52007PC0603




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.10.2007

KUMM(2007) 603 finali

2005/0214 (COD)

Proposta emendata għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib fil-possibbiltà li jinġarru d-drittijiet għall-pensjoni komplimentari il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-mobilità tal-ħaddiema permezz ta’ titjib fl-akkwiżizzjoni u fil-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja

(ippreżentata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Kummissjoni tippreżenta proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja. Fil-proposta emendata hemm inkorporati emendi proposti mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu li huma aċċettabbli għall-Kummissjoni, flimkien ma’ titjib tekniku li huwa l-prodott ta’ diskussjonijiet ma’ esperti fi ħdan il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Barra dan, il-Kummissjoni tqis bis-sħiħ it-talba tal-Kunsill Ewropew għal proposta emendata bbażata fuq it-tisħiħ tal-mobilità tal-ħaddiema permezz ta’ titjib fl-akkwiżizzjoni u fil-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja. |

SFOND |

Fl-20 ta’ Ottubru 2005, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja. Din il-proposta ntbagħtet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-21 ta’ Ottubru 2005. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-20 ta’ April 2007 u ppropona emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni leġiżlattiva fl-ewwel qari fl-20 ta’ Ġunju 2007. |

L-GħAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI |

Is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tad-diversi Stati Membri jridu jindirizzaw il-problema tax-xjuħija demografika. Ir-riformi adottati jew previsti fil-parti l-kbira ta’ l-Istati Membri mixjin lejn aktar żvilupp ta’ l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni, xi ħaġa li hija mħeġġa b’mod attiv minn ħafna Stati Membri. Huwa għalhekk urġenti li jiġi żgurat li r-regoli ta’ l-operat ta’ dawn l-iskemi ma jxekklux il-moviment liberu tal-ħaddiema bejn l-Istati Membri jew il-mobilità fl-Istati Membri, b’mod li jitnaqqsu l-opportunitajiet għall-ħaddiema li jiċċaqilqu minn pajjiż għall-ieħor, milli jakkumulaw drittijiet sodisfaċenti għall-pensjoni fi tmiem il-karriera tagħhom. Jekk dan ma jintlaħaqx, tonqos il-flessibilità u l-effikaċja tas-suq tax-xogħol. Anki jekk hemm ħafna fatturi oħra li jistgħu jiddeterminaw l-għażla ta’ persuna li tkun aktar mobbli, il-possibbiltà li persuna titlef id-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja tista’ ġġegħilha tqisha sew jekk tbiddilx l-impjieg jew le. Għalhekk, din il-proposta emendata tindirizza b’mod dirett il-kwistjoni tat-tnaqqis ta’ dawk l-ostakli misjuba f’xi skemi kumplimentarji tal-pensjoni bil-għan li titħaffef il-mobilità tal-ħaddiema. L-ostakli potenzjali għall-mobilità tal-ħaddiema jirrelataw, b’mod partikolari, mal-kondizzjonijiet li skondhom il-persuna takkwista d-drittijiet għall-pensjoni; u l-kondizzjonijiet li fihom jiġu ttrattati dawk id-drittijiet ladarba l-persuna tkun biddlet xogħolha. Barra minn dan, il-proposta emendata tindirizza l-kwistjoni tad-dritt tal-ħaddiema għat-tagħrif dwar kif il-mobilità taffettwa l-ksib u ż-żamma tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni kumplimentarja. |

L-OPINJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-EMENDI ADOTTATI MILL-PARLAMENT EWROPEW |

Fl-20 ta’ Ġunju 2007, il-Parlament Ewropew adotta 34 emenda dwar il-proposta għal Direttiva dwar it-titjib fit-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-maġġoranza ta’ l-emendi tal-Parlament Ewropew huma aċċettabbli kompletament, fil-prinċipju, jew parzjalment, billi jħaddnu l-għanijiet u l-vijabbiltà politika tal-proposta u f’ħafna każijiet itejbu l-abbozz oriġinali. Karatteristika ewlenija ta’ l-emendi tal-Parlament Ewropew hija l-iffukar tad-Direttiva fuq il-ksib u ż-żamma ta’ drittijiet fissi aktar milli fuq dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment. Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li l-introduzzjoni issa ta’ l-għażla ta’ trasferiment obbligatorju tqiegħed piż kbir wisq fuq uħud mill-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni u minn barra dan toħloq diffikultajiet tekniċi konsiderevoli. Wara li qieset bir-reqqa d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-fehmiet espressi mill-esperti fi ħdan il-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill, il-Kummissjoni tirrikonoxxi din il-bidla fil-prijoritajiet u taċċetta t-tneħħija ta’ l-Artikolu 6 (dispożizzjonijiet dwar it-trasferiment). Għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li temenda t-titolu tad-Direttiva, u taċċetta parzjalment il-lingwaġġ użat mill-Kunsill Ewropew fir-referenza tagħhom għall-abbozz tad-Direttiva f’Ġunju ta’ l-2007. Il-proposta emendata issa hija intitolata: "Proposta għal direttiva dwar il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-mobilità tal-ħaddiema permezz ta’ titjib fil-ksib u ż-żamma tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja". Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta kompletament jew parzjalment, dawn l-emendi tal-Parlament Ewropew li ġejjin: 3.1 Ambitu ta’ l-applikazzjoni u dispożizzjonijiet ġenerali oħra (l-Artikoli 1-3) Għan: L-emendi 1 u 18 jirrigwardaw l-għan tad-Direttiva u l-ewwel emenda tħassar ir-referenza għat-trasferiment fil-premessa 5, u tirrifletti t-tneħħija ta’ l-Artikolu 6 dwar it-trasferiment. L-emenda tissostitwixxi wkoll it-terminu 'armonizzazzjoni' ma’ 'rekwiżiti minimi' f’konformità mat-tibdiliet fl-Artikoli 4 u 5. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda kompletament. L-emenda 18 tissostitwixxi t-terminu ‘ħaddiema’ ma’ ‘individwi’ fl-Artikolu 1 u tespandi l-għan tad-Direttiva. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta din l-emenda għar-raġuni li d-Direttiva tikkonċerna t-tneħħija ta’ l-ostakli fi ħdan l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni li għandhom impatt fuq il-moviment liberu tal-ħaddiema jew il-mobilità. Il-Komunità m’għandhiex il-poter li titlob lill-Istati Membri jwettqu 'l-iżvilupp malajr ta’ skemi kumplimentarji tal-pensjoni'. Il-Kummissjoni qieset il-modifiki tekniċi diskussi fil-Kunsill u skond dawn għamlet emendi żgħar fl-abbozz ta’ l-Artikolu 1. L-emenda 2 tipproponi premessa ġdida li tenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li s-sostenibbiltà tal-provvista ta’ pensjoni kumplimentarja ma tiddgħajjifx minn din id-Direttiva u li jitqies b’mod sħiħ il-ħarsien tad-drittijiet tal-kumplament tal-ħaddiema u tal-pensjonanti ta’ l-iskema. Hi tenfasizza wkoll ir-rwol importanti li l-imsieħba soċjali għandhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda kompletament (issa tidher bħala 5a). L-emenda 3 tintroduċi premessa ġdida (issa tidher bħala 5b) li tenfasizza li d-Direttiva ma teħtieġx l-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni biex twaqqaf skemi kumplimentarji tal-pensjoni fejn ma kinux jeżistu qabel. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda fil-prinċipju u tiċċara t-test – ibbażat parzjalment fuq xogħol tekniku mwettaq mill-esperti fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill – li l-Istati Membri, filwaqt li huma obbligati jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f’liġi nazzjonali, jibqgħu responsabbli għall-organizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjoni tagħhom stess. Ambitu. L-emenda 5 hija premessa ġdida (issa tidher bħala 5c) li tiċċara l-ambitu tad-Direttiva li l-Kummissjoni taċċetta kompletament. L-emendi 6, 7, 8 u 19 għandhom jitqiesu flimkien għall-modifika ta’ l-Artikolu 2 u l-premessi relattivi tiegħu. L-emenda 6 tintroduċi premessa ġdida (issa tidher bħala 5d) li tiċċara l-eżenzjoni mill-applikazzjoni tad-Direttiva għal dawk l-iskemi li huma magħluqa għall-membri l-ġodda. Il-Kummissjoni taċċetta li din ir-restrizzjoni hija kompromess u tista’ tkun titqies bħala miżura proporzjonata biex tiżgura s-sostenibbiltà kontinwa ta’ wħud mill-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni. Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta l-emenda kompletament biż-żieda ta’ kjarifika teknika li tirrelata mas-'sotto-sezzjonijiet' ta’ skemi magħluqa biex tiżgura li fejn japplika, ikunu eżentati biss dawk il-partijiet ta’ l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni magħluqa għal membri ġodda. L-emenda 7 hija kjarifika teknika u tintroduċi premessa ġdida (issa tidher bħala 5e) li tagħmilha ċara li d-Direttiva m’għandha l-ebda impatt fuq il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew stralċ li l-Kummissjoni taċċetta parzjalment, u ma laqgħetx ir-referenza għall-Artikolu 16(2) 2003/41/KE, li hija irrilevanti għall-iskopijiet tal-kjarifika. L-emenda 19 tikkonċerna l-Artikolu 2 fl-intier tiegħu u ġiet aċċettata fil-prinċipju, suġġetta għall-kjarifiki tekniċi żviluppati ma’ l-esperti fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. L-emenda 8 tintroduċi premessa ġdida (issa tidher bħala 5f) li tiċċara li d-Direttiva ma tapplikax għal sistemi ta’ protezzjoni mill-insolvenza, skemi ta’ kumpens jew fondi nazzjonali ta’ riserva u l-Kummissjoni taċċetta din l-emenda kompletament. Definizzjonijiet. L-emenda 20 tikkonsisti f’tibdiliet tekniċi fid-definizzjoni tat-termini fl-Artikolu 3. Il-Kummissjoni taċċetta t-tibdiliet fl-Artikolu 3(a) kompletament, kif ukoll l-inklużjoni ta’ definizzjoni ġdida 3(da), li tittratta t-terminu ‘perjodu ta’ akkwiżizzjoni’. L-emenda f’3(b) hija aċċettata, għajr il-proposta għat-tneħħija tal-kelma 'okkupazzjonali' li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala li tnaqqas iċ-ċarezza tad-definizzjoni. L-emenda fi 3(c) hija aċċettata parzjalment b’xi tibdiliet fl-abbozz biex jiddeskrivu b’mod aktar ċar li l-kondizzjonijiet li 'membru attiv' jeħtieġlu jissodisfa huma dawk il-kondizzjonijiet tal-kisba stipulati fl-Artikolu 4. L-emenda fl-Artikolu 3(d) hija aċċettata bi ftit bdil fl-abbozzar. L-emenda fl-Artikolu 3(f) hija aċċettata fil-prinċipju, filwaqt li jintuża l-lingwaġġ żviluppat mill-esperti fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. It-tibdil fl-Artikolu 3(h) bis-sostituzzjoni tat-terminu ‘benefiċjarju differenzjat’ bit-terminu ‘membru mhux attiv’ ma ġiex aċċettat, billi l-Kummissjoni tqis li t-terminu oriġinali kien aktar ċar teknikament. Il-Kummissjoni taċċetta madankollu l-kumplament tat-tibdil tekniku f’3(h) fil-prinċipju, filwaqt li tuża l-lingwaġġ parti minnu żviluppat mix-xogħol tal-Kunsill. It-tibdil fl-Artikolu 3(i) ġie aċċettat, bl-eċċezzjoni tat-terminu ‘membru mhux attiv’. Il-bidliet fl-Artikolu 3(j) jinvolvu l-introduzzjoni ta’ kunċett ġdid, ‘valur tad-drittijiet fissi’ u t-tħassir tat-terminu 'trasferiment'. Il-Kummissjoni taċċetta r-raġunament wara din id-definizzjoni l-ġdida iżda tikkunsidra li t-terminu ‘valur tad-drittijiet fissi’ bħala aktar preċiż u tabbozza skond dan. L-Artikoli 3(e) u 3(g) tħassru mill-Kummissjoni biex tirrifletti r-ristrutturar u l-modifika tad-Direttiva fl-intier tagħha, għalhekk dawn id-definizzjonijiet m’humiex aktar meħtieġa. L-emenda 4 tintroduċi l-premessa ġdida (issa tidher bħala 5g) li tiċċara aktar id-definizzjoni ta’ 'skemi kumplimentarji tal-pensjoni'. Il-Kummissjoni taċċetta l-premessa l-ġdida fil-prinċipju filwaqt li tibbaża fuq ix-xogħol ta’ l-esperti tal-Kunsill biex ittejjeb l-abbozzar tekniku. Il-Kummissjoni tissimplifika wkoll id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ meta r-regoli tal-pensjoni individwali għandhom jitqiesu bħala skemi kumplimentarji għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li t-tassonomija tas-sistemi tal-pensjoni, b’mod partikulari fir-rigward ta’ arranġamenti għall-pensjoni individwali, mhux dejjem hi ddefinita sew. Għalhekk il-premessa tagħmilha ċara li r-regoli tal-pensjoni individwali konklużi permezz ta’ relazzjoni ta’ impjieg għandhom jitqiesu li jaqgħu fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Barra minn dan, il-Kummissjoni introduċiet premessa ġdida (5h) biex tiċċara li pagamenti żgħar speċjali, li jsiru fl-aħħar tal-karriera u ffinanzjati biss minn min iħaddem, mhumiex ikkunsidrati bħala pensjonijiet kumplimentarji għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva. 3.2 Kondizzjonijiet tal-ksib (l-Artikolu 4) L-emenda 22 tiżviluppa l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni dwar il-ksib tad-drittijiet tal-pensjoni. L-approċċ li ħa l-Parlament bl-introduzzjoni ta’ ħtiġijiet minimi għall-ksib joħloq bilanċ differenti minn dak tal-Kummissjoni filwaqt li jżomm il-prinċipju tat-tnaqqis ta’ l-ostakli għall-mobilità misjuba f’xi skemi kumplimentarji tal-pensjoni. L-aspett ċentrali ta’ l-emenda jipproponi t-tneħħija ta’ kull referenza għall-etajiet minimi ta’ l-akkwiżizzjoni kif stipulat fl-Artikolu 4(b), biex jiġu ssostitwiti bi tfassil ġdid li intrinsikament torbot il-kunċett ta’ perjodu massimu ta’ akkwiżizzjoni permess ma’ l-età tal-membru attiv ta’ l-iskema. L-emenda, għalhekk, tipproponi perjodu ta’ akkwiżizzjoni massimu ta’ 5 snin (fejn stipulat) għall-membri attivi taħt l-età ta’ 25 u l-esklużjoni ta’ kull kondizzjonijiet ta’ akkwiżizzjoni għal dawk ’il fuq minn 25 sena. Il-Kummissjoni tagħraf li l-intenzjoni ta’ din l-emenda hija li tirrikonoxxi li b’mod ġenerali, il-ħaddiema żgħar ikollhom aktar mobilità minn dawk ta’ aktar minn 25 sena u li l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni għal dawk taħt l-età ta’ 25 taf tkun anqas urġenti milli għal dawk li għandhom età akbar. Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta l-proposta li tippermetti, fejn japplika, perjodu ta’ akkwiżizzjoni li ma jaqbiżx ħames snin għal dawk taħt l-età ta’ 25 bħala miżura ta’ kompromess. Fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ kull kondizzjoni ta’ akkwiżizzjoni għal dawk ’il fuq minn 25 sena, il-Kummissjoni, filwaqt li tappoġġja l-prinċipju tad-drittijiet tal-ħaddiema għall-akkwiżizzjoni ma’ l-eqreb opportunità, taċċetta li xi skemi kumplimentarji tal-pensjoni jistgħu jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet amministrattivi u tekniċi sinifikanti jekk ma jkunx permess perjodu ta’ akkwiżizzjoni qasir. Dan huwa l-każ partikularment ta’ skemi fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma taħsibx għal perjodu obbligatorju ta’ impjieg qabel is-sħubija fi skema tal-pensjoni. Bħala tali, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-proposta li telimina l-kondizzjonijiet tal-ksib wara l-età ta’ 25 u minflok tipproponi li fejn hemm perjodi ta’ akkwiżizzjoni, dawn ma jistgħux jaqbżu s-sena. Dan jibqa’ approċċ proporzjonat li jnaqqas l-ostakli għall-mobilità, filwaqt li jagħti attenzjoni li ma jgħabbix l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni b’piżijiet esaġerati. Il-Kummissjoni għalhekk abbozzat mill-ġdid l-Artikolu 4(c) fuq din il-bażi filwaqt li ċċarat li l-perjodu ta’ akkwiżizzjoni ta’ sena japplika dejjem ladarba membru attiv jilħaq l-età ta’ 25 sena, irrispettivament mill-età li minnha jibda jakkumula d-drittijiet. Ir-ristrutturazzjoni ta’ l-Artikolu 4 mill-Parlament Ewropew biex jgħaqqad il-kunċett ta’ l-etajiet u l-perjodi ta’ akkwiżizzjoni massimi jħalli element ta’ inċertezza dwar jekk l-età ta’ akkwiżizzjoni minima tistax tiġi applikata xorta għal dawk taħt l-età ta’ 25 sena. Bir-reviżjoni ulterjuri ta’ din il-proposta tal-Kummissjoni li tippermetti perjodu ta’ akkwiżizzjoni massimu ta’ sena (għal dawk ’il fuq minn 25 sena) din l-inċertezza tikber. Għalhekk, għaċ-ċarezza, il-Kummissjoni ma laqgħetx it-tħassir ta’ l-Artikolu 4(b) li jistipula: 'meta tkun stpulata età minima biex jinkisbu d-drittijiet għall-pensjoni, din ma tkunx aktar minn 21 sena', u minflok tagħmel emendi żgħar fl-abbozz. Barra minn dan il-Kummissjoni tagħmel emendi tekniċi fl-Artikolu 4(c) oriġinali u tmexxih għal 4(a) biex ittejjeb l-istruttura ġenerali u l-konsistenza ta’ l-Artikolu 4. L-emenda 43 tabbozza mill-ġdid u tespandi l-Artikolu 4(a) oriġinali (issa jidher bħala 4(d)) u tiċċara aktar kif għandhom jiġu ttrattati l-kontribuzzjonijiet li jsiru qabel ma tibda l-akkwiżizzjoni. Il-Kummissjoni taċċetta dawn il-bidliet kompletament, suġġetti għal emendi żgħar fl-abbozz. Il-Kummissjoni taċċetta wkoll fil-prinċipju l-premessa ġdida korrispondenti introdotta bl-emenda 11. Din hija abbozzata mill-ġdid bħala l-premessa 6(a) wara l-kummenti ta’ l-esperti fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill li jiċċaraw aktar il-mezzi li bihom jiġu ttrattati d-drittijiet mhux akkwiżiti u l-ħaddiema li jispiċċaw mill-impjieg. L-emenda 24 tiddeskrivi r-rwol li l-imsieħba soċjali – permezz ta’ ftehim kollettiv – jista’ jkollhom meta jintroduċu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4(a-d). Il-Kummissjoni taċċetta dawn il-proposti fil-prinċipju u tintroduċihom bħala l-Artikolu l-ġdid 4(e) bit-tibdiliet fl-abbozz diskussi fil-Kunsill li joffru aktar ċarezza legali. L-emenda 9 tikkonċerna premessa ġenerali għall-Artikolu 4 kollu li parzjalment tibdel il-premessa 6 oriġinali mneħħija bl-emenda 10. Hi tistipula li minħabba ż-żieda fl-importanza tal-kontribut li l-pensjoni kumplimentarja għandha fuq id-dħul wara l-irtirar, l-akkwiżizzjoni, il-preservazzjoni u t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni għandhom jitjiebu. Il-Kummissjoni taċċetta l-emenda kompletament bħala l-premessa 5i waqt li tagħmel referenza addizzjonali għat-tnaqqis ta’ l-ostakli għall-moviment liberu u għall-mobilità okkupazzjonali biex tiżgura l-konsistenza ma’ l-għan tad-Direttiva. Bħala kjarifika teknika addizzjonali l-Kummissjoni tintroduċi l-premessa l-ġdida 5j biex tevita l-konfużjoni fit-tifsira tat-terminu 'ħtiġijiet ta’ akkwiżizzjoni', li f’xi Stati Membri jista’ jiġi interpretat li jirrigwarda x-xiri ta’ annwalità. 3.3 Preservazzjoni tad-drittijiet fissi u t-trasferibbiltà (l-Artikoli 5 u 6) Preservazzjoni tad-drittijiet fissi. L-emenda 12 tintroduċi l-premessa ġdida (6b) li tenfasizza d-dritt tal-ħaddiema li jispiċċaw li jħallu d-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni tagħhom bħala drittijiet fissi fl-iskema li fiha huma għamlu l-akkwiżizzjoni. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda fil-prinċipju, b’abbozzar addizzjonali li jirrifletti l-ħidma fi ħdan il-Kunsill, b’mod partikulari dik marbuta ma’ ċerti sitwazzjonijiet fejn ħaddiema li jiċċaqilqu ħafna, partikularment fil-kuntest ta’ skemi tal-pensjoni kontributorji definiti, jista’ jkollhom id-drittijiet tagħhom rilaxxati fi skema kumplimentarja ta’ pensjoni oħra li tissodisfa d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5.1. L-emenda 13 tfassal mill-ġdid il-premessa 7 f’konformità mal-prinċipju ġenerali li jiċċara l-mod kif id-drittijiet fissi għandhom jiġu kkalkulati u ppreservati, waqt li tenfasizza l-ħtieġa li titqies in-natura partikulari ta’ l-iskema u d-drittijiet tal-membri fl-iskema li ma jkunux spiċċaw mill-impjieg. Il-Kummissjoni taċċetta l-emenda fil-prinċipju u tibbaża fuq ix-xogħol tekniku ta’ l-esperti fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill fl-abbozzar mill-ġdid tagħha. It-test issa jirreferi għal-'liġi nazzjonali u għall-prassi' għall-kalkolu tal-valuri tad-dritt għall-pensjoni, aktar milli għall-'istandards attwarjali' biex jevita l-konfużjoni mad-dispożizzjonijiet transkonfinali tad-Direttiva 2003/41/KE[1]. Bl-użu ta’ aktar ħidma li twettqet mill-esperti matul il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill, it-test jagħmel referenza wkoll għal spejjeż amministrattivi ġustifikati li jistgħu jitqiesu fil-każ li d-drittijiet fissi jiġu aġġustati. Il-Kummissjoni tikkunsidra din bħala żieda proporzjonata u meħtieġa. L-emenda 14 tiċċara l-premessa 8 fir-rigward tar-rilaxx ta’ ammonti żgħar ta’ drittijiet għall-pensjoni akkwiżiti ta’ ħaddiema li jispiċċaw. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda fil-prinċipju u żżid kjarifiki dwar il-kunċett tal-kalkolu ta’ ħlasijiet kapitali. L-emenda 25 tirriforma l-Artikolu 5 bl-introduzzjoni ta’ l-Artikolu l-ġdid 5.1 li jippermetti lill-ħaddiema li jispiċċaw – suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati fil-5.2 u fil-5.3 – id-dritt li jħallu d-drittijiet fissi tagħhom fl-iskema li fiha saret l-akkwiżizzjoni. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda fil-prinċipju b’tibdiliet fl-abbozz li parti minnhom jirriflettu d-diskussjonijiet tekniċi fil-Kunsill. Biex tiżgura ċ-ċarezza ta’ l-intenzjoni l-Kummissjoni tinkorpora wkoll test biex tiċċara li fejn japplika, il-valur tad-drittijiet għall-pensjoni fissi ffurmati ġodda għandu jiġi kkalkulat fil-mument li l-ħaddiem iħalli l-iskema. Dan il-valur ikun il-punt ta’ referenza għat-trattament futur tad-drittijiet fissi kif stabbilit fl-Artikolu 5.1. L-emenda 25 iżżid ukoll dettall konsiderevoli ma’ l-Artikolu 5.1 u b’mod partikulari tagħmel referenza espliċita għall-modi li bihom 'aġġustament ġust' (deskritt bħala 'trattament ġust' fl-emenda) għandu jitqies ġust. Parzjalment dan jinvolvi l-inklużjoni tat-test mill-premessa 7 oriġinali. L-emenda tipproponi wkoll li d-drittijiet fissi għandhom jiġu protetti f’każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddem li jkun qed jisponsorjahom. Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-introduzzjoni ta’ protezzjoni mill-insolvenza f’din id-Direttiva għaliex diġà hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni Ewropea permezz tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE[2]. It-tibdil l-ieħor huwa aċċettat mill-Kummissjoni fil-prinċipju filwaqt li tagħmel użu mil- lingwaġġ tekniku żviluppat fi ħdan il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill. Il-Kummissjoni madankollu, filwaqt li taċċetta l-prinċipju tal-provvista ta’ aktar dettall fl-Artikolu 5.1, tqis li l-istruttura ta’ l-emenda proposta ma tilħaqx kompletament l-għan tagħha li tiddefinixxi 'trattament ġust' b’mod aktar espliċitu. Għalhekk, il-proposta emendata tfassal mill-ġdid u tiċċara l-Artikolu 5.1 billi tagħti żewġ metodi komuni u speċifiċi għat-trattament tad-drittijiet fissi (żvilupp konformi mad-drittijiet tal-membri attivi u żvilupp konformi mal-benefiċċji tal-pensjoni li qed jitħallsu bħalissa) flimkien mal-kunċett tat-trattament ġust fl-intestatura ta’ l-Artikolu. Metodi oħra li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala trattament ġust huma mbagħad elenkati kif propost fl-emenda 25. Għal aktar ċarezza biex tikkomplimenta dan it-tibdil, il-Kummissjoni tintroduċi l-premessa ġdida (7a), li tistqarr li d-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligazzjoni biex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet aktar favorevoli għad-drittijiet fissi milli għad-drittijiet tal-membri attivi. Il-Kummissjoni tintroduċi wkoll – wara l-parir ta’ l-esperti tal-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill – kjarifika addizzjonali fl-Artikolu 5.1(c) li tippermetti lill-Istati Membri li jistabbilixxu limiti proporzjonati meta d-drittijiet fissi jiġu aġġustati f’konformità ma’ l-inflazzjoni tal-prezzijiet jew tal-pagi. Il-Kummissjoni tikkunsidra dan bħala kompromess raġonevoli biex titħares is-sostenibbiltà fit-tul tal-provvista ta’ pensjoni kumplimentarja. B’konsegwenza ta’ dawn it-tibdiliet, id-dispożizzjoni ta’ l-implimentazzjoni misjuba fl-Artikolu 9.5 hija żejda u għalhekk imħassra. L-emenda 25 tipproponi wkoll tibdiliet fl-abbozz ta’ l-Artikolu 5.2 fir-rigward ta’ kif l-iskemi tal-pensjoni jistgħu jirrilaxxaw ir-responsabbiltajiet bħala somma kapitali meta d-drittijiet akkumulati jkunu taħt livell speċifiku stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni taċċetta dawn it-tibdiliet kompletament, suġġetti għal tibdil żgħir fl-abbozzar. Il-Kummissjoni taċċetta wkoll fil-prinċipju l-introduzzjoni ta’ l-Artikolu 5.3 li jagħmel espliċitu r-rwol li l-imsieħba soċjali jistgħu jwettqu meta jintroduċu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 permezz ta’ ftehimiet kollettivi. Trasferimenti. L-emendi 15, 16 u 17 jirriflettu t-tibdiliet fl-Artikolu 5 u t-tneħħija ta’ l-Artikolu 6, filwaqt li jenfasizzaw li d-Direttiva ma tippruvax tiskoraġġixxi t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni. Il-premessi jirrakkomandaw li l-Istati Membri għandhom ifittxu li jtejbu l-kondizzjonijiet tat-trasferiment kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi 15 u 17 li jħassru l-premessi 9 u 10 u l-Kummissjoni taċċetta wkoll, bi bdil fl-abbozzar, l-emenda 16 (issa tidher bħala l-premessa l-ġdida 9a) li tistqarr li t-trasferimenti għandhom ikunu mħeġġa b’mod partikulari fl-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni l-ġodda. L-emenda 26 tipproponi t-tħassir ta’ l-Artikolu 6 dwar it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni. Il-Kummissjoni taċċetta kompletament din l-emenda filwaqt li jiddispjaċiha li m’hemmx dispożizzjonijiet li jispeċifikaw kif għandu jitwettaq it-trasferiment tad-drittijiet ta’ pensjoni fil-proposta emendata. Il-Kummissjoni tagħraf li bħalissa, minħabba diffikultajiet tekniċi involuti biex jintlaħaq ftehim dwar dispożizzjonijiet ġenerali għat-trasferimenti u tħassib dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà finanzjarja ta’ xi skemi kumplimentarji tal-pensjoni, l-Artikolu 6 għandu jitneħħa. 3.4 Tagħrif u non-rigressjoni (l-Artikoli 6 u 7) Tagħrif. L-emenda 27 tirreferi għall-provvista ta’ tagħrif lill-ħaddiema, membri attivi ta’ l-iskema u ħaddiema li spiċċaw fl-Artikolu 7.1 (issa jidher bħala 6.1). L-emenda tipproponi li membri attivi għandhom id-dritt li jitolbu t-tagħrif dwar id-drittijiet tal- pensjoni kumplimentarja tagħhom fil-każ li l-impjieg tagħhom jintemm. Il-Kummissjoni taċċetta din il-parti ta’ l-emenda kompletament. Il-bidliet fl-Artikoli 7.2 u 7.3 (issa jidhru bħala 6.2 u 6.3) huma aċċettati kompletament jew fil-prinċipju filwaqt li jintuża xi test tekniku żviluppat permezz tal-ħidma tal-Kunsill. Il-proposta biex jitneħħa s-7.4, li jiddeskrivi l-metodu ta’ l-għoti tat-tagħrif, u jitqiegħed fis-7.2 ma ntlaqgħetx billi l-Kummissjoni tikkunsidra l-istruttura oriġinali ta’ l-Artikolu aktar ċara. It-test fis-7.4 (issa jdher bħala 6.4) huwa madankollu żviluppat biex jirrifletti d-diskussjonijiet tekniċi ma’ l-esperti fil-Kunsill. B’konsegwenza ta’ dawn it-tibdiliet, test addizzjonali li jaħseb għas-salvagwardja amministrattiva ddaħħal mill-Kummissjoni fil-premessa 11, biex jagħmilha ċara li m’hemm l-ebda obbligu li jingħata tagħrif aktar spiss minn darba fis-sena. Non-rigressjoni. L-emenda 28 tiċċara l-Artikolu tan-non-rigressjoni, billi tibdel it-terminu 'trasferiment' ma’ 'istituzzjoni u preservazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni' biex tirrifletti t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet tat-trasferibilità mid-Direttiva. L-emenda hija aċċettata kompletament għajr ir-referenza għall-ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg fl-aħħar linja ta’ l-Artikolu, li mhux meqjusa meħtieġa. Barra dan, il-Kummissjoni ċċarat l-effett ta’ l-Artikolu biex tagħmilha ċara li l-preservazzjoni taffettwa l-ħaddiema li jispiċċaw mill-impjieg, filwaqt li l-akkwiżizzjoni tad-drittijiet tikkonċerna l-ħaddiema b’mod aktar ġenerali. 3.5 Implimentazzjoni u Rappurtar (l-Artikoli 8 u 9) Implimentazzjoni. L-emendi 29 u 42 jipproponu li l-Istati Membri, meta jimplimentaw id-Direttiva, jistgħu jingħataw estensjoni ta’ 60 xahar fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni kemm ta’ l-Artikolu 4 kemm ta’ l-Artikolu 5. Il-Kummissjoni taċċetta din il-proposta kif ukoll it-tibdil żgħir fl-abbozzar bħala proporzjonat biex jibbilanċja l-elementi tat-tnaqqis ta’ l-ostakli għall-moviment liberu u għall-mobilità u biex tiġi żgurata sostenibbiltà dejjiema tal-provvista ta’ pensjoni kumplimentarja. Il-Kummissjoni emendat ukoll id-data ta’ l-implimentazzjoni biex tirrifletti s-sitwazzjoni attwali. L-emenda 30 tħassar l-Artikolu 9.3 li l-Kummissjoni taċċetta billi d-dispożizzjoni issa hija bla użu minħabba t-tneħħija tad-dispożizzjonijiet tat-trasferibilità. Irrappurtar. L-emenda 31 tispeċifika li element wieħed tar-rapporti ta’ kull 5 snin stipulati fl-Artikolu 10 (issa l-Artikolu 9) għandu jevalwa r-'rieda ta’ min iħaddem' li joffri pensjonijiet kumplimentarji wara l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni taċċetta din l-emenda fil-prinċipju, iżda tipproponi li tpoġġi dan l-aspett ta’ rappurtar fi premessa ġdida, (15a). Il-Kummissjoni tagħmel ukoll tibdil tekniku fil-lingwaġġ u ddaħħal referenza għall-'iżvilupp ta’ assigurazzjoni kumplimentarji' minflok 'rieda'. Il-Kummissjoni tikkunsidra r-rieda bħala kunċett diffiċli biex jiġi kkwantifikat. L-emenda 32 tipproponi klawsola ġdida għall-Artikolu 10 (issa jidher bħala l-Artikolu 9) li teħtieġ li l-ewwel rapport jevalwa kif tintlaqat ir-responsabbiltà ta’ min iħaddem għad-drittijiet tal-pensjoni kumplimentarja wara t-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni. Il-Kummissjoni taċċetta dan l-element addizzjonali fil-prinċipju u għaċ-ċarezza ta’ l-abbozzar tinkludih ukoll fil-premessa (15a). L-emendi 52 u 33 jipproponu t-tħassir ta’ l-Artikolu 10.2 biex jiġi mibdul b’paragrafu ġdid (l-Artikolu 10.2 (a)). Il-paragrafu l-ġdid jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi b’mod partikulari l-kondizzjonijiet għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni fi żmien 5 snin mill-adozzjoni tad-Direttiva. Fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport il-Kummissjoni għandha tressaq kull proposta meħtieġa biex tnaqqas aktar l-ostakli għall-mobilità. Il-Kummissjoni taċċetta dawn iż-żewġ emendi u għaċ-ċarezza ta’ l-abbozzar emendat l-Artikolu 10.2 (issa 9.2) skond dan. Il-Kummissjoni żiedet ukoll test addizzjonali biex tiċċara li kull proposta li temenda d-Direttiva ssir biss jekk is-sitwazzjoni ta’ dak iż-żmien tkun teħtieġ aktar leġiżlazzjoni. |

KONKLUżJONI |

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha kif ġej: |

2005/0214 (COD)

Proposta emendata għal

DIRE TTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib fil-possibbiltà li jinġarru d-drittijiet għall-pensjoni komplimentari il-ħtiġijiet minimi għat-titjib tal-mobilità tal-ħaddiema permezz ta’ titjib fl-akkwiżizzjoni u fil-preservazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 94 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Proposta tal-Kummissjoni[3],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[5],

Billi:

(1) Il-moviment liberu tal-persuni huwa wieħed mil-libertajiet fundamentali tal-Komunità; it-Trattat jistipula, fl-Artikolu 42 tiegħu, li l-Kunsill, filwaqt li jagħti deċiżjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, fil-qasam tas-sigurtà soċjali jadotta l-miżuri neċessarji għat-twaqqif tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

(2) Il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fil-qasam tal-pensjoni hija żgurata permezz ta’ l-iskemi legali tas-sigurtà soċjali, sostnuti mill-iskemi kumplimentarji tal-s-sigurtà soċjalipensjoni marbuta mal-kuntratt ta’ l-impjieg, liema skemi qegħdin dejjem jiżdiedu fl-Istati Membri.

(3) Il-Kunsill jiddisponi minn diskrezzjoni wiesgħa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għażla tal-miżuri l-aktar adegwati biex jintlaħaq l-għan ta’ l-Artikolu 42 tat-Trattat; is-sistema ta’ koordinazzjoni stipulata mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971, li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema b’salarju u għall-familji tagħhom li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor fil-Komunità[6] u mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jiffissa t-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71[7] u, b’mod partikolari, ir-regoli applikabbli f’dak li għandu x’jaqsam mat-totalizzazzjoni ma jirrigwardawx l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni, ħlief għall-iskemi koperti mit-terminu “leġiżlazzjoni”, kif definit fl-ewwel inċiż ta’ l-ewwel Artikolu, il-punt j), tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jew li kien is-suġġett ta’ dikjarazzjoni għal dan il-għan minn Stat Membru skond dan l-Artikolu.L-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni għalhekk għandhom ikunu s-suġġett ta’ miżuri speċifiċi, biex tiġi kkunsidrata n-natura tagħhom u l-karatteristiċi partikolari tagħhom, kif ukoll id-diversità ta’ dawn l-iskemi fl-Istati Membri u bejn Stat Membru u ieħor, u b’mod partikolari r-rwol li għandhom l-imsieħba soċjali fit-twettiq tagħhom.

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998, li tirrigwarda l-ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja ta’ ħaddiema b’salarju u mingħajr salarju li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor fil-Komunità[8], tikkostitwixxi miżura speċifika ewlenija li taħseb biex ittejjeb l-eżerċizzju tad-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema fil-qasam ta’ l-iskemi kumplimentarji ta’ pensjoni.

(5) Jeħtieġ ukoll li wieħed jirreferi għall-Artikolu 94 tat-Trattat, peress li n-nuqqas ta’ qbil bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-iskemi kumplimentarji ta’ pensjoni aktarx li se jimpedixxi kemm li jiġi eżerċitat id-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema u kemm il-ħidma tas-suq komuni. Għalhekk, biex isir titjib fil-possibbiltà li jinġarru fid-drittijiet ta’ pensjoni kumplimentarja tal-ħaddiema li jiċċaqilqu minn post għall-ieħor ġewwa l-Komunità u fi ħdan l-istess Stat Membru, għandhom isiru ċerti dispożizzjonijiet għal ċerti kondizzjonijiet li jirregolaw il-ksib ta’ rekwiżiti minimi meħtieġa għall-ħolqien ta’ drittijiet għall-pensjoni u l-ħarsien ta’ drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni għandhom jiġu armonizzati u r-regoli dwar il-ħarsien ta’ drittijiet fissi u t-trasferiment ta’ drittijiet miksuba għandhom jiġu mqarrba ta’ ħaddiema li jkunu ħerġin bil-pensjoni fi skema kumplimentarja tal-pensjoni marbuta mar-relazzjoni ta’ l-impjieg.

(5a) Barra minn dan, għandhom jitqiesu l-karatteristiċi u n-natura speċjali ta’ skemi kumplimentarji tal-pensjoni u l-mod ta’ kif dawn ivarjaw fi ħdan u fost l-Istati Membri. L-introduzzjoni ta’ skemi ġodda, is-sostenibbiltà ta’ skemi eżistenti u l-istennijiet u d-drittijiet ta’ membri fi skemi ta’ pensjoni kurrenti għandhom jiġu protetti b’mod xieraq. Din id-Direttiva għandha wkoll tikkunsidra b’mod partikolari r-rwol ta’ l-imsieħba soċjali fid-disinn u l-implimentazzjoni ta’ skemi kumplimentarji tal-pensjoni.

(5b) Din id-Direttiva ma tirrigwardax id-dritt ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi tal-pensjoni tagħhom. L-Istati Membri jibqgħu jżommu r-responsabbiltà sħiħa għall-organizzazzjoni ta’ dawn is-sistemi u waqt it-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva f’liġi nazzjonali m’humiex obbligati li jdaħħlu leġiżlazzjoni li tistipula t-twaqqif ta’ skemi kumplimentarji tal-pensjoni.

(5c) Din id-Direttiva għandha tapplika għall-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni kollha mwaqqfa skond il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, li joffru pensjonijiet kumplimentarji għal ħaddiema, bħal kuntratti ta’ assigurazzjoni kollettiva, skemi ta’ ħlasijiet regolari maqbula minn sezzjoni jew fergħa waħda jew aktar, skemi ta’ kapitalizzazzjoni jew wegħdiet ta’ pensjoni sostnuti minn riżervi fil-kotba, jew kwalunkwe arranġament kollettiv jew komparabbli.

(5d) Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal skemi kumplimentarji tal-pensjoni jew, fejn japplika, sotto-sezzjonijiet ta’ dawn l-iskemi, li jkunu ngħalqu b’mod li ma jistgħux jiġu aċċettati membri ġodda minħabba li l-introduzzjoni ta’ regoli ġodda tista’ titfa’ piż mhux ġustifikat fuq dawn l-iskemi

(5e) Din id-Direttiva ma timmirax li tarmonizza jew taffettwa l-liġijiet nazzjonali dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni u proċeduri ta’ xoljiment; hu irrilevanti jekk ikunux inbdew proċeduri minħabba insolvenza, jew jekk ikunux inbdew volontarjament jew b’mod obbligatorju. B’mod simili, din id-Direttiva ma taffettwax il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar miżuri ta’ riorganizzazzjoni skond id- Direttiva 2001/17/KE [9]

(5f) Din id-Direttiva m’għandhiex tolqot l-arranġamenti għall-protezzjoni mill-insolvenza jew arranġamenti ta’ kumpens li m’humiex parti minn skema kumplimentarja tal-pensjoni marbuta ma’ relazzjoni ta’ impjieg u li għandhom l-għan li jipproteġu d-drittijiet għall-pensjoni tal-ħaddiema f’każ ta’ insolvenza ta’ l-impriża jew l-iskema tal-pensjoni. B’mod simili, din id-Direttiva m’għandhiex tolqot il-fondi ta’ riservi nazzjonali tal-pensjoni.

(5g) Din id-Direttiva tapplika biss għal skemi kumplimentarji tal-pensjoni li jeżistu minħabba relazzjoni ta’ impjieg li huma bbażati fuq l-ilħuq ta’ l-età ta’ l-irtirar jew fuq l-issodisfar ta’ rekwiżiti oħrajn, kif stabbilit fl-iskema jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din id-Direttiva ma tapplikax għal arranġamenti ta’ pensjoni individwali, minbarra dawk konklużi permezz ta’ relazzjoni ta’ impjieg. Din id-Direttiva lanqas ma tapplika għall-benefiċċji ta’ l-invalidità u tas-superstiti.

(5h) Ħlas ta’ darba li mhux meqjus bħala dħul sostanzjali, m’huwiex relatat ma’ kontribuzzjonijiet magħmula għall-iskop ta’ xiri ta’ annwalità, imħallas direttament jew indirettament fl-aħħar tal-karriera, u li jiġi ffinanzjat biss minn min iħaddem, m’għandux jitqies bħala pensjoni kumplimentarja skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva.

(5i) Peress li l-provvista kumplimentarji ta’ rtirar qiegħda ssir dejjem iżjed importanti f’ħafna Stati Membri biex jiġi assigurat il-livell ta’ l-għajxien f’età anzjana, il-kondizzjonijiet għall-ksib, iż-żamma u t-trasferiment ta’ drittijiet akkwiżiti għandhom jiġu mtejba sabiex jitnaqqsu l-ostakli għall-moviment liberu tal-ħaddiema u l-mobilità okkupazzjonali fi ħdan l-UE.

(5j) Ir-rekwiżiti għal drittijiet akkwiżiti m’għandhomx jixxebbhu ma’ kondizzjonijiet oħra stipulati għall-ksib ta’ dritt għal annwalità magħmula fir-rigward tal-fażi tal-ħlas taħt il-liġi nazzjonali jew taħt ir-regoli ta’ ċerti skemi kumplimentarji tal-pensjoni (b’mod partikolari skemi kontributorji definiti).

(6) Biex ikun garantit li l-kondizzjonijiet tal-kisba tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarji ma jkollhomx ħsara għall-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema ġewwa l-Unjoni Ewropea, jaqbel li jiġu ffissati l-limiti li jinfluwenzaw il-kondizzjonijiet tal-kisba għall-ħaddiem, meta dan jeżerċita d-dritt tiegħu għall- moviment liberu jew jiċċaqlaq minn post għal ieħor fi Stat Membru, jirċievi fl-aħħar tal-karriera pensjoni ta’ livell xieraq.

(6a) Meta l-impjieg jiġi tterminat qabel ma l-ħaddiem li jispiċċa jkun laħaq akkumula drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni u meta l-iskema jew min iħaddem ikun qed iġorr il-piż tar-riskju ta’ l-investiment (b’mod partikolari fi skemi ta’ benefiċċji definiti), l-iskema għandha dejjem trodd lura l-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg. Meta l-impjieg jiġi tterminat qabel ma l-ħaddiem li jispiċċa jkun laħaq akkumula drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni u meta l-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg iġorr il-piż tar-riskju ta’ l-investiment (b’mod partikolari fi skemi ta’ benefiċċji definiti), l-iskema għandha trodd lura l-valur ta’ l-investimenti derivat minn dawn il-kontribuzzjonijiet. Il-valur jista’ jkun iżjed jew inqas mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg, Jekk il-valur ikun negattiv, ma jkun hemm xejn x’jintradd lura.

(6b) Ħaddiema li jispiċċaw mill-impjieg għandu jkollhom id-dritt li jħallu d-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni tagħhom bħala drittijiet fissi fl-iskema kumplimentarja tal-pensjoni li fiha l-jedd tagħhom ikun inħoloq. Dwar il-ħarsien tad-drittijiet fissi, il-protezzjoni tista’ titqies ekwivalenti fejn, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ skema kontributorja definita, il-ħaddiema li jispiċċaw għandhom il-possibbiltà li l-valur tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni tagħhom jiġu mgħoddija għal skema kumplimentarja tal-pensjoni li tissodisfa il-kondizzjonijiet stipulati f’Artikolu 5.1.

(7) Skond il-liġi u l-prassi nazzjonali, għandhom ukoll jittieħdu passi biex jassiguraw il-ħarsien l-aġġustament ta’ drittijiet fissi jew il-valur ta’ dawn id-drittijiet fissi. sabiex tiġi evitata penalizzazzjoni tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg. Dan il-għan jista’ jintlaħaq b’aġġustament tad-drittijiet fissi skond il-miżuri ta’ referenza differenti, li fosthom wieħed isib l-inflazzjoni, il-livell tas-salarji, jew il-benefiċċji tal-pensjoni waqt il-ħlas, jew ukoll il-livelli tar-rendiment fuq l-assi mill-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni tagħhom. Il-valur tad-drittijiet fiż-żmien meta l-ħaddiem iħalli l-iskema għandu jiġi stabbilit skond il-liġi u l-prassi nazzjonali. Meta l-valur, għandhom jitqiesu n-natura partikolari ta’ l-iskema, l-interessi tal-benefiċjarji differenzjati, l-interessi tal-membri attivi li jkun għad baqa’ fl-iskema tal-pensjoni u l-interessi tal-benefiċjarji rtirati. Meta l-valur tad-drittijiet fissi jiġu aġġustati, jistgħu jitqiesu wkoll spejjeż amministrattivi ġustifikati.

(7a) Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu biex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet iżjed favorevoli għad-drittijiet fissi milli għad-drittijiet tal-membri attivi fl-iskema.

( 8 ) Meta d-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni jew il-valur tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni ta’ ħaddiem li jispiċċa ma jkunux iżjed mil-limiti stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat, u Bbiex jiġu evitati spejjeż amministrattivi għoljin wisq li jirriżultaw min-numru sostanzjali ta’ drittijiet fissi ta’ valur baxx, jaqbel li jkun permess li l-iskemi tal-pensjoni jistgħu jingħataw l-għażla li ma jippreservawx dawn id-drittijiet akkwiżiti miksuba imma li jew jirrikorru għat-trasferiment tal-valur tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni jew jużaw ħlas kapitaligħall-ħlas ta’ kapital li jirrappreżenta d-drittijiet akkwiżiti miksuba meta dawn ta’ l-aħħar ma jaqbżux limitu ffissat mill-Istat Membru konċernat . Fejn japplika, il-valur tat-trasferiment jew il-ħlas tal-kapital jiġi stabbilit skond il-liġi u l-prassi nazzjonali.

(9) J eħtieġ li l-ħaddiema li jbiddlu l-impjieg tagħhom ikunu ggarantiti l-possibbiltà li jagħżlu bejn iż-żamma tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni miksuba fl-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni oriġinali u t-trasferiment tal-kapital li jikkorrispondi għal skema kumplimentarja oħra ta’ pensjoni, inkluż fi Stat Membru ieħor .

(9a) Din id-Direttiva ma tistipulax it-trasferimet tad-drittijiet għall-pensjoni akkwiżiti, madankollu biex tiġi inkoraġġita l-mobilità okkupazzjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-almu tagħhom, safejn jistgħu, u b’mod partikolari meta jintroduċu skemi kumplimentarji tal-pensjoni ġodda, sabiex itejbu t-trasferibilità tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni.

( 10 ) Għal raġunijiet ta’ sostenibbiltà finanzjarja ta’ l-iskemi komplimentari ta’ pensjoni, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li fil-prinċipju jeżentaw l-iskemi li m’għandhomx fond mill-obbligu li jagħtu lill-ħaddiema l-possibbiltà li jittrasferixxu d-drittijiet miksuba. Madankollu, minħabba l-ugwaljanza fit-trattament bejn il-ħaddiema koperti minn skemi mogħnija b’fond u l-ħaddiema koperti minn skemi li m’għandhomx fond, jeħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu sforz sabiex itejbu b’mod progressiv it-trasferibbiltà tad-drittijiet li jirriżultaw minn skemi li m’għandhomx fond.

(11) Bla ħsara għad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 rigward l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ l-istituzzjonijiet ta’ rtirar okkupazzjonali[10], membri attivi fl-iskema u ħaddiema li jeżerċitaw jew jippjanaw li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu għandhom jiġu infurmati sew minn dawk responsabbli mill- amministrazzjoni ta’ l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni, b’mod partikolari dwar il-konsegwenzi ta’ tmiem ta’ impjieg fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni kumplimentarja. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li din l-informazzjoni m’għandhiex għalfejn tiġi pprovduta iżjed minn darba fis-sena.

( 12 ) Minħabba d-diversità ta’ l-iskemi kumplimentarji tal-sigurtà soċjalipensjoni, il-Komunità trid tillimita ruħha biex tiddetermina l-għanijiet li jridu jintlaħqu fi struttura ġenerali u minn hemm, id-Direttiva hija l-istrument ġuridiku adattat.

( 13 ) Meta wieħed jikkunsidra li l-għanijiet ta’ l-azzjoni maħsuba, jiġifieri t-tnaqqis tar-restrizzjonijiet għall-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema u l-mobilità okkupazzjonali u għall-ħidma tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif imsemmi fl-istess Artikolu, din id-Direttiva, li hi msejsa b’mod partikolari fuq l-istima ta’ l-impatt imwettqa bl-għajnuna tal-kumitat fil-qasam tal-pensjonijiet kumplimentarji (il-Forum dwar il-Pensjonijiet), ma taqbiżx dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

( 14 ) Din id-Direttiva tiffissa l-ħtiġijiet minimi, biex b’hekk tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw jew li jżommu d-dispożizzjonijiet l-aktar favorevoli. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tistax tiġġustifika rigressjoni meta mqabbla mas-sitwazzjoni eżistenti f’kull Stat Membru.

( 15 ) Fir-rigward tal-ħtieġa li titqies ta’ l-effetti ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari dwar is-sostenibilità finanzjarja ta’ l-iskemi kumplimentarji ta’ pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn żmien supplimentari biex jimplimentaw b’mod progressiv id-dispożizzjonijiet suxxettibbli li jinkludu dawn l-effetti.

(15a) Ir-rapporti ta’ kull 5 snin għandhom jirrevedu x-xejriet reċenti fl-għoti ta’ pensjonijiet kumplimentarji. L-ewwel rapport se jkun fih ukoll evalwazzjoni tar-responsabbiltà ta’ min iħaddem fi ħdan il-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tad-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiema li jispiċċaw mill-impjieg li jittrasferixxu d-drittijiet tagħhom għal skema ta’ pensjoni oħra. L-evalwazzjoni għandha tesplora wkoll għażliet li jiżguraw li r-responsabbiltà ġuridika tintemm ladarba jsiru t-trasferimenti.

( 16 ) F’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ l-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jafdaw f’idejn l-imsieħba soċjali tagħhom, fuq talba konġunta tagħhom, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’dawk li huma d-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ftehimiet kollettivi, bil-kondizzjoni li l-Istati Membri jagħmlu l-arranġamenti kollha neċessarji li jippermettulhom li jkunu f’kull ħin fil-pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati mitluba mid-Direttiva preżenti,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Arti kolu 1

Għan

Din id-Direttiva hija intenzjonata biex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema u d-dritt għall-mobilità okkupazzjonali ġewwa l-istess Stat Membru, billi tnaqqas l-ostakli maħluqa minn ċerti regoli li jirregolaw jikkonċernaw l-iskemi kumplimentarji ta’ pensjoni fl-Istati Membri marbuta mar-relazzjoni ta’ l-impjieg.

Arti kolu 2

Ambitu

1. Din id-Direttiva tapplika għall-iskemi kumplimentarji tal-pensjoni, ħlief għall-iskemi koperti mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71[11].

2. Din id-Direttiva ma tapplikax għal dawn li ġejjin:

(a) skemi kumplimentarji tal-pensjoni, li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, ma jkunux qed jaċċettaw membri attivi ġodda u jibqgħu magħluqa għalihom;

(b) skemi kumplimentarji tal-pensjoni li huma soġġetti għal miżuri li jinvolvu l-intervent ta’ entitajiet amministrattivi mwaqqfa permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew awtoritajiet ġudizzjarji, li huma intenzjonati li jħarsu jew jirriġeneraw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom, inklużi proċeduri għax-xoljiment. Din l-esklużjoni m’għandhiex testendi iżjed mit-tmiem ta’ l-intervent;

(c) skemi ta’ garanzija f’każ ta’ xoljiment, skemi ta’ kumpens u fondi ta’ riserva nazzjonali.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jgħoddu t-tifsiriet li ġejjin:

(a) “pensjoni kumplimentarja” tfisser il-pensjonijiet ta’ l-irtirar u l-benefiċċji ta’ l-invalidità u tas-superstiti jekk dawn huma stipulata mir-regoli ta’ skema kumplimentarja ta’ pensjoni stabbilita f’konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, intiżi biex jikkompletaw jew li jissostitwixxu l-benefiċċji mogħtija mill-iskemi ta’ sigurtà soċjali stabbiliti b’liġi għall-istess riskji;

(b) “skema kumplimentarja ta’ pensjoni ” tfisser kull skema ta’ pensjoni ta’ rtirar okkupazzjonali mwaqqfa b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, bħal, fost l-oħrajn, kuntratt ta’ assigurazzjoni kollettiva, skema permezz ta’ diviżjoni konkluża minn sezzjoni waħda jew aktar jew minn settur wieħed jew aktar, skema ta’ kapitalizzazzjoni jew wegħda garantita ta’ l-irtirar minn proviżjonijiet għall-bilanċ ta’ l-intrapriżi, jew kwalunkwe sistema oħra kollettiva jew komparabbli, u marbuta ma’ relazzjoni ta’ impjieg, maħsuba biex isservi pensjoni kumplimentarja għall-persuni impjegati; jew persuni li jaħdmu għal rashom;

(c) “membri attivi fl-iskema” jfissru ħaddiema il-persuni li l-attività okkupazzjonali r-relazzjoni ta’ impjieg tagħhom fil-mument tagħtihom jew li hi suxxettibbli li tagħtihom, wara li jkunu wettqu l-kondizzjonijiet kollha ta’ l-akkwiżizzjoni, id-dritt għall-pensjoni kumplimentarja f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ skema kumplimentarja ta’ pensjoni;

(d) “drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni” jfissru kull jedd għal pensjoni kumplimentarja miksub, wara t-twettiq ta’ kull kondizzjoni ta’ l-akkwiżizzjoni benefiċċju li għalih mmbru jew persuna intitolata oħra jista’ jkollha d-dritt skond ir-regoli ta’ skema kumplimentarja ta’ pensjoni u, jekk ikun il-każ, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(da) "perjodu ta’ akkwiżizzjoni” jfisser il-perjodu ta’ sħubija attiva fi skema, meħtieġ skond il-liġi nazzjonali jew ir-regoli ta’ l-iskema kumplimentarja tal-pensjoni, sabiex jagħti bidu għall-intitolament għall-pensjoni kumplimentarja;

(e) “tmiem ta’ impjieg” tfisser deċiżjoni li tiġi mitmuma relazzjoni ta’ impjieg;

(f) “ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg” ifisser membru attiv fi skema li ħaddiem li, qabel ma jsir eliġibbli għall-pensjoni, itemm r-relazzjoni ta’ impjieg tiegħu li matulha huwa ġabar drittijiet għall-pensjoni jew seta’ kiseb dawn id-drittijiet kieku baqa’ f’din ir-relazzjoni ta’ impjieg tintemm għal raġunijiet oħra minbarra li hu sar eliġibbli għal pensjoni kumplimentarja;

(g) “il-possibbiltà li jinġarru” tfisser il-possibbiltà għall-ħaddiem li jikseb u li jħares id-drittijiet għall-pensjoni meta jwettaq id-dritt tiegħu għall-moviment ħieles jew għall-mobilità okkupazzjonali;

(h) “benefiċjarju differenzjat” ifisser kull membru preċedenti attiv li għandu drittijiet għal pensjoni li jibqgħu fissi li għandha drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni fi skema kumplimentarja ta’ pensjoni sakemm jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbilità iżda li m’għadhiex membru attiv ta’ dik l-iskema u għadha ma bdietx biex wieħed jtirċievi pensjoni kumplimentarja minn dik l-iskema;

(i ) “drittijiet fissi għall-pensjoni” jfissru d-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni miżmuma fl-iskema li fiha dawn inkisbu ikunu akkumulati minn benefiċjarju differenzjat, li ser jirċievi pensjoni minn din l-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà;

(j ) “valur tat-trasferiment tad-drittijiet fissi” ifisser il-valur tal-kapital tad-drittijiet għall-pensjoni kkalkulati skond il-liġi u l-prassi nazzjonali ħlas permezz ta’ skema kumplimentarja ta’ pensjoni ta’ kapital li jirrappreżenta it-total jew parti mid-drittijiet għall-pensjoni miksuba fil-qafas ta’ din l-iskema, dan il-kapital jista’ jkun trasferit għal skema kumplimentarja ta’ pensjoni ġdida jew għal istituzzjoni finanzjarja oħra li tipprovdi d-drittijiet għall-pensjoni.

Arti kolu 4

Kondizzjonijiet tal-kisba

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex:

(a) meta d-drittijiet għall-pensjoni għadhom ma nkisbux fil-ħin ta’ tmiem ta’ l-impjieg, il-kontribuzzjonijiet kollha imħallsa mill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg jew f’ismu jingħataw lura jew jiġu trasferiti sħubija attiva fi skema tkun tiddependi minn perjodu ta’ impjieg, dan il-perjodu m’għandux ikun ta’ iżjed minn sena;

(b) meta tkun neċessarja età minima biex għall-akkumulazzjoni minn membru attiv fi skema ta’ jinkisbu d- drittijiet għall-pensjoni akkwiżiti, din l-età m’għandhiex tkun ta’ aktar minn ma tkunx aktar minn 21 sena;

( c ) ħaddiem jista’ jsir membru ta’ skema kumplimentarja ta’ pensjoni wara perjodu massimu ta’ impjieg ta’ sena jew, jekk ikun il-każ, sa mhux aktar tard minn meta jilħaq l-età minima mitluba Fejn perjodu għall-akkwiżizzjoni jiġi japplika, dan m’għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun iżjed minn sena għal membri attivi fi skema li għandhom iżjed minn 25 sena. Fil-każ ta’ membri attivi fi skema taħt din l-età l-perjodi ta’ l-akkwiżizzjoni m’għandhomx ikunu ta’ iżjed minn ħames snin;

(d) meta ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg jikseb id-drittijiet għall-pensjoni wara perjodu massimu ta’ sħubija ta’ sentejn ma jkunx għadu kiseb drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni meta r-relazzjoni ta’ l-impjieg tintemm, l-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni għandha trodd lura l-kontribuzzjonijiet mħallsa mill-ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg, jew imħallsa f’isem dan il-ħaddiem skond il-liġi nazzjonali jew il-ftehim jew kuntratti kollettivi, u meta l-ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg iġorr il-piż tar-riskju ta’ l-investiment, il-valur ta’ l-investiment li jiġi minn dawn il-kontribuzzjonijiet;

(e) L-Istati Membri għandhom l-għażla li jippermettu lill-imsieħba soċjali jistipulaw kondizzjonijiet differenti permezz ta’ ftehim kollettiv, safejn dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu ta’ l-anqas protezzjoni ekwivalenti għad-drittijiet tal-ħaddiema u l-membri ta’ l-iskema attiva.

Artikolu 5

Ħarsien tad-drittijiet għall-pensjoni fissi

-1. Soġġetti għal paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jassiguraw li d-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni ta’ ħaddiema li spiċċaw mill-impjieg jibqgħu fl-iskema kumplimentarja tal-pensjoni li fihom għandhom id-drittijiet akkwiżiti. Għall-għanijiet ta’ paragrafu 1, il-valur inizjali ta’ dawn id-drittijiet għandu jkun ikkalkulat fiż-żmien meta tintemm ir-relazzjoni ta’ l-impjieg kurrenti tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri li huma jqisu neċessarji filwaqt li jikkunsidraw in-natura tar-regoli jew il-prassi ta’ l-iskema tal-pensjoni, sabiex jiżguraw li drittijiet fissi għall-pensjoni jew il-valuri tagħhom ikunu ttrattati skond il-valur tad-drittijiet ta’ membri attivi fi skema, jew l-iżvilupp ta’ benefiċċji tal-pensjoni li f’dak iż-żmien ikunu qed jitħallsu, jew b’mezzi oħra li huma kkunsidrati sabiex jiżguraw aġġustament trattament ġust, tad-drittijiet fissi sabiex jevitaw penalizzazzjoni tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg. fosthom:

(a) id-drittijiet fl-iskema kumplimentarja tal-pensjoni huma ffissati bħala somma nominali; jew

(b) il-benefiċjarju differenzjat jibqa’ jgawdi minn rata ta’ interessi applikabbli fl-iskema tal-pensjoni, jew mir-ritorn fuq investimenti derivat mill-fornitur tal-pensjoni kumplimentarja; jew

(c) il-valur tad-drittijiet fissi għall-pensjoni jiġi aġġustat skond ir-rata ta’ l-inflazzjoni jew il-livelli tas-salarji li jistgħu jiġu soġġetti għal limitu proporzjonali ffissat minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew maqbul bejn l-imsieħba soċjali.

2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-iskemi kumplimentarji ta’ pensjoni li ma jżommux id-drittijiet akkwiżiti miksuba ta’ ħaddiem li jispiċċa mill-impjieg, imma li jħallsu jirrikorru għal trasferiment jew għal somma kapitali ekwivalenti għall-valur tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg, sakemm il-valur tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni ma jaqbiżx li jirrappreżenta d-drittijiet miksuba meta dawn ta’ l-aħħar ma jaqbżux il-limitu ffissat mill-Istat Membru kkonċernat. Dan ta’ l-aħħar għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-limitu applikat.

3. L-Istati Membri għandhom l-għażla li jippermettu li l-imsieħba soċjali jistipulaw kondizzjonijiet differenti permezz ta’ ftehim kollettiv, safejn dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu ta’ l-anqas protezzjoni ekwivalenti għad-drittijiet tal-ħaddiema li se jitilqu l-impjieg u l-benefiċjarji differenzjati.

Artikolu 6

It-trasferibilità

1. Suġġett għas-sitwazzjoni fejn isir ħlas ta’ kapital f’konformità ma’ l-Artikolu 5(2), l- Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jekk ħaddiem li spiċċa mill-impjieg mhux kopert mill-istess skema kumplimentarja ta’ pensjoni fl-impjieg il-ġdid tiegħu, hu jkun jista’ jikseb, fuq talba tiegħu, sa 18-il xahar wara t-tmiem ta’ l-impjieg, trasferiment, ġewwa Stat Membru jew għal Stat Membru ieħor, tad-drittijiet ta’ pensjoni kollha miksuba tiegħu.

2. L-Istati Membri, fi qbil mal-prassi tagħhom nazzjonali, għandhom jiżguraw li fil-każ fejn ipoteżijiet attwarjali u dawk li għandhom x’jaqsmu mar-rata ta’ l-interessi li jiddeterminaw il-valur tad-drittijiet miksuba li huma s-suġġett tat-trasferiment, dawn ma jippenalizawx lill-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

3. L-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni li tirċievi t-trasferiment ma tissottomettix id-drittijiet trasferiti għall-kondizzjonijiet ta’ kisba u żżomm dawn id-drittijiet ta’ lanqas fl-istess livell bħad-drittijiet fissi f’konformità ma’ l-Artikolu 5(1).

4. Meta jinħtieġu l-ispejjeż amministrattivi matul trasferiment, l-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jevitaw li dawn ikunu disproporzjonali għat-tul tas-sħubija tal-ħaddiem li spiċċa mill-impjieg.

Artikolu 76

Informazzjoni

1. Bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet okkupazzjonali ta’ l-irtirar li jirriżultaw mill-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/41/KE li jipprovdu jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tiġi mgħoddija lill-membri u lill-benefiċjarji fl-iskema, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-membri attivi fl-iskema tal-pensjoni jkunu jistgħu jakkwistaw, meta jitolbu, informazzjoni fuq kif ħaddiema jkunu mgħarrfa mill-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni bil-konsegwenzi ta’ tmiem ta’ impjieg jolqot fuq id-drittijiet tagħhom għal pensjoni kumplimentarja skond il-paragrafu 2.

2. Informazzjoni suffiċjenti għandha tiġi mgħoddija fi żmien raġonevoli lill-ħaddiema membri attivi fl-iskema li jitolbuha, u tikkonċerna b’mod partikolari:

(a) il-kondizzjonijiet tal-ksib tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja u l-konsegwenzi ta’ l-applikazzjoni tagħhom meta jkun hemm tmiem ta’ impjieg;

(b) il-benefiċċji tal-pensjoni maħsuba fil-każ ta’ tmiem ta’ impjieg il-valur tad-drittijiet akkwiżiti tagħhom jew stima tad-drittijiet akkwiżiti għall-pensjoni mwettqa mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel id-data tat-talba u;

(c) il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-trattament fil-futur għall-ħarsien tad-drittijiet fissi għall-pensjoni;

(d) il-kondizzjonijiet tat-trasferiment tad-drittijiet miksuba .

3. Benefiċjarju differenzjat li jagħmel it-talba relattiva għandu jirċievi mingħand il-persuna responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ l-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni, l-iInformazzjoni dwar id-drittijiet fissi tiegħu għall-pensjoni u dwar kull tibdil fir-regoli li jsostnu l-iskema kumplimentarja ta’ pensjoni li jikkonċernawh. għandha tingħata lil benefiċjarji differenzjati li jitolbuha dwar:

(a) il-valur tad-drittijiet fissi tagħhom jew stima tad-drittijiet fissi għall-pensjoni li jkunu mwettqa mhux aktar tard minn tnax-il xahar qabel id-data tat-talba; u

(b) il-kondizzjonijiet li jirregolaw it-trattament tad-drittijiet fissi għall-pensjoni

4. L-Informazzjoni maħsuba f’dan l-Artikolu għandha tiġi trażmessa b’mod ċar u fi żmien raġonevoli bil-miktub u b’mod li jinftiehem.

Arti kolu 8 7

Ħtiġijiet minimi — l-ebda tnaqqis

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu d-dispożizzjonijiet aktar favorevoli relattivi dwar it-twaqqif ta’ drittijiet għall-pensjoni għall-ħaddiema u l-ħarsien ta’ għall-possibbiltà li jinġarru d- tad-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja ta’ ħaddiema li jispiċċaw mill-impjieg li jkunu aktar favorevoli minn dawk maħsuba f’din id-Direttiva.

2. L-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma tista’ fl-ebda każ tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fid-drittijiet eżistenti għat-twaqqif u l-ħarsien ta’ pensjonijiet kumplimentarji fil-grad li bih jinġarru d-drittijiet għall-pensjoni kumplimentarja li jeżistu fl-Istati Membri.

Arti kolu 9 8

L-implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amminstrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minnl-1 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard […(sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva)]jew jassiguraw jistgħu jinkarigaw li l-imsieħba soċjali jintroduċu, fuq talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva f’dawk id-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim sa dik id-data. li huma relevanti għall-ftehimiet kollettivi. F’dan il-każ, dawn L-Istati Membri jiżguraw li, sa l-1 ta’ Lulju 2008 l-aktar tard, l-imsieħba soċjali jkunu waqqfu d-dispożizzjonijiet neċessarji bi ftehim, l-Istati Membri konċernati għandhom jieħdu kull il-miżurai neċessarjai li jippermettulhom tippermettilhom li jkunu f’kull żmien minnufih f’pożizzjoni li jiggarantixxu r-riżultati imposti mill-imsemmija Direttiva. Dawn għandhom jgħarrfu mill-ewwel lill-Kummissjoni b’dan.

2. Minkejja l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu, jekk ikun neċessarju, minn żmien supplimentari ta’ 60 xahar li jibda jgħodd minn mill-1 ta’ Lulju 2008 […(sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva)], biex jimplimentaw l-għan maħsub fl-Artikoliu 4 u 5. punt (d). Kull Stat Membru li jixtieq juża dan iż-żmien supplimentari għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’dan filwaqt li jindika d-dispożizzjonijiet u l-iskemi kkonċernati u l-motivazzjoni speċifika li tiġġustifika dan iż-żmien supplimentari.

3. Minkejja l-ewwel paragrafu, u sabiex jitqiesu l-kondizzjonijiet partikolari li ġew motivati bir-raġun u magħquda mas-sostenibbiltà finanzjarja ta’ l-iskemi kumplimentari ta’ pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-iskemi li jaħdmu bis-sistema ta’ tqassim, il-fondijiet għall-appoġġ u l-impriżi li jikkostitwixxu dispożizzjonijiet fil-bilanċ bl-għan tal-ħlas ta’ pensjoni lill-impjegati tagħhom ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1). Kull Stat Membru li jixtieq juża din il-possibbiltà għandu jgħarraf mill-aktar fiss lill-Kummissjoni filwaqt li jindika l-iskemi kkonċernati u l-motivazzjoni speċifika li tiġġustifika din l-eżenzjoni kif ukoll il-miżuri meħuda jew maħsuba sabiex tittejjeb it-trasferibbiltà tad-drittijiet bħala riżultat ta’ l-iskemi kkonċernati.

4 . Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dipożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew din ir-referenza tiġi mehmuża magħhom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. It-termini ta’ din ir-referenza huma stabbiliti mill-Istati Membri.

5. L-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(1).

Artikolu 10 9

Ir-rapport

1. Kull ħames snin wara l-1 ta’ Lulju 2008, ... (sentejn wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva), il-Kummissjoni tistabbilixxi rapport li jrid jiġi sottomess lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni tistabbilixxi L-ewwel rapport se jkun jittratta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u jkollu rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 9(3) sa 10 snin wara l-1 ta’ Lulju 2008. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ser tippreżenta, fejn meħtieġ, proposta li tinkludi kull emenda lil din id-Direttiva li ser tkun siewja għall-ugwaljanza fit-trattament f’termini ta’ trasferibbiltà tad-drittijiet miksuba bejn il-ħaddiema koperti mill-iskemi mogħnija b’fond u l-ħaddiema koperti bi skemi msemmija fl-Artikolu 9(3) li jirrevedi il-kondizzjonijiet ta’ kapital li qed jiġi trasferit li jirrappreżenta d-drittijiet tal-ħaddiema għall-pensjoni kumplimentarja. Skond dak ir-rapport, il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, teżamina l-għażliet għal proposta li fiha tibdil għal din id-Direttiva jew strumenti oħra li jkunu neċessarji sabiex ikomplu jitnaqqsu l-ostakli għall-mobilità tal-ħaddiema maħluqa minn ċerti regoli li jikkonċernaw l-għoti ta’ pensjoni kumplimentarja.

Artikolu 1110

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Arti kolu 1211

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] Id-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali.

[2] Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar it-taqrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ ta’ l-insolvenza ta’ min iħaddimhom kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE

[3] ĠU C […], ta’ […], p. […].

[4] ĠU C […], ta’ […], p. […].

[5] ĠU C […], ta’ […], p. […].

[6] ĠU L 149 tal-5.7.1971, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 631/2004 (ĠU L 100 tas-6.4.2004, p. 1).

[7] ĠU L 74 tas-27.3.1972, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 77/2005 (ĠU L 16 ta’ l-20.1.2005, p. 3) li se jitħassar mir-Regolament (KE) 883/04 meta dan jidħol fis-seħħ

[8] ĠU L 209 tal-25.7.1998, p. 46.

[9] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2001/17/EC) tad-19 ta’ Marzu 2001 dwar ir-riorganizzazzjoni u x-xoljiment ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 110, ta’ l-20.4.2001, p.28 ).

[10] ĠU L 235 tat-23.9.2003, p.10

[11] Għandu jiġi mħassar u mibdul mir-Regolament (KE) 883/04 meta dan jidħol fis-seħħ.