi u proċeduri.

5. 'kunfidenzjalità ta' l-istatistiċi' tfisser li l-ħarsien ta' data kunfidenzjali relatata ma' soġġetti uniċi ta' data ta' l-istatistika li huma miksuba direttament għal skopijiet ta' statistika jew indirettament mill-amministrazzjoni jew sorsi oħra; dan jimplika l-projbizzjoni ta' l-użu għal skopijiet mhux statistiċi tad-data miksuba jew l-iżvelar tagħhom kontra l-liġi;

6. 'effettività tan-nefqa' tfisser li l-ispejjeż għall-produzzjoni ta' l-istatistiċi jridu jkunu proporzjonali ma' l-importanza tar-riżultati u l-benefiċċji li jinkisbu, li r-riżorsi jridu jintużaw bl-aħjar mod u r-rispons tal-piż minimizzat. L-informazzjoni mitluba għandha, fejn possibbli, tinħareġ malajr mir-rekords jew sorsi disponibbli.

2. L-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej għandu jikkonforma ma' l-aqwa prattiċi internazzjonali.

Artikolu 3Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

7. 'statistiċi' tfisser informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva, aggregata u rappreżentattiva li tikkaratterizza fenomenu kollettiv f'popolazzjoni kunsidrata;

8. 'informazzjoni ta' l-istatistika' tfisser il-forom kollha differenti ta' l-istatistiċi inkluż data bażika, indikaturi, kontijiet u metadata;

9. 'żvilupp' tfisser l-attivitajiet li għandhom l-għan li jiffurmaw, isaħħu u jtejbu l-metodi, l-istandards u l-proċeduri ta' l-istatistika użati għall-produzzjoni u t-tixrid ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika kif ukoll it-tfassil ta' statistiki u indikaturi ġodda;

10. 'produzzjoni' tfisser il-proċess li jinkludi l-attivitajiet kollha neċessarji għall-ġbir, ħżin, ipproċċessar, kompilazzjoni u analiżi ta' l-informazzjoni ta' l-istatistika;

11. 'tixrid' tfisser l-attività li tagħmel l-istatistiċi u l-analiżi ta' l-istatistiċi disponibbi għal min irid jużahom;

12. 'ġbir tad-data' tfisser servejs u l-forom l-oħra kollha ta' informazzjoni li tinġieb minn sorsi differenti;

13. 'suġġett tad-data ta' l-istatistika' tfisser l-unità bażika ta' l-osservazzjoni, jiġifieri persuna naturali, familja, operatur ekonomiku u l-impenji tiegħu, imsemmija mid-data;

14. 'data kunfidenzjali' tfisser data użata mill-awtoritajiet nazzjonali u l-Eurostat għal għanijiet ta' l-istatistika li jippermetti lis-suġġetti tad-data ta' l-istatistika li jkunu identifikati, direttament jew indirettament, b'hekk tiġi żvelata informazzjoni individwali. Biex ikun stabbilit jekk sezzjoni ta' statistika hijiex identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li jistgħu jkunu użati b'mod raġonevoli minn terza persuna biex tidentifika s-sezzjoni ta' statistika msemmija;

15. 'użu għal għanijiet statistiċi' tfisser l-użu esklussiv għall-iżvilupp u l-produzzjoni tar-riżultati u l-analiżi tal-produzzjoni;

16. 'identifikazzjoni diretta' tfisser l-identifikazzjoni ta' suġġett statistiku tad-data bl-isem u l-indirizz, jew permezz ta' numru ta' l-identifikazzjoni aċċessibbli pubblikament;

17. 'identifikazzjoni indiretta' tfisser l-identifikazzjoni ta' suġġett statistiku tad-data b'mezz ieħor apparti l-identifikazzjoni diretta;

18. 'uffiċjali tal-Kummissjoni (Eurostat)' tfisser uffiċjali tal-Komunitajiet, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tar-Regolamenti dwar l-Impjiegi ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jaħdmu mal-Kummissjoni (Eurostat);

19. 'uffiċjali oħra tal-Kummissjoni (Eurostat)' tfisser uffiċjali tal-Komunitajiet, skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 sa 5 tar-Regolamenti dwar l-Impiegi ta' Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, li jaħdmu mal-Kummissjoni (Eurostat).

KAPITOLU IIGovernanza ta' l-Istatistika

Artikolu 4Is-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika

1. Is-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika (l-ESS) hija s-sħubija bejn l-awtorità ta' l-istatistika tal-Komunità, li hija l-Kummissjoni (l-Eurostat), u l-Istituti Nazzjonali ta' l-Istatistika (l-NSIs) u awtoritajiet oħra responsabbli f'kull Stat Membru (awtoritajiet nazzjonali) għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej.

2. Il-Kapijiet ta' l-NSIs ta' l-Istati Membri u l-Kummissjoni (l-Eurostat) għandhom jiltaqgħu bħala l-Grupp ta' Sħubija ta' l-ESS għall-anqas tliet darbiet fis-sena sabiex jipprovdu gwida lill-ESS għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej skond il-prinċipji ta' l-istatistika.

3. Il-Grupp ta' Sħubija ESS għandu jeżamina l-kwistjonijiet li ġejjin:

20. il-miżrui għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej, inkluż Strateġija Ewropea għall-Istatistiċi, il-ġustifikazzjoni tagħhom fuq bażi ta' l-effettività tan-nefqa, il-mezzi u ż-żmien sabiex jinkisbu, il-piż tar-rappurtar fuq dawk li jwieġbu s-servej;

21. il-forma bażika tal-Programm Ewropew ta' l-Istatistika;

22. l-iżviluppi u l-prijoritajiet fil-Programm Ewropew ta' l-Istatistika, b'mod partikolari fuq il-bażi tar-rapporti intermedjarji ta' evalwazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikolu 11(2);

23. kwistjonijiet rigward il-kunfidenzjalità ta' l-istatistika;

24. kwistjonijiet oħra, partikolarment kwistjonijiet marbuta mal-metodoloġija, li jfiġġu mill-istabbiliment jew l-implimentazzjoni tal-programmi ta' l-istatistika.

4. Kodiċi ta' Prattika għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej għandu jiġi stabbilit mill-Grupp ta' Sħubija ESS u għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni. L-għan tal-Kodiċi għandu jkun li tiġi żgurata l-fiduċja pubblika fl-Istatistiċi Ewropej billi jiġi stabbilit kif l-Istatistiċi Ewropej għandhom jiġu żviluppati, prodotti u mxerrda f'konformità mal-prinċipji ta' l-istatistika u l-aqwa prattiċi internazzjonali ta' l-istatistika. Il-Kodiċi għandu jkun rivedut u aġġornat kif meħtieġ.

Artikolu 5 L-Istituti Nazzjonali ta' l-Istatistika u awtoritajiet oħra nazzjonali

1. L-NSI ta' kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet kollha fuq livell nazzjonali għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

2. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha żżomm u tippubblika fuq il-websajt tagħha lista ta' l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra maħtura mill-Istati Membri.

3. L-NSIs u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra inklużi fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jirċievu għotjiet mingħajr sejħa għall-proposti.

Artikolu 6 Il-Kummissjoni (Eurostat)

1. Fuq livell ta' Komunità, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiżgura l-produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej skond ir-regoli stabbiliti u l-prinċipji ta' l-istatistika; f'dan ir-rigward, għandu jkollha l-unika responsabbiltà sabiex tiddeċiedi l-proċessi, metodi ta' l-istatistika, standards u proċeduri, u dwar il-kontenut u r-rilaxx fil-ħin ta' l-istatistika.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokol dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tikkoordina l-attivitajiet ta' l-istatistika ma' l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-konsistenza u l-kwalità tad-data u l-imminimizzar tal-piż tar-rispons. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni (Eurostat) tista' tistieden kull korp jew istituzzjoni tal-Komunità biex tikkonsultaha jew tikkoopera magħha għall-iskop ta' l-iżvilupp ta' metodi u sistemi għal għanijiet ta' l-istatistika fil-qasam rispettiv tal-kompetenza; kull wieħed minn dawn l-Istituzzjonijiet jew korpi li jista' jipproponi li jipproduċi l-istatistiċi għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni (Eurostat) u jieħu kont ta' kull rakkomandazzjoni li jista' jagħmel għal dan il-għan.

Artikolu 7 Kooperazzjoni ma' korpi oħra

Il-Kumitat Ewropew Konsultattiv ta' l-Istatistika u l-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza ta' l-Istatistika għandhom ikunu kkonsultati fi ħdan il-limiti tal-kompetenza rispettiva tagħhom.

Artikolu 8 Kooperazzjoni ma' l-ESCB

Sabiex jiġi minimizzat il-piż u tiġi garantita l-koerenza meħtieġa għall-produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej, l-ESCB u l-ESS għandhom jikkooperaw mill-qrib, filwaqt li jikkonformaw mal-prinċipji ta' l-istatistika.

Artikolu 9 Koperazzjoni internazzjonali

Mingħajr preġudizzji għall-pożizzjoni ta' l-Istati Membri individwali, il-pożizzjoni ta' l-ESS rigward kwistjonijiet ta' rilevanza partikolari għall-Istatistiċi Ewropej fuq livell internazzjonali kif ukoll arranġamenti speċifiċi għal rappreżentazzjoni f'korpi internazzjonali ta' l-istatistika għandha tkun koordinata mill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 10 Kwalità ta' l-istatistika

1. Sabiex tiġi garantita l-kwalità tar-riżultat, l-istatistiċi Ewropej għandhom jiġu prodotti fuq il-bażi ta' standards uniformi u metodi armonizzati. F'dan ir-rigward, id-dimensjonijiet ta' kwalità li ġejjin għandhom japplikaw:

25. 'ir-rilevanza' tindika l-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet kurrenti u potenzjali ta’ l-utenti.

26. ‘il-preċizjoni’ tirreferi għal kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa;

27. ‘il-wasla fil-ħin’ tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-disponibilità tat-tagħrif u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi;

28. ‘il-puntwalità’ tirreferi għad-dewmien ta’ żmien bejn id-data ta’ rilaxx tad-data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat;

29. ‘l-aċċessibbiltà’ u ‘ċ-ċarezza’ jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data;

30. ‘il-kumparabilità’ tirreferi għall-kejl ta' l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi u għodod u proċeduri applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien;

31. ‘il-koerenza’ tirreferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b’mod affidabbli b’modi differenti u għal użu varju.

2. Permezz ta’ l-applikazzjoni tad-dimensjonijiet ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għad-data ta' l-istatistika koperta bil-leġiżlazzjoni settorali f'oqsma speċifiċi ta' l-istatistika, il-modalitajiet, l-istruttura u perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità previsti f'leġiżlazzjoni settorali għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2). Kundizzjonijiet speċifċi dwar il-kwalità, bħal valuri mmirati u standards minimi għall-produzzjoni ta' l-istatistika, jistgħu jiġu stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorali. Fejn il-leġiżlazzjoni settorali ma tipprevedix dan, il-miżuri jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Miżura simili mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li tissemma' fl-Artikolu 27(3).

3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni (Ewrostat) rapporti dwar il-kwalità tad-data mibgħuta. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità ta' data mibgħuta u tippubblika rapporti.

KAPITOLU III Produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej

Artikolu 11Programm Ewropew ta' l-Istatistika

1. Il-Programm Ewropew ta' l-Istatistika għandu jipprovdi qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet ta' azzjonijiet previsti għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin. Dan għandu jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

2. Għal kull Programm Ewropew ta' l-Istatistika, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni intermedjarju matul it-tielet sena ta' l-implimentazzjoni tal-programm u rapport finali ta' valutazzjoni fi żmien tnax-il xahar mit-tmiem tal-perjodu tal-programm.

Artikolu 12 Implimentazzjoni tal-Programm Ewropew ta' l-Istatistika;

1. Il-Programm Ewropew ta' l-Istatistika għandu jiġi implimentat b'azzjonijiet individwali ta' l-istatistika li għandhom jiġu deċiżi jew:

32. mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill; jew

33. f'każijiet eċċezzjonali, mill-Kummissjoni taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15; jew

34. permezz ta' qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Eurostat fi ħdan l-isferi rispettivi ta' kompetenza tagħhom. Dan il-qbil għandu jkun bil-miktub.

2. Fl-insegwiment ta' azzjoni msemmija fil-paragrafi 1(a) u 1(b), il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-għanijiet għal azzjoni u analiżi ta' l-effettività tan-nefqa, inkluż valutazzjoni tal-piż fuq dawk li jwieġbu;

Artikolu 13Netwerks kollaborattivi

Fl-azzjonijiet individwali ta' l-istatistika, għandhom jiġu żviluppati, fejn possibbli, fi ħdan l-ESS permezz ta' netwerks kollaborattivi, bil-qsim tal-perizzja u riżultati jew bit-trawwim ta' speċjalizzazzjoni f'ħidmiet speċifiċi. Għal dan il-għan, għandha tiġi żviluppata struttura finanzjarja adegwata.

Artikolu 14 Strateġija Ewropea għall-istatistiċi

1. L-Istrateġija Ewropea għall-Istatistiċi għandha l-għan li:

35. timmassimizza d-disponibbiltà u t-twassil fil-ħin tat-totali Ewropej fejn it-tixrid u l-produzzjoni ta' l-Istatistiċi Ewropej jistgħu jiddependu kompletament jew xejn fuq data nazzjonali prodotta u mxerrda mill-awtoritajiet nazzjonali ta' l-Istati Membri kollha;

36. ittejjeb bl-aħjar mod it-trażmissjoni tad-data u r-rilaxx u r-reviżjoni ta' l-istatistiċi fejn strateġija u politika koordinata trid tiġi stabbilita.

2. Il-miżuri li jridu jittieħdu għandhom ikunu determinat f'azzjonijiet individwali ta' l-istatistika stabbiliti fl-Artikolu 12(1) għall-oqsma settorali ta' l-istatistika jew skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

Artikolu 15 Azzjonijiet statistiċi diretti temporanji tal-Kummissjoni (Eurostat)

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi fuq azzjoni statistika diretta temporanja skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 27(2) sakemm:

37. l-azzjoni ma taqbiżx iż-żmien tal-Programm Ewropew ta' l-Istatistika fis-seħħ f'dak iż-żmien;

38. id-data li trid tinġabar tkun diġà disponibbli jew aċċessibbli mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, jew id-data tista' tinkiseb direttament, permezz ta' kampjuni adatti għall-osservazzjoni ta' l-istatistika tal-popolazzjoni fuq livell Ewropew.

Artikolu 16Programm annwali ta’ ħidma

Kull sena, qabel l-aħħar ta' Mejju, il-Kummissjoni għandha tgħaddi il-programm ta' xogħol tagħha għas-sena ta' wara għal eżaminazzjoni mill-Kumitat ta' l-ESS. Dan il-programm għandu jindika b'mod partikulari:

39. l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tikkonsidra li għandhom prijorità, filwaqt li żżomm f'moħħha l-bżonnijiet ta' politika u l-limiti finanzjarji nazzjonali u tal-Komunità;

40. il-proċeduri u kull strument legali previst mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-programm

Il-Kummissjoni sejra tagħti każ ħafna tal-kummenti tal-Kumitat ta' l-ESS.

KAPITOLU IV Tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej

Artikolu 17Miżuri ta' tixrid

1. It-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej għandu jsir f'konformità sħiħa mal-prinċipji ta' l-Istatistika, partikolarment ir-rispett għall-ħarisen tal-kunfidenzjalità ta' l-istatistika u l-iżgurar ta' aċċess ugwali kif meħtieġ taħt il-prinċipju ta' l-imparzjalità.

2. It-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej għandu jseħħ mill-Kummissjoni (Eurostat), l-NSIs u l-awtoritajiet nazzjonali l-oħra fl-isferi ta' kompetenza tagħhom.

3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu l-appoġġ neċessarju biex jiżguraw il-kwalità ta' l-aċċess ta' l-Istatistiċi Ewropej għall-utenti kollha.

Artikolu 18 Użu Pubbliku tal-Fajls

Data individwali tista' tixxerred fil-forma ta' fajl għall-użu pubbliku li jikkonsisti f'rekords anonimizzati li ġew preparati b'tali mod li s-suġġett tad-data ta' l-istatistika ma jistax jiġi identifikat meta jittieħed kont tal-mezzi kollha relevanti li jistgħu jintużaw b'mod raġonevoli minn terza persuna.

KAPITOLU V Kunfidenzjalità ta' l-Istatistika

Artikolu 19Ħarsien tad-data kunfidenzjali fi ħdan l-ESS

1. Ir-regoli u l-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw biex jiġi żgurat li d-data kunfidenzjali tkun użata esklussivament għal għanijiet ta' statistika u għall-prevenzjoni ta' żvelar mhux skond il-liġi.

2. L-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (l-Eurostat) għandhom jiżguraw li d-data kunfidenzjali tkun użata esklussivament għal għanijiet ta' statistika sakemm is-suġġetti tad-data ta' l-istatistika ma jkunux aċċettaw bil-miktub l-użu għal kull għan ieħor speċifikat.

3. Ir-riżultati ta' l-istatistika li jistgħu jagħmluha possibbli għall-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data ta' l-istatistika jistgħu jixxerrdu mill-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (l-Eurostat) f'każijiet eċċezzjonali; il-kundizzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu determinati mil-Liġi tal-Komunità. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu emendati b'tali mod li t-tixrid tagħhom ma jippreġudikax il-kunfidenzjalità ta' l-istatistika kull meta s-suġġett tad-data ta' l-istatistika jitlob dan.

4. L-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (l-Eurostat) għandhom jieħdu l-miżuri kollha regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzazzjonali biex jiżguraw l-armonizzazzjoni tal-metodi, l-kriterji u l-prattiċi fi ħdan l-ESS rigward il-ħarsien fiżiku u loġiku tad-data kunfidenzjali (Kontroll ta' l-Iżvelar ta' l-Istatistika).Il-miżuri għall-iżgurar ta' l-implimentazzjoni ta' l-ewwel paragrafu għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).

5. Uffiċjali u personell ieħor ta' l-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom aċċess għad-data kunfidenzjali għandhom ikunu soġġetti għall-konformità ma' kunfidenzjalità simili, anke wara li jtemmu l-funzjoni tagħhom.

Artikolu 20 Trażmissjoni ta' data kunfidenzjali

1. It-trażmissjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u bejn l-awtoritajiet nazzjoni u l-Kummissjoni (Eurostat), ta' data kunfidenzjali tista' sseħħ sakemm din it-trażmissjoni hija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej. Kull trażmissjoni oħra għandha tkun awtorizzata espliċitament mill-awtorità nazzjonali li ġabret id-data.

2. Ir-regoli nazzjonali dwar kunfidenzjalità statistika ma jistgħux jiġu invokati biex jipprevjenu t-trażmissjoni ta' data fejn att tal-liġi tal-Komunità jipprovdi għat-trażmissjoni ta' dik id-data.

3. L-iskambjar ta' data kunfidenzjali għal għanijiet ta' statistika bejn l-ESS u l-ESCB jista' jseħħ fejn meqjus neċessarju għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej jew ta' l-ESCB jekk previst espliċitament fil-liġi tal-Komunità.

4. Il-miżuri ta' ħarsien previsti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw għad-data kollha kunfidenzjali trażmessa fi ħdan l-ESS u bejn l-ESS u l-ESCB.

Artikolu 21 Ħarsien ta' data kunfidenzjali fil-Kummissjoni (Eurostat)

1. Id-data kunfidenzjali għandha tkun aċċessibbli, soġġetta għal eċċezzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, biss għal uffiċjali tal-Kummissjoni (Eurostat) u tista' tintuża minnhom esklussivament għal għanijiet ta' statistika.

2. F'każijiet eċcezzjonali l-Kummissjoni (Eurostat) tista' tagħti aċċess għad-data kunfidenzjali lill-personal tagħha jew lil persuni naturali li jaħdmu għall-Kummissjoni (Eurostat) b'kuntratt.

3. Persuni li għandhom aċċess għad-data kunfidenzjali għandhom jużaw dawn id-data biss għal għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għandhom ikunu soġġett għal din ir-restrizzjoni anke wara li jtemmu l-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 22 Aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet ta' riċerka

L-aċċess għad-data kunfidenzjali jista' jingħata fuq livell ta' Komunità mill-Kummissjoni (Eurostat) lil riċerkaturi li jwettqu l-analiżi ta' l-istatistika għal raġunijiet xjentifiċi. Jekk id-data tkun ġiet trażmessa lill-Eurostat l-approvazzjoni ta' l-awtorità nazzjonali li tkun provdiet id-data hija meħtieġa.

Il-modalitajiet, ir-regoli u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni. Miżura simili mfassla biex temenda l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, fost oħrajn billi tissupplimentah, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju li tissemma fl-Artikolu 27(3).

Artikolu 23 Aċċess għal rekords amministrattivi

Sabiex jitnaqqas il-piż minn fuq min jirrispondi, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat) għandhom ikollhom aċċess għal sorsi ta' data amministrattiva, kull wieħed fil-qasam ta' l-attività ta' l-amministrazzjonijiet pubbliċi tiegħu stess, sakemm dawn id-data huma neċessarji għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' l-Istatistiċi Ewropej.

L-arranġamenti prattiċi u l-limiti u kondizzjonijiet sabiex jinkiseb aċċess effettiv għandhom ikunu stabbiliti fejn ikun neċessarju minn kull Stat Membru u l-Kummissjoni fl-isferi ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

Artikolu 24 Data minn sorsi pubbliċi

Data miksuba minn sorsi disponibbli legalment lill-pubbliku m'għandhiex tkun kunsidrata kunfidenzjali għall-iskop tat-tixrid ta' l-informazzjoni statistika miksuba minn din id-data.

Artikolu 25 Qbil mis-suġġett tad-data statistika

Il-kunfidenzjalità ta' l-istatistika m'għandhiex tipprevjeni t-tixrid meta s-suġġett tad-data ta' l-istatistika jkun qabel ma' l-iżvelar tad-data.

Artikolu 26 Vjolazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' l-istatistika

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jipprevjenu u jissanzjonaw kull vjolazzjoni tal-kunfidenzjalità ta' l-istatistika.

KAPITOLU VI Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 27Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea ta' l-Istatistika, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala l-Kumitat ESS.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, u jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu ffissat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 28 Revoka

1. Ir-Regolament (Euratom, KE) [ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru .../... ta' ... dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-konfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej [COM(2006)477] ] huwa revokat.

Referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Referenzi għall-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità Statistika stabbilit taħt ir-Regolament Revokat għandhom jitqisu bħala referenzi għall-Kumitat ESS stabbilit bl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-Regolament (KE) 322/97 huwa revokat.

Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

3. Id-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom hija revokata.

Referenzi għall-Kumitat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-Kumitat ESS stabbilit bl-Artikolu 27 ta' dan ir-Regolament

Artikolu 29 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-ġbir tat-tagħrif ta' l-istatistika mill-Bank Ċentrali Ewropew, (ĠU, L 318, 27.11.1998, p. 8).

[2] Komunikazzjoni tal-25 ta' Mejju 2005 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-indipendenza, l-integrità u l-affidibbiltà ta' l-awtoritajiet ta' l-istatistika nazzjonali u tal-Komunità u Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-indipendenza, l-integrità u l-affidibbiltà ta' l-awtoritajiet ta' l-istatistika nazzjonali u tal-Komunità (COM(2005)217).

[3] Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf Bord Ewropew Konsultattiv tal-Governanza ta’ l-Istatistika (COM(2006)599).

[4] Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf Kumitat Ewropew Konsultattiv dwar il-Politika tal-Komunità dwar l-Informazzjoni ta' l-Istatistika (COM(2006)653).

[5] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

[6] ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

[7] ĠU L 52, 22.2.1997 p. 1.

[8] ĠU L 358, 31.12.2002 p. 1

[9] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar it-tnaqqis fil-piżijiet marbuta mar-rispons, mas-simplifikazzjoni u l-issettjar tal-prijoritajiet fil-kamp ta' l-istatistika Komunitarja” (COM(2006) 693).

[10] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-24 ta' Jannar 2007 - Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)23).

[11] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni ta' l-24 ta' Ottubru 2003 - L-ewwel rapport ta' implimentazzjoni tal-qafas ta' azzjoni "L-aġġornar u s-simplifikar ta' l- acquis tal-Komunità" (COM(2003) 623).

[12] ĠU C [...], [...], p. [...].

[13] ĠU C [...], [...], p. [...].

[14] ĠU L 357, 31.12.2002, p.1. Ir-Regolament kif emendat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 478/2007 tat-23 ta' April 2007

[15] ĠU L 318, 27.11.1998, p.8.

[16] ĠU L 332, 30.11.2006, p.21 .

[17] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[18] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[19] ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

[20] ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13

[21] ĠU L 184, 17.7.1999 p. 23. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[22] ĠU L , , p. .

[23] ĠU L 52, 22.2.1997 p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tad-31.10.2003, p. 1).

[24] ĠU L 181, 28.6.1989 p. 47.

[25] ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1104/2006 ĠU L 197, 19.7.2006, p. 3).

[26] ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 202, 7.6.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2007/439/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 30-31).