52007PC0571




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.10.2007

KUMM(2007) 571 finali

2007/0211 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

(preżentata mill-Kummissjoni){SEG(2007) 1272}{SEG(2007) 1273}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (JTIs) iddaħħlu fis-Seba’ Programm Kwadru (FP7)[1] bħala mod kif jinħolqu sħubijiet pubbliċi u privati fir-riċerka fil-livell Ewropew. Il-JTIs huma espressjoni ta’ l-impenn qawwi ta’ l-UE biex tikkoordina l-isforzi tar-riċerka, issaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u tilħaq l-għanijiet tal-kompetittività ta’ l-Ewropa. Il-JTIs ġejjin prinċipalment mill-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (ETPs). F’għadd żgħir ta’ każijiet, l-ETPs laħqu daqs u ambitu tant ambizzjuż li se jkunu jeħtieġu l-mobilizzazzjoni ta’ investimenti pubbliċi u privati għoljin kif ukoll riżorsi sostanzjali tar-riċerka biex jimplimentaw elementi importanti ta’ l-Aġendi Strateġiċi tagħhom għar-Riċerka. Il-JTIs huma proposti bħala mezz effettiv li bih jintlaħqu l-ħtiġijiet ta’dawn l-ETPs. Il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni”[2] jidentifika ċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu bħala wieħed mis-sitt oqsma fejn JTI tista’ tkun partikolarment rilevanti, flimkien ma’ l-aeronawtika u t-trasport bl-ajru, il-mediċini innovattivi, is-sistemi integrati tal-kompjuter, in-nanoelettronika u l-monitoraġġ globali għall-ambjent u s-sigurtà (GMES). L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu li tirriżulta mill-Pjattaforma Teknoloġika dwar l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali (ETAP) kif previst fil-Komunikazzjoni KUMM(2004) 38 li inkludiet din il-Pjattaforma Teknoloġika fi ħdan l-azzjonijiet prijoritarji ta’ l-ETAP. Iċ-ċelloli tal-fjuwil huma konvertituri ta’ l-enerġija silenzjużi ħafna u ta’ effiċjenza kbira, li kapaċi jwasslu għal tnaqqis sostanzjali tal-gassijiet serra (GHG) u l-pollutanti. Huma joffru flessibilità fit-taħlita ta’ l-enerġija billi jistgħu jitħaddmu bl-idroġenu u fjuwils oħra bħall-gass naturali, l-etanol u l-metanol. Iċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu huma konvertituri ta’ l-enerġija nodfa minnhom infushom minħabba li l-uniku prodott ta’ l-egżost huwa l-fwar, filwaqt li t-tipi l-oħra li jużaw gassijiet naturali u fjuwils fossili oħra wkoll inaqqsu l-emissjonijiet minħabba li jużaw inqas fjuwil bħala riżultat ta’ l-effiċjenza ogħla tagħhom. L-introduzzjoni ta’ l-idroġenu bħala mezz flessibbli għat-twassil ta’ l-enerġija tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv għas-sigurtà ta’ l-enerġija u biex tistabbilizza l-prezzijiet ta’ l-enerġija billi hu jista’ jiġi prodott minn kwalunkwe sors primarju ta’ l-enerġija, u għalhekk jista’ jdaħħal id-diversità fit-taħlita tat-trasport, li bħalissa hija 98% dipendenti fuq iż-żejt. L-idroġenu jista’ jiġi użat ukoll fiċ-ċelloli tal-fjuwil jew jista’ jinħaraq biex jipprovdi s-sħana jew biex imexxi t-turbini jew il-magni interni kombustibbli ta’ l-enerġija motriċi jew elettrika. Huwa jista’ jintuża wkoll bħala mezz tal-ħżin ta’ l-enerġija. Pereżempju, meta l-produzzjoni ta’ l-elettriku rinnovabbli tkun ogħla mid-domanda, l-enerġija ż-żejda tista’ tintuża biex tipproduċi l-idroġenu bl-elettroliżi, biex b’hekk tiffaċilita l-integrazzjoni ta’ l-elettriku rinnovabbli fis-suq ta’ l-enerġija. Għalkemm diġà ġew allokati fondi pubbliċi sinifikanti ta’ l-UE għar-riċerka fiċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u huma diġà inklużi fil-portafoll tar-riċerka ta’ l-enerġija u t-trasport ta’ l-FP7 bħala komponent importanti ta’ l-istrateġija tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD&D), it-teknoloġiji x’aktarx ma jkunux disponibbli kummerċjalment malajr daqs kemm mixtieq. Hemm il-biża’ li l-iżvilupp industrijali taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jistaġna u jaqgħu lura fil-konfront tal- kompetituri dinjija. Il-fatturi li jikkontribwixxu għal dan jinkludu: ir-riċerka meħtieġa spiss hi tant kumplessa li l-ebda kumpanija taċ-ċelloli tal-fjuwil jew istituzzjoni pubblika tar-riċerka ma tista’ tagħmel dan waħidha; in-nuqqas ta’ pjan baġitarju u għanijiet strateġiċi tekniċi u tas-suq miftiehma fit-tul biex iħeġġu l-industrija u l-komunità tar-riċerka jikkommettu iktar mir-riżorsi tagħhom stess; l-applikazzjoni mhux ottimali tal-fondi li tirriżulta f’kopertura frammentata tar-riċerka b’oqsma mħollija barra jew ittrattati doppjament; il-volum insuffiċjenti ta’ fondi għal programm li jintegra mir-riċerka fondamentali sad-dimostrazzjonijiet fuq skala kbira fil-livell ta’ l-UE; is-settur Ewropew taċ-ċelloli tal-fjuwil huwa mferrex f’pajjiżi u f’oqsma ta’ attività differenti (akkademji, kumpaniji industrijali ġodda, SMEs ta’ teknoloġija għolja) u dan jillimita l-iskambju u l-ġbir flimkien ta’ l-għarfien u l-esperjenza; u l-ħtieġa ta’ skoperti tekniċi li jtejbu r-rendiment, il-materjali, l-affidabbiltà u d-durabbiltà u li jnaqqsu l-ispejjeż tas-sistema biex jintlaħqu l-aspettativi tal- klijenti potenzjali. Mingħajr programm ta’ l-RTD&D industrijali ffukat u koerenti, li kapaċi jattira sorsi pubbliċi u privati ta’ investiment fl-RTD&D f’livell Ewropew, l-isforzi biex jingħelbu l-ostakli għar-riċerka u biex isiru skoperti teknoloġiċi se jissoktaw b’mod imferrex u mhux strutturat. Inizjattiva Teknoloġika Konġunta pubblika privata implimentata permezz ta’ Impriża Konġunta msejsa fuq l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tippermetti kumpaniji kbar u SMEs ma’ l-Ewropa kollha inklużi l-Istati Membri l-ġodda li jikkollaboraw bejniethom u ma’ partijiet interessati oħra biex jilħqu dawn l-għanijiet komuni li ġejjin: li jdaħħlu fis-suq it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u jħallu l-benefiċċji sostanzjali pubbliċi minnhom jitmexxew mill-forzi kummerċjali tas-suq; li jqiegħdu l-Ewropa fuq quddiem fit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu mad-dinja kollha; li tintlaħaq il-massa kritika ta’ l-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati l-oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul; li tirrendi l-investiment industrijali, nazzjonali u reġjonali fl-RTD&D aktar effettiv; li tinbena Żona Ewropea tar-Riċerka permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mar-riċerka mwettqa f’livelli nazzjonali u reġjonali – bit-tħaris tas-sussidjarjetà; li r-riċerka, l-iżvilupp u d-dimostrazzjoni jiġu integrati u jiffukaw fuq is-sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi; li jistimulaw l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ katini ġodda ta’ valur inklużi l-SMEs; li jiffaċilitaw l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri tar-riċerka fir-riċerka bażika; li jħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri l-ġodda u l-Pajjiżi Kandidati; li titwettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomika wiesgħa biex tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq; li titwettaq riċerka li ssostni l-iżvilupp ta’ regolamenti u standards ġodda, u r-reviżjoni ta’ dawk eżistenti, biex jiġu eliminati l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u jappoġġjaw l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ ta’ l-idroġenu bejn il-fruntieri, u s-swieq ta’ l-esportazzjoni waqt li jiżguraw is-sigurtà ta’ l-operat u mhux ixekklu l-innovazzjoni. li tingħata informazzjoni affidabbli lill-pubbliku ġenerali dwar is-sigurtà ta’ l-idroġenu, u l-benefiċċji tat-teknoloġiji l-ġodda għall-ambjent, l-affidabbiltà tal-provvista, l-ispejjeż ta’ l-enerġija, u l-impjiegi. Kuntest ġenerali L-enerġija hija fondamentali għas-soċjetà moderna u għall-iżvilupp sostenibbli. Kull nuqqas jew inċertezza fl-enerġija jkollha implikazzjonijiet serji għall-individwi, il-komunitajiet u n-negozji, kemm immedjatament u kemm fl-ippjanar tagħhom għall-ġejjieni. It-tħarbit reċenti u l-inċertezzi futuri fil-provvista taż-żejt u l-gass u l-instabbiltà fil-prezzijiet li rriżultat imewtu t-tkabbir ekonomiku u jgħollu l-inflazzjoni u l-qgħad u jnaqqsu l-valur ta’ l-assi finanzjarji u assi oħra. Ir-riżorsi taż-żejt u l-gass qegħdin jispiċċaw u, fl-opinjoni ta’ xi esperti, l-ogħla livell ta’ produzzjoni dalwaqt jintlaħaq[3]; li hu żgur hu li r-riżorsi li fadal huma kkonċentrati dejjem aktar fi ftit pajjiżi b’aċċess politiku ristrett, u ċ-ċertezza tal-provvista se tkun problema importanti għal bosta pajjiżi industrijalizzati u speċjalment għall-UE. Fil-kuntest ta’ swieq kompetittivi tat-trasport u l-enerġija globali li qed jintegraw gradwalment, id-domanda għall-enerġija qiegħda tikber malajr fil-pajjiżi l-kbar emerġenti. Globalment, qed niffaċċjaw il-kwistjoni serja tal-bidla fil-klima bil-livelli tal-gassijiet serra dejjem jogħlew. Hemm ħafna inċertezzi, iżda l-opinjoni xjentifika ewlenija hi li hu meħtieġ tnaqqis kbir fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra immedjatament u dan irid jinżamm għal żmien twil[4]. L-istruttura preżenti ta’ l-industriji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa m’hijiex sodisfaċenti u twassal għal tħassib dwar il-kapaċità tagħha li tadatta għall-bidla. Għalkemm l-UE għandha xi faċilitajiet tar-riċerka ta’ klassi dinjija u pereżempju hi l-aqwa fid-dinja fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil għal sottomarini kbar u membrani taċ-ċelloli tal-fjuwil, b’mod ġenerali l-industrija hija immatura u proċessi tal-manifattura fuq skala kbira u l-użu ta’ infrastruttura għar-riforniment u s-servizzi ta’ appoġġ bħal persunal imħarreġ għadu mhux disponibbli. L-industrija taċ-ċelloli tal-fjuwil mad-dinja kollha hija kkaratterizzata minn kumpaniji korporattivi kbar ħafna u SMEs żgħar ħafna iżda ferm innovattivi. L-Ewropa għandha ħafna minn dawn ta’ l-aħħar, u huwa kruċjali li l-potenzjal innovattiv tagħhom jintlaħaq billi dawn il-kumpaniji jistgħu jiffurmaw is-sinsla futura tal-katina tal-provvista tal-komponent ta’ l-UE. L-industriji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu huma relatati bejniethom b’mod qawwi, iżda ma jiddependux għal kollox minn xulxin. In-natura u l-qawwa tal-kompetizzjoni fiż-żewġ industriji hija kumplessa ħafna. L-użu ta’ l-idroġenu bil-kwantità fl-industriji ta’ l-ipproċessar ilha mwaqqfa u stabbilita sew u l-intrapriżi industrijali jaraw il-prospett li jinfetħu swieq ġodda fl-enerġija u t-trasport permezz ta’ adozzjoni usa’ ta’ teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil minn naħa waħda u l-magni kombustibbli ta’ l-idroġenu mill-oħra. Fl-istess ħin, il-manifatturi taċ-ċelloli tal-fjuwil, li għadhom biss fl-istadju tal-bidu tagħhom, ma jiddependux għal kollox mill-idroġenu billi xi ċelloli tal-fjuwil jistgħu jużaw fjuwils alternattivi inklużi l-gass naturali, il-metanol u l-etanol. Dawk li jużaw teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu li jidħlu fis-suq jiffaċċjaw ostakli għad-dħul maħluqa minn partijiet interessati b’interessi ekonomiċi kbar maqbuda f’industriji u infrastrutturi fiżiċi mhedda minn bidla fit-taħlita ta’ l-enerġija. Id-dħul fis-suq isir iktar diffiċli minħabba n-nuqqas ta’ mekkaniżmu tal-prezzijiet li jippremja l-internazzjonalizzazzjoni ta’ l-aspetti esterni[5] (pereżempju l-valur tal-karbonju); l-investiment meħtieġ fit-tul biex issir il-bidla għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ prodotti u għall-bini ta’ l-infrastruttura għaċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu; u d-diffikultajiet tal-ħolqien ta’ regolamenti, kodiċi u standards komuni li jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq globali. Jeħtieġ strateġija integrata biex timmassimizza l-benefiċċji ta’ teknoloġiji tranżitorji b’ċelloli tal-fjuwil li jużaw gass naturali, bijogass, metanol u etanol, possibbilment f’kombinazzjoni mal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) fil-proċess u li jisfruttaw niċeċ strateġiċi tas-suq f’qafas ippjanat u ottimizzat biex jiġi evitat it-tħarbit ekonomiku. Il-bejgħ dinji annwali ta’ l-industrija taċ-ċelloli tal-fjuwil fl-2005 ammonta għal madwar 300 miljun EUR, b’ishma fis-suq ta’ 52% għall-Amerika ta’ Fuq, 14% għall-Ġappun, 12% għall-Ewropa u 22% imqassma mal-bqija tad-dinja. Hemm relattivament inqas kumpaniji fl-Ewropa kkomparat ma’ l-Amerika ta’ Fuq u l-Ġappun li jiżviluppaw it-teknoloġija tagħhom stess għall-batteriji ta’ ċelloli tal-fjuwil (fuel cell stack) u tal-komponenti – speċjalment għat-trasport bit-triq. L-investiment privat fl-RTD&D huwa stmat madwar 700 miljun EUR fis-sena, li minnu 78% jsir fl-Amerika ta’ Fuq u 10% biss fl-Ewropa. L-industrija Ewropea teħtieġ aktar stimolu biex tinvesti f’dawn it-teknoloġiji biex issir iktar kompetittiva. Il-kompetituri ewlenin mexjin il-quddiem bi programmi ambizzjużi ta’ riċerka u żvilupp integrat imfassla biex idaħħlu l-prodotti fis-suq u jistabbilixxu standards de facto li jobbligaw lil min jidħol fis-suq warajhom isegwihom. Studju tal-KE[6] jistma li l-UE qiegħda 5 snin wara l-Ġappun u l-Amerika ta’ Fuq fid-dimostrazzjoni ta’ vetturi taċ-ċelloli tal-fjuwil. Il-programmi ta’ l-Istati Uniti u tal-Ġappun huma mmexxija strateġikament b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-industriji rispettivi. Id-Dipartiment ta’ l-Enerġija ta’ l-Istati Uniti żviluppa 'Pjan dwar il-Pożizzjoni ta’ l-Idroġenu' (Hydrogen Posture Plan)[7] – li kienet riżultat ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati ewlenin. Il-Ministeru ta’ l-Ekonomija, il-Kummerċ u l-Industrija (MEKI) tal-Ġappun jipprovdi appoġġ immirat għar-riċerka bażika. Barra minn hekk, il-Ġappun jappoġġja programm ambizzjuż għad-dimostrazzjoni ta’ sistemi domestiċi ta’ tisħin u enerġija kkombinati biċ-ċelloli tal-fjuwil (CHP), l-iżvilupp ta’ l-infrastruttura għad-distribuzzjoni ta’ l-idroġenu, u l-ittestjar ta’ firxa ta’ għażliet għall-produzzjoni ta’ l-idroġenu fil-‘Konferenza tal-Ġappun dwar il-Kummerċjalizzazzjoni taċ-Ċelloli tal-Fjuwil’ (Fuel Cell Commercialisation Conference of Japan - FCCJ)[8]. Għalhekk il-programmi ta’ l-Istati Uniti u tal-Ġappun għandhom proċessi żviluppati sew biex jamministraw il-validazzjoni tar-riċerka u t-teknoloġija, li huma diffiċli biex jinkisbu fl-ambjent tar-riċerka attwali ta’ l-UE li huwa mxerred fin-nazzjonijiet. L-Impriża Konġunta ġġib lill-UE fl-istess pożizzjoni billi tistabbilixxi entità ġuridika waħdanija għall-ġestjoni tal-fondi għall-JTI allokati mis-setturi pubbliċi u privati permezz ta’ kuntratti ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni biex jiġu żviluppati t-teknoloġiji ewlenin għaċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta. |

Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħrajn ta’ l-Unjoni Bħala waħda mill-inizjattivi mnedija f’Jannar 2007 fil-Komunikazzjoni ‘Enerġija għal Dinja li Qiegħda Tinbidel – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa’[9], il-Kummissjoni Ewropea attwalment qiegħda tiżviluppa Pjan Strateġiku Ewropew dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Enerġija (il-Pjan SET)[10] biex jiggwida l-mixja ta’ l-innovazzjoni tat-teknoloġija ta’ l-enerġija matul is-snin li ġejjin, iġib teknoloġiji effiċjenti u b’karbonju baxx inklużi dawk taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u jwassal għal sistema ta’ enerġija iktar sostenibbli. Il-Parlament Ewropew adotta Dikjarazzjoni bil-miktub[11] f’Mejju 2007 li għamlet sejħa lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jappoġġjaw it-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu għal applikazzjonijiet portabbli, stazzjonarji, u għat-trasport permezz ta’ sħubija ma’ reġjuni u bliet impenjati, SMEs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Ir-Regolament propost hu konsistenti mal-politiki Komunitarji fir-riċerka. Huwa wkoll konsistenti ma’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona[12] u ma’ l-għanijiet ta’ Barċellona li l-UE tinvesti 3% tal-PGD tagħha fir-riċerka u l-iżvilupp sa l-2010. Is-Seba’ Programm Kwadru (FP7) (2007-2013) għandu rwol importanti biex l-Ewropa tilħaq dan l-għanijiet. Jirrifletti wkoll il-qbil ġenerali li l-Ewropa għandha terġa’ tirdoppja l-isforzi tagħha biex ittejjeb ir-riżultati ta’ l-investimenti tagħha fl-RTD&D sabiex tgħammar lilha nnifisha bħala ekonomija kompetittiva u dinamika msejsa fuq l-għarfien. L-inizjattiva proposta hija parti minn strateġija Komunitarja wiesgħa u ambizzjuża mmirata biex tittratta d-distakk fl-innovazzjoni u tinkludi l-proposta għat-twaqqif ta’ Istitut Ewropew tat-Teknoloġija. |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-użu ta’ esperti |

211 | Fit-tħejjija tal-proposti tagħha għat-twaqqif ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti, il-Kummissjoni qieset l-opinjonijiet imfissra minn bosta partijiet interessati mill-komunità tar-riċerka u l-industrija f’konsultazzjoni wiesgħa li involviet lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea ta’ l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil (HFP)[13] li pproduċiet l-Aġenda Strateġika għar-Riċerka, l-Istrateġija ta’ l-Utilizzazzjoni, u l-Pjan ta’ l-Implimentazzjoni 2006, li huwa d-dokument ewlieni ta’ referenza u li juri fil-qosor l-għanijiet tekniċi u tas-suq “Snapshot 2020” tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Il-Pjan ta’ l-Implimentazzjoni jiffissa l-prijoritajiet għal programm komprensiv u integrat ta’ l-RTD&D, bl-iskedi u l-allokazzjonijiet baġitarji rrakkomandati fuq seba’ snin biex jaċċellera l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda. Il-Grupp Mera ta’ l-Istati Membri ta’ l-HFP (HFP Member States Mirror Group) kien ikkonsultat ukoll fl-istadji kollha tal-proċess. Minbarra l-korpi ta’ l-HFP, l-informazzjoni xxerrdet b’mod estensiv permezz tas-sit elettroniku ta’ l-HFP u ta’ bullettini, biex b’hekk il-partijiet interessati kollha setgħu jikkontribwixxu għad-dibattitu. Il-partijiet interessati kienu jinkludu Manifatturi ta’ Tagħmir Oriġinali (Original Equipment Manufacturers – OEMs), kumpaniji tat-tagħmir taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-enerġija inklużi ħafna SMEs[14], servizzi essenzjali, kumpaniji tal-gass industrijali, kumpaniji ta’ l-enerġija, universitajiet u ċentri tar-riċerka. Il-proċess tal-konsultazzjoni ta’ tliet snin involva mijiet ta’ partijiet interessati, konsultazzjoni pubblika fuq l-Internet dwar id-dokumenti tal-pjattaforma msemmija hawn fuq, kontributi minn proġetti tar-riċerka tal-KE, u studji dwar firxa wiesgħa ta’ impatti soċjo-ekonomiċi u ambjentali tat-teknoloġiji ta’ l-idroġenu u ċ-ċelloli tal-fjuwil u l-fattibbiltà ekonomika ta’ l-użu tagħhom. Il-Kummissjoni organizzat ukoll erba’ avvenimenti konferenzjali prinċipali (tliet Assembleji Ġenerali u Jiem ta’ Analiżi Teknika), u laqgħat ta’ ħidma għar-reġjuni u l-komunità tar-riċerka . Grupp ewlieni ta’ Reviżjoni ffurmat minn erba’ esperti indipendenti magħrufa internazzjonalment tqabbad biex jgħin fl-iffinalizzar tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt[15]. |

230 | Il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Din il-proposta għal Regolament tal-Kunsill kienet suġġetta għal Valutazzjoni ta’ l-Impatt tal-Kummissjoni li qabblet l-impatt potenzjali ta’ JTI ma’ l-alternattivi l-oħra, b’mod partikolari l-approċċ li kollox jibqa’ għaddej kif inhu (business as usual) ta’ l-FP7 u azzjonijiet nazzjonali u reġjonali. Il-konklużjonijiet tagħha huma li l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta għandha għadd ta’ vantaġġi ċari fuq l-alternattiva business as usual: dħul fis-suq minn sentejn sa 5 snin qabel – l-importanza li wieħed jidħol l-ewwel f’suq ġdid ma tistax tkun enfasizzata biżżejjed, u l-benefiċċji huma t-tnaqqis ta’ l-investiment totali, jintlaħaq qabel il-punt tal-fidi, u t-tissaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ dawk li jidħlu kmieni fis-suq, li ħafna minnhom jistgħu jkunu SMEs; impenn fit-tul u baġit iddefinit sew inisslu l-fiduċja fl-investituri pubbliċi u privati; addizzjonalità: il-prinċipju tal-kofinanzjament jiġbed mill-inqas 600 miljun EUR iktar mill-business as usual, li jikkorrispondi għal kważi darbtejn u nofs l-investiment privat fir-riċerka; avvanz korrispondenti fiż-żmien fit-titjib ta’ l-effiċjenza u s-sigurtà tal-provvista ta’ l-enerġija u t-tnaqqis ta’ gassijiet serra u t-tniġġis. Żieda fl-infiq fl-RTD&D kif imposta mill-JTI meta mqabbla mal-business as usual għandha l-potenzjal li tnaqqas iż-żmien għall-ilħiq tal-punt tal-fidi b’minn sentejn sa 5 snin u jonqsu l-ispejjeż kumulattivi b’madwar 20-30%. L-effetti pożittivi tal-kompetittività ta’ l-UE fuq medda l-qasira, il-medja u fit-tul ikunu akkumpanjati, kif juru s-simulazzjonijiet tal-mudell, minn ammont ta’ għexieren ta’ biljuni ta’ euros f’benefiċċji għall-ġid tal-pubbliku bit-tnaqqis tal-gassijiet serra u t-tniġġis, b’titjib fis-sigurtà tal-provvista ta’ l-enerġija, trasport iktar sostenibbli, u produzzjoni u użu aħħari ta’ l-enerġija iktar effiċjenti u nodfa matul il-perjodu 2025 sa 2050. |

IL-QAFAS ĠURIDIKU TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta Il-proposta tikkonsisti f’Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. |

310 | Il-bażi legali Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 171 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |

320 | Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika billi l-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità Ewropea. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li l-kobor ta’ l-isfida taqbeż il-kapaċità ta’ kwalunkwe Stat Membru li jaġixxi waħdu. Il-ġbir flimkien u l-koordinazzjoni ta’ l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livell ta’ l-UE għandhom iktar probabbiltà ta’ suċċess, minħabba n-natura transnazzjonali ta’ l-infrastruttura u t-teknoloġiji li jridu jiġu żviluppati, kif ukoll il-ħtieġa li tinkiseb massa suffiċjenti ta’ riżorsi. L-intervent tal-Komunità Ewropea se jgħin biex jirrazzjonalizza l-programmi tar-riċerka u jiżgura l-interoperabbiltà tas-sistemi żviluppati mhux biss permezz ta’ riċerka komuni prenormattiva biex tappoġġja t-tħejjija ta’ standards iżda wkoll permezz ta’ standardizzazzjoni de facto li tiġi mill-kooperazzjoni stretta fir-riċerka u l-proġetti transnazzjonali ta’ dimostrazzjoni. Din l-istandardizzazzjoni se tiftaħ suq usa’ u tippromwovi l-kompetizzjoni. L-ambitu tal-proposta għandu jħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu inizjattivi komplementari f’livell nazzjonali, fl-ispirtu tat-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka – fil-fatt l-intenzjoni nnifisha tal-JTI hi li tgħin lil dawn il-programmi nazzjonali u reġjonali jagħmlu l-aħjar użu ta’ l-isforzi kkombinati. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet tiegħu. |

L-għażla ta’ l-istrument |

341 | L-istrument propost: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin: Il-ħolqien ta’ impriża li fiha tipparteċipa l-Kummissjoni teħtieġ regolament tal-Kunsill. |

IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT |

401 | Id-“dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja” mehmuża ma’ dan l-abbozz tar-regolament tistabbilixxi l-implikazzjonijiet għall-baġit u r-riżorsi umani u amministrattivi, u tipprovdi ċ-ċifri indikattivi għall-perjodu 2007-2013. Il-baġit tal-KE, b’total ta’ 470 miljun EUR, se jiġi mil-linji baġitarji li ġejjin tal-Programm Speċifiku tal-FP7 “Kooperazzjoni”: Enerġija; Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni; Trasport (inkluża l-Aeronawtika); u Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima) fid-DĠ RTD u Trasport fid-DĠ TREN. L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu se jkunu koperti b’partijiet ugwali (50/50) mill-KE u l-Grupp Industrijali (IG) mill-bidu nett. Jekk jiġi stabbilit Grupp tar-Riċerka u japplika biex jingħaqad ma’ l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, il-Grupp tar-Riċerka jkollu siġġu wieħed fil-Bord tat-Tmexxija u mbagħad jikkontribwixxi 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji. L-attivitajiet tar-riċerka se jkunu ffinanzjati b’mod konġunt mill-KE, l-IG u l-universitajiet parteċipanti, iċ-ċentri pubbliċi tar-riċerka eċċ. bil-kontribuzzjoni tal-KE titħallas fi flus u l-kontribuzzjoni tal-parteċipanti titħallas b’oġġetti fi ħdan il-proġetti. |

INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |

510 | Perjodu ta’ tranżizzjoni |

511 | Il-Programm ta’ Ħidma 2007 jipprovdi għal Azzjoni ta’ Koordinazzjoni u Appoġġ bħala attività “li tgħaqqad” biex isiru tħejjijiet dettaljati għall-JTI matul l-2007-2008. |

Reviżjoni |

Il-KE għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-progress miksub mill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. Il-KE għandha twettaq ukoll reviżjoni f’nofs it-terminu u reviżjoni finali fit-tmiem tal-JTI. Ir-rilaxx għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu jingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, wara li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-JTI bħala sħubija pubblika privata. Reviżjoni/l-estinzjoni awtomatika Il-proposta tinkludi klawsola ta’ reviżjoni. Il-proposta tinkludi klawsola ta’ estinzjoni awtomatika (sunset clause). |

1. 2007/0211 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 171 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[16],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[17],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[18],

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)[19] (minn issa ’l quddiem is-Seba’ Programm Kwadru), tipprovdi għal kontribut Komunitarju għat-twaqqif ta’ sħubijiet pubbliċi privati fuq medda twila ta’ żmien fil-forma ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti (minn issa ’l quddiem ‘JTI’) biex ikunu implimentati permezz ta’ Impriżi Konġunti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat. Dawn il-JTIs ġew stabbiliti bħala riżultat tal-ħidma tal-Pjattaformi Teknoloġiċi Ewropej (minn issa ’l quddiem ETPs), li kienu diġà twaqqfu taħt is-Sitt Programm Kwadru, u jkopru aspetti magħżula tar-riċerka fil-qasam tagħhom. Dawn għandhom jgħaqqdu l-investiment mis-settur privat mal-finanzjament pubbliku Ewropew, inkluż il-finanzjament mis-Seba’ Programm Kwadru.

(2) Id-Deċiżjoni Nru 971/2006/KE tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013)[20], tenfasizza l-ħtieġa għal sħubijiet pubbliċi pan-Ewropej privati ambizzjużi biex iħaffu l-iżvilupp ta’ teknoloġiji prinċipali u azzjonijiet kbar ta’ riċerka fil-livell Komunitarju inklużi, b’mod partikolari, il-JTIs.

(3) L-Aġenda ta’ Liżbona għat-Tkabbir u l-Impjiegi tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni fil-Komunità biex jingħataw spinta l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi.

(4) Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-3 ta’ Marzu 2003, tat-22 ta’ Settembru 2003 u ta’ l-24 ta’ Settembru 2004, il-Kunsill enfasizza l-importanza li jiġu żviluppati aktar azzjonijiet wara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 3% għall-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni[21], inkluż l-iżvilupp ta’ inizjattivi ġodda maħsuba biex jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn l-industrija u s-settur pubbliku fl-iffinanzjar tar-riċerka biex jittejbu r-rabtiet pubbliċi privati transnazzjonali.

(5) F’Novembru 2003 il-Kunsill Ewropew adotta Inizjattiva Ewropea għat-Tkabbir, kif spjegata f’Komunikazzjoni mill-Kummissjon[22]. Din l-Inizjattiva, fil-Programm Quick-start , tinkludi Żona ta’ Proġett “Ekonomija ta’ l-Idroġenu” b’ammont totali ta’ 2.8 biljun EUR bejn 2004 u 2015 u l-possibbiltà ta’ finanzjament mill-Programmi Kwadru ta’ l-RTD&D u l-Fondi Strutturali.

(6) F’Mejju 2003 Grupp ta’ Livell Għoli għall-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil ippreżenta rapport b’viżjoni dwar “L-Enerġija ta’ l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil – viżjoni għall-ġejjieni tagħna”, fejn irrakkomanda, fost l-oħrajn, il-formazzjoni ta’ sħubija fit- teknoloġija taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu b’baġit sostanzjalment akbar għall-RTD&D, kif ukoll programm pilota u ta’ dimostrazzjoni biex jiġu estiżi l-eżerċizzji tal-validazzjoni tat-teknoloġija fl-arena ta’ l-iżvilupp tas-suq.

(7) F’Diċembru 2003, il-Kummissjoni ffaċilitat il-ħolqien tal-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, u ġabret flimkien il-partijiet interessati kollha fi sforz konġunt biex timxi lejn il-kisba tal-viżjoni tal-Grupp ta’ Livell Għoli. F’Marzu 2005, il-Pjattaforma Teknoloġika msemmija adottat Aġenda Strateġika għar-Riċerka u Strateġija ta’ l-Utilizzazzjoni, immirati biex iħaffu l-iżvilupp u d-dħul fis-suq tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fil-Komunità.

(8) L-isfida teknoloġika li jiffaċċjaw iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu hija ta’ kumplessità u skala kbira u t-tifrix tal-kompetenzi tekniċi huwa għoli ħafna. Għalhekk, sabiex tinkiseb massa kritika f’termini ta’ skala ta’ attività, eċċellenza, u potenzjal għall-innovazzjoni, din l-isfida teħtieġ li tiġi affrontata b’mod iffukat u koerenti fil-livell ta’ l-UE. Din, u l-kontribut potenzjali tagħha lill-politiki Komunitarji, b’mod partikolari l-enerġija, l-ambjent, it-trasport, l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku, jitlob approċċ permezz ta’ JTI f’dan is-settur.

(9) L-għan tal-JTI dwar iċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu” hu li jitwettaq programm ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni fl-Ewropa fl-oqsma taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Dawn għandhom isiru bil-kooperazzjoni u l-involviment ta’ partijiet interessati mill-industrija inklużi SMEs, ċentri tar-riċerka, universitajiet u reġjuni.

(10) Meta titqies is-sħubija pubblika privata li tinvolvi partijiet interessati prinċipali u l-attività tagħha fit-tul, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi maħluqa għaċ-ċittadini Ewropej, il-ġbir flimkien tar-riżorsi finanzjarji u l-kofinanzjament fil-qasam ta’ l-attività ta’ l-RTD&D fiċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu pprovduti mill-Kummissjoni u l-industrija, il-kompetenzi xjentifiiċi u tekniċi għolja meħtieġa, u l-input ta’ drittijiet tal-propjetà industrijali, huwa vitali li titwaqqaf Impriża Konġunta għaċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa ’l quddiem imsejħa “Impriża Konġunta FCH”) taħt l-Artikolu 171 tat-Trattat. Din l-entità ġuridika għandha tiżgura l-użu kkoordinat u l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi allokati għall-JTI taċ-“Ċelloli tal-Fjuwil u Idroġenu). Biex tiżgura ġestjoni xierqa ta’ l-attivitajiet mibdija iżda mhux mitmuma waqt is-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013), l-Impriża Konġunta FCH għandha titwaqqaf għal perjodu inizjali ta’ 10 snin li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż.

(11) L-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jinkisbu bil-ġbir flimkien tar-riżorsi mis-settur pubbliku u privat biex jappoġġjaw attivitajiet ta’ l-RTD&D bil-għan li tiżdied l-effiċjenza totali ta’ l-isforzi Ewropej għar-riċerka u jitħaffu l-iżvilupp u l-utilizzazzjoni tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu. Għalhekk, l-Impriża Konġunta FCH għandha tkun kapaċi torganizza sejħiet kompetittivi għal proposti għall-proġetti li jimplimentaw l-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni. L-attivitajiet ta’ riċerka għandhom jirrispettaw il-prinċipji fundamentali u etiċi applikabbli għas-Seba’ Programm Kwadru.

(12) Il-Membri Fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali Ewropew ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Grupp Industrijali”), li jirrappreżenta l-interessi ta’ l-industrija u huwa miftuħ għal kumpaniji privati. Grupp tar-Riċerka jista’ jsir membru ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

(13) L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jinħarġu fi flus b’mod ugwali mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jiġi stabbilit, dan għandu jikkontribwixxi 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji.

(14) L-ispejjeż operazzjonali għall-RTD&D għandhom jiġu ffinanzjati mill-Komunità u s-settur privat.

(15) L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun korp imwaqqaf mill-Komunità u l-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għandu jingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Madankollu, għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet li jirriżultaw min-natura tal-JTI bħala sħubija pubblika privata u b’mod partikolari mill-kontribuzzjoni tas-settur privat lill-baġit.

(16) L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta, suġġetta għal konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi msejsa fuq il-prinċipji tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[23]. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-ħtiġijiet operazzjonali speċifiċi tagħha li jirriżultaw, b’mod partikolari, mill-ħtieġa li jingħaqad il-finanzjament tal-Komunità u ma’ dak privat.

(17) Ir-regoli għall-organizzazzjoni u t-tħaddim ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jiġu stipulati fl-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta FCH kif imsemmi fl-Anness.

(18) L-Impriża Konġunta FCH għandha twettaq l-impenji skond ftehim internazzjonali. Għal dan il-għan, hi għandha titqies bħala korp internazzjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali [24], u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvista pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi[25].

(19) Il-politika tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali għandha tipprovdi għad-drittijiet ta’ propjetà tal-parteċipanti fil-proġetti bħala s-sidien tal-propjetà industrijali maħluqa permezz ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta FCH, u għandha tippermetti l-isfruttar xieraq tagħha.

(20) Għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jipprevjenu l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi neċessarji biex jiġu rkuprati fondi mitlufa, imħallsa jew użati ħażin skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[26], ir- Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[27], u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF)[28].

(21) Bħala korp li għandu personalità ġuridika, l-Impriża Konġunta FCH għandha tirrispondi għall-azzjonijiet tagħha. Fejn ikun rilevanti, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha l-kompetenza li tirriżolvi disputi li jinqalgħu fl-attivitajiet ta’ l-Impriża Konġunta.

(22) Billi l-għan ta’ l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri t-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH, ma jistax jinkiseb mill-Istati Membri minħabba n-natura transnazzjonali u l-kobor ta’ l-isfida tar-riċerka, li teħtieġ il-ġbir flimkien ta’ għarfien komplementari u riżorsi finanzjarji li jaqsam is-setturi u l-fruntieri kollha, u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imsemmi f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-għan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 It-Twaqqif

1. Għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-‘JTI’) dwar ‘iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu’, Impriża Konġunta (minn issa ’l quddiem imsejħa l-“Impriża Konġunta FCH”) fit-tifsira ta’ l-Artikolu 171 tat-Trattat b’dan qiegħda titwaqqaf għal perjodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’reviżjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. L-Impriża Konġunta FCH għandu jkollha personalità ġuridika. Fl-Istati Membri, hija tgawdi mill-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridika skond il-liġijiet ta’ dawk l-Istati. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista u tiddisponi minn propjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha titqies bħala korp internazzjonali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 22(c) tad-Direttiva 2004/17/KE u ta’ l-Artikolu 15(c) tad-Direttiva 2004/18/KE.

4. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun sitwata fi Brussell, il-Belġju.

5. L-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta FCH huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2 Għanijiet u Ħidmiet

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni u b’mod partikolari t-temi tal-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’ għal “Enerġija”, “Nanoxjenzi, Nanoteknoloġiji, Materjali u Teknoloġiji Ġodda tal-Produzzjoni”, “Ambjent (inkluża l-Bidla fil-Klima)”, u “Trasport (inkluża l-Aeronawtika)”.

2. B’mod partikolari, hi:

2. tappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD&D) fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati b’mod koordinat biex tegħleb il-falliment fis-suq u tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tas-suq u b’hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu;

3. tappoġġja l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tar-riċerka tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, notevolment bil-ħruġ ta’ għotjiet wara sejħiet kompetittivi għall-proposti;

4. timmira li tħeġġeġ iktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati;

5. tikkonkludi l-kuntratti tas-servizzi u l-provvista meħtieġa għat-tħaddim ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

6. tiżgura l-effiċjenza u l-effikaċja tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

Artikolu 3 Membri

1. Il-membri fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta FCH (minn issa ’l quddiem imsejħa ‘membri fundaturi’) għandhom ikunu:

7. il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u

8. il-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu mwaqqaf taħt il-liġi Belġjana (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-‘Grupp Industrijali’).

2. Grupp tar-Riċerka, li jirrappreżenta organizzazzjonijiet tar-riċerka mhux għall-profitt, universitajiet u ċentri tar-riċerka, jista’ jsir membru (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“membru” sakemm tkun ġiet stabbilita entità li tirrappreżenta l-komunità tar-riċerka. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jitwaqqaf, huwa jkollu siġġu wieħed fil-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu 4 Korpi

1. Il-korpi eżekuttivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

9. il-Bord tat-Tmexxija, u

10. l-Uffiċċju tal-Programmi.

2. Il-korpi konsultattivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

11. il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri[29], u

12. il-Kumitat Xjentifiku.

3. L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandha tkun forum ta’ konsultazzjoni dwar il-progress, l-aktar żviluppi riċenti, l-allinjament u d-direzzjoni futura ta’ l-attivitajiet tar-riċerka.

L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati għandha tkun miftuħa għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha, gruppi ta’ interessi internazzjonali mill-Istati Membri kif ukoll minn pajjiżi terzi. Hi għandha tiltaqa’ darba fis-sena.

Artikolu 5 Sorsi ta’ Finanzjament

1. L-attivitajiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu ffinanzjati b’mod konġunt permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-membri fundaturi tagħha u l-membru. Barra minn hekk, il-kontribuzzjonijiet għall-proġetti jistgħu jiġu aċċettati wkoll mill- Istati Membri, l-Istati Assoċjati, ir-reġjuni jew partijiet interessati oħrajn li jaqsmu l-għanijiet tal-JTI.

2. L-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu koperti b’mod ugwali bi flus mill-Komunità Ewropea u l-Grupp Industrijali mill-bidu nett. Jekk il-Grupp tar-Riċerka jitwaqqaf għandu jikkontribwixxi 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni tonqos b’mod korrispondenti.

3. L-ispejjeż operazzjonali għall-RTD&D għandhom ikunu ffinanzjati b’mod ugwali permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u permezz ta’ kontribuzzjonijiet f’oġġetti mill-entitajiet ġuridiċi privati li jipparteċipaw fl-attivitajiet, li jikkorrispondu għal ammont mill-inqas ugwali għall-kontribuzzjonijiet tal-Komunità.

4. Il-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-ispejjeż ordinarji u l-ispejjeż operazzjonali ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandha tkun ta’ 470 miljun EUR. L-ispejjeż ordinarji huma stmati li ma jaqbżux l-20 miljun EUR. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu mill-Programm Speċifiku ‘Kooperazzjoni’ li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) li jimplimenta l-baġit Komunitarju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54(2)(b) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali u ftehim finanzjarju annwali ffirmat bejn il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, u l-Impriża Konġunta FCH.

5. Jekk ma jsirx finanzjament wara l-2013 (meta jintemm l-FP7) huma biss dawk il-proġetti li għalihom ikun ġie ffirmat ftehim ta’ għotja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 li jkomplu fis-snin 2014-2017.

Artikolu 6 Parteċipazzjoni fi Proġetti

1. Il-parteċipazzjoni fil-proġetti għandha tkun miftuħa għall-entitajiet ġuridiċi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew kwalunkwe pajjiż terz sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet minimi.

2. Il-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu ssodisfati għall-proġetti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu dawn li ġejjin:

13. għandhom jipparteċipaw mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi, kull waħda minnhom għandha tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat, u l-ebda tnejn minnhom ma jistgħu jkunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat;

14. it-tliet entitajiet ġuridiċi kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin kif iddefinit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)[30];

15. mill-inqas entità ġuridika waħda għandha tkun membru tal-Grupp Industrijali jew il-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka.

3. L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha ta’ koordinatur tiegħu. Normalment il-koordinatur għandu jkun membru tal-Grupp Industrijali, jew membru tal-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. Eċċezzjonijiet għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija.

4. Il-kundizzjoni minima għall-kuntratti tas-servizzi u l-provvista, l-azzjonijiet ta’ appoġġ, l-istudji u l-attivitajiet tat-taħriġ iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità ġuridika waħda.

Artikolu 7 Eliġibbiltà għall-finanzjament

1. Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-Impriża Konġunta FCH għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D għandha tingħata wara sejħiet kompetittivi għall-proposti.

2. F’każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista’ toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv ta’ l-għanijiet tar-riċerka.

3. L-entitajiet ġuridiċi privati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament:

16. huma jkunu mwaqqfa fi Stat Membru jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat, il-post ċentrali jew prinċipali tan-negozju tagħhom fi stat li jkun parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkun Pajjiż Assoċjat jew Kandidat;

17. huma jkollhom attivitajiet rilevanti fl-RTD&D, fl-industrijalizzazzjoni jew fl-utilizzazzjoni taċ-ċelloli tal-fjuwil u/jew l-idroġenu u/jew pjanijiet konkreti li jagħmlu dan fil-futur qrib fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

4. Dawn li ġejjin ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament:

18. korpi pubbliċi mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat, Pajjiż Kandidat jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea, inklużi istituzzjonijiet ta’ l-edukazzjoni sekondarja u għolja;

19. organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika skond il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi;

20. entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta’ benefiċċju partikolari għall-proġett.

Artikolu 8 Dispożizzjonijiet Finanzjarji

1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista’ titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2. L-Impriża Konġunta FCH għandu jkollha l-kapaċità ta’ awditjar intern tagħha stess.

Artikolu 9 Regolamenti tal-Persunal

1. Ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea bl-iskop li jiġu applikati dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

2. Fir-rigward tal-persunal tagħha, l-Impriża Konġunta FCH għandha teżerċita l-poteri mogħtija lill-awtorità tal-ħatra bir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u lill-awtorità mogħtija s-setgħa bil-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej li tikkonkludi l-kuntratti.

3. Il-Bord tat-Tmexxija, bi qbil mal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni meħtieġa, skond l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 10 Privileġġi u Immunitajiet

Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għall-Impriża Konġunta FCH u l-persunal tagħha.

Artikolu 11 Responsabbiltà

1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi rregolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim jew il-kuntratt inkwistjoni.

2. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta FCH, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri, għandha tagħmel tajjeb għad-danni kollha kkawżati mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.

3. Kull ħlas mill-Impriża Konġunta FCH fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u n-nefqiet u l-ispejjeż li jsiru b’konnessjoni magħhom għandhom jitqiesu bħala nefqa ta’ l-Impriża Konġunta FCH u għandha tkun koperta mir-riżorsi tagħha.

Artikolu 12 Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-liġi applikabbli

1. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġurisdizzjoni dwar:

21. kull tilwima bejn il-membri fundaturi jew/u l-membru marbuta mas-suġġett ta’ dan ir-Regolament u l-Istatuti msemmija fl-Artikolu 1(5);

22. kwalunkwe klawsola ta’ arbitraġġ imniżżla f’xi ftehim jew kuntratt konkluż mill-Impriża Konġunta FCH;

23. azzjonijiet miġjuba kontra l-Impriża Konġunta FCH, inklużi deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija tagħha, taħt il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 230 u 232 tat-Trattat;

24. tilwim relatat mal-kumpens għad-danni kkawżati mill-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

2. Għal kull materja li mhix koperta b’dan ir-Regolament jew min atti oħra tal-liġi Komunitarja, tapplika l-liġi ta’ l-Istat fejn tinsab is-sede ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

Artikolu 13 Rappurtar, Evalwazzjoni u Approvazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-progress magħmul mill-Impriża Konġunta FCH.

2. Sentejn wara t-twaqqif ta’ l-Impriża konġunta FCH, iżda fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-2010, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim ta’ l-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-progress magħmul fl-għanijiet tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ din, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Fl-aħħar ta’ l-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali ta’ l-Impriża Konġunta FCH bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti. Ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, skond il- proċedura stabbilita bir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

Artikolu 14 Reviżjonijiet

1. Il-kontribuzzjoni totali f’oġġetti mill-organizzazzjonijiet privati, kemm jekk membri tal-Grupp Industrijali u kemm jekk le, tiġi evalwata u rriveduta biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżit li din tkun mill-inqas tilħaq il-livell ta’ finanzjament pubbliku. L-ewwel evalwazzjoni għandha ssir sentejn wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Wara dan l-evalwazzjoni għandha ssir fi tmiem kull sena.

Jekk l-evalwazzjoni tistabbilixxi li l-kontribuzzjoni f’oġġetti minn sorsi privati ma tilħaqx il-livell meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni tagħha s-sena ta’ wara.

Jekk ikun stabbilit li l-kontribuzzjoni f’oġġetti minn sorsi privati ma tilħaqx il-livell meħtieġ għal sentejn konsekuttivi, il-Kummissjoni tista’ tipproponi lill-Kunsill biex itemm l-Impriża Konġunta FCH.

2. Il-Kummissjoni għandha tagħti bidu u twettaq reviżjoni f’nofs it-terminu u reviżjoni finali. Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu għandha titwettaq mhux aktar tard mill-2012 u r-reviżjoni finali għandha ssir fit-tmiem ta’ l-Impriża Konġunta.

Artikolu 15 Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-membri fundaturi u l-membru u l-miżuri kontra l-frodi

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri fundaturi u l-membru tagħha jkunu protetti b’mod adegwat billi twettaq jew tikkummissjona verifiki interni u esterni xierqa.

2. F’każ ta’ irregolaritajiet kommessi mill-Impriża konġunta FCH jew il-persunal tagħha, il-membri fundaturi u l-membru għandhom iżommu d-dritt li jirkupraw kull ammont minfuq bla dovut jew li jnaqqsu jew jissospendu kull kontribuzzjoni sussegwenti lill-Impriża Konġunta FCH.

3. Għall-iskopijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u atti illegali oħra, japplika r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.

4. Il-Kummissjoni u/jew il-Qorti ta’ l-Awdituri tista’, jekk ikun meħtieġ, twettaq verifiki fuq il-post fost il-benefiċjarji tal-finanzjament ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-aġenti reponsabbli għall-allokazzjoni tiegħu. Għal dan il-għan, l-Impriża Konġunta FCH tiżgura li kull ftehim ta’ għotjiet u kull kuntratt jipprovdi għad-dritt tal-Kummissjoni u/jew tal-Qorti ta’ l-Awdituri biex twettaq, f’isem l-Impriża Konġunta FCH, il-verifiki xierqa u, fil-każ ta’ skoperta ta’ irregolaritajiet, timponi multi dissważivi u proporzjonati.

5. L-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) għandu jkollu l-istess poteri fir-rigward ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-persunal tagħha bħalma għandu fir-rigward tas-servizzi tal-Kummissjoni. Malli titwaqqaf l-Impriża Konġunta FCH, hija taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF[31]. Il-Bord tat-Tmexxija għandu japprova l-adeżjoni u jadotta l-miżuri neċessarji biex jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF.

Artikolu 16 Kunfidenzjalità

L-Impriża Konġunta FCH għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ l-informazzjoni sensittiva li l-kxif tagħha jista’ jippreġudika l-interessi tal-membri fundaturi u l-membru tagħha.

Artikolu 17 Drittijiet ta’ Propjetà Intelletwali

L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta regoli li jiggvernaw l-użu u t-tixrid tar-riżultati ta’ l-RTD&D, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju, fejn ikun xieraq, tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali ġġenerati minn attivitajiet ta’ l-RTD&D taħt dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw li r-riżultati ta’ l-RTD&D jintużaw u jixxerrdu.

Artikolu18 Azzjonijiet Preparatorji

Il-membri fundaturi għandhom jieħdu l-azzjonijiet preparatorji kollha meħtieġa għat-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH sakemm il-korpi tagħha jibdew joperaw bis-sħiħ.

Artikolu 19 Appoġġ mill-Istat ospitanti

Għandu jiġi konkluż ftehim ospitanti bejn l-Impriża Konġunta FCH u l-Belġju dwar l-akkomodazzjoni ta’ l-uffiċini, il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jingħata mill-Belġju lill-Impriża Konġunta FCH.

Artikolu 20 Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

L-ISTATUTI TA’ L-IMPRIŻA KONĠUNTA TAĊ-ĊELLOLI TAL-FJUWIL U L-IDROĠENU

Artikolu I.1 Isem, Lokalità, Tul ta’ Żmien u Personalità Ġuridika

1. L-isem ta’ l-Impriża Konġunta għandu jkun l-"Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu" (minn hawn ’il quddiem imsejjħa "Impriża Konġunta FCH ").

2. Is-sede tagħha għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stabbilita mill-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal perjodu inizjali li jintemm fil-31.12.2017.

4. Il-perjodu inizjali jista’ jiġi estiż billi jiġu emendati dawn l-Istatuti f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l- Artikolu I.23 , wara li jitqies filwaqt li jiġi kkunsidrat il-progress magħmul lejn il-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH u sakemm tkun żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja.

Artikolu I.2 Għanijiet u ħidmiet ewlenin

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha taħdem fl-ambitu ta’ l-FP7 sabiex tippermetti lit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jippenetraw fis-suq, b’hekk tippermetti lill-forzi tas-suq kummerċjali li jmexxu ’l quddiem il-benefiċċji pubbliċi potenzjali sostanzjali.

2. L-għanijiet jinkludu:

- li l-Ewropa titqiegħed fuq quddiem fit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu mad-dinja kollha;

- li tintlaħaq il-massa kritika ta’ l-isforz tar-riċerka biex titnissel il-fiduċja fl-industrija, fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul;

- li tirrendi l-investiment industrijali, nazzjonali u reġjonali fl-RTD&D aktar effettiv;

- li tinbena ż-Żona Ewropea tar-Riċerka permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mar- riċerka mwettqa f’livelli nazzjonali u reġjonali – bit-tħaris tas-sussidjarjetà;

- li jiġu integrati r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, u jiffukaw fuq il-ksib ta’ sostenibbiltà fit-tul u miri kompetittivi industrijali dwar l-ispejjeż, ir-rendiment u d-durabbiltà u jingħelbu l-ostakli teknoloġiċi kritiċi;

- li tistimola l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ katini ġodda ta’ valur inklużi l-SMEs;

- li tiffaċilita l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka inkluża dik dwar riċerka bażika;

- li tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ istituzzjonijiet minn kull pajjiż, inklużi l-Istati Membri l-ġodda u l-Pajjiżi Kandidati;

- li twettaq riċerka soċjo-tekniko-ekonomiku fil-wiesgħa biex tivvaluta u timmonitorja l-progress teknoloġiku u l-ostakli mhux tekniċi għad-dħul fis-suq;

- li twettaq riċerka li ssostni l-iżvilupp ta’ regolamenti u standards ġodda u tirrevedi regolamenti u standards eżistenti sabiex telimina l-ostakli artifiċjali għad-dħul fis-suq u tappoġġja l-interkambjabbiltà, l-interoperabbiltà, il-kummerċ ta’ l-idroġeni bejn il-fruntieri, u s-swieq ta’ l-esportazzjoni waqt li tiżgura s-sigurtà ta’ l-operat u mhux ixxekkel l-innovazzjoni;

- li tipprovdi informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha sabiex ittejjeb l-għarfien pubbliku u toħloq aċċettazzjoni pubblika dwar is-sigurtà ta’ l-idroġenu, u l-benefiċċji mit-teknoloġiji l-ġodda għall-ambjent, għas-sigurtà tal-provvista, għall-ispejjeż ta’ l-enerġija, u għall-impjiegi.

3. Il-ħidmiet ewlenin ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu sabiex tiżgura t-twaqqif u t-tmexxija effiċjenti ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.

4. Dan jinkludi:

- li tistabbilixxi u timplimenta pjan ta’ attività ta’ riċerka multi-annwali;

- li timpenja l-finanzjament Komunitarju u timmobilizza r-riżorsi tas-settur privat u oħrajn tas-settur pubbliku meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet tagħha ta’ RTD&D;

- li tiżgura l-operat tajjeb ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D u ġestjoni finanzjarja tajba tar-riżorsi;

- li tikkoopera u tikkonsulta mal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri;

- li tikkoopera u tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku;

- li torganizza laqgħat annwali ta’ l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati;

- li tikkomunika u xxerred l-informazzjoni dwar il-proġetti, inklużi l-ismijiet tal-parteċipanti, ir-riżultati ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D, u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Impriża Konġunta FCH;

- li tinnotifika lill-entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew Ftehim ta’ Għotja ma’ l-Impriża Konġunta FCH bl-opportunitajiet ta’ self potenzjali mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, b’mod partikolari l-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju stabbilita taħt is-Seba’ Programm Kwadru;

- li tiżgura livell għoli ta’ trasparenza u kompetizzjoni ġusta taħt kundizzjonijiet ta’ aċċess ugwali għall-applikanti kollha għall-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ dimostrazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta FCH, kemm jekk ikunu membri tal-Grupp tar-Riċerka jew tal-Grupp Industrijali (b’mod partikolari intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju) u kemm jekk le;

- li ssegwi l-iżviluppi internazzjonali fil-qasam u li tidħol f’kooperazzjoni internazzjonali meta jkun xieraq.

Artikolu I.3 Membri u gruppi ta’ interess

1. Il-membri fundaturi (minn hawn ’il quddiem imsejjħa l-"Membri Fundaturi") ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu:

- il-Komunità Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, u

- l-Grupp Industrijali Ewropew Aisbl għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilit taħt il-liġi Belġjana (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-"Grupp Industrijali").

2. Il-Grupp Industrijali:

- hu organizzazzjoni mhux għall-profitt li għandu l-għan li jikkontribwixxi lejn il-ksib ta’ l-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- huwa mwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana, u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji rreġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta;

- għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH, skond l- Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus biex tkopri 50% ta’ l-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta’ kull sena finanzjarja;

- għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni ta’ l-industrija lejn it-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH tiġi pprovduta f’oġġetti u tkopri minimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż totali tal-proġett, ikkalkulati fuq bażi annwali;

- huwa miftuħ għas-sħubija minn kull entità ġuridika (inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju), iffurmata f’konformità mal-liġi ta’ Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew Stat taż-ŻEE u li għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozji fiż-żona msemmija hawn fuq, sakemm hi tkun attiva fil-qasam taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Ewropa, u hija impenjata li tikkontribwixxi lejn l-għanijiet u r-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

3. Grupp ta’ Riċerka, li jirrappreżenta organizzazzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet u ċentri ta’ riċerka mhux għall-profitt, jista’ jsir membru, wara t-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH, sakemm tkun twaqqfet entità li tirrappreżenta l-komunità tar-riċerka. L-applikazzjoni mill-Grupp tar-Riċerka għandha tiġi indirizzata lill-Bord tat- Tmexxija li għandu jieħu d-deċiżjoni dwarha.

4. Il-Grupp ta’ Riċerka għandu:

- ikun organizzazzjoni mhux għall-profitt li l-għan tagħha hu li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- ikun imwaqqaf legalment taħt il-liġi Belġjana u jopera taħt il-liġijiet sussidjarji (by-laws) reġistrati tagħha debitament adottati għar-rigward ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta;

- jiżgura li l-kontribuzzjoni tiegħu għar-riżorsi ta’ l-Impriża Konġunta FCH issir bil-quddiem bħala kontribuzzjoni fi flus biex tkopri 1/12 ta’ l-ispejjeż ordinarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH u trasferita għall-baġit ta’ l-Impriża Konġunta FCH qabel il-bidu ta’ kull sena finanzjarja;

- ikun miftuħ għas-sħubija minn kull organizzazzjoni ta’ riċerka, università jew ċentru ta’ riċerka mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat jew Pajjiż kandidat.

5. Membru Fundatur jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stralċjata kif previst fl- Artikolu I.22 .

6. Il-Grupp tar-Riċerka jista’ jtemm is-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta FCH. It-terminazzjoni għandha ssir effettiva u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-Membri Fundaturi u wara dan il-Membru li jkun se jtemm is-sħubija jinħeles mill-obbligi kollha għajr dawk approvati mill-Impriża Konġunta FCH qabel it-terminazzjoni tas-sħubija.

Artikolu I.4 Korpi

Il-korpi eżekuttivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Bord tat-Tmexxija u l-Uffiċċju tal-Programm. Il-korpi konsultattivi ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu l-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri[32], l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati u l-Kumitat Xjentifiku.

Artikolu I.5 Il-Bord tat-Tmexxija

1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn sitt rappreżentanti maħtura mill-Grupp Industrijali u sitt rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni, fil-każ li jiġi mwaqqaf Grupp tar-Riċerka, għandha tittrasferixxi siġġu wieħed lir-rappreżentant tiegħu.

3. Mill-inqas wieħed mir-rappreżentanti maħtura mill-Grupp Industrijali għandu jirrappreżenta lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju.

4. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi lill-president tiegħu. Il-president għandu jkun elett għal sentejn.

5. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħmel il-laqgħa ordinarja tiegħu darbtejn fis-sena. Huwa jista’ jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Grupp Industrijali jew fuq talba tal-president. Normalment il-laqgħat għandhom isiru fis-Sede ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jissejħu mill-President tiegħu.

6. Il-president għandu jsejjaħ l-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati.

. Is-Segretarju tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun id-Direttur Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, iżda ma jkollux dritt tal-vot.

8. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jistieden osservaturi fuq konsiderazzjoni każ b’każ, mingħajr dritt tal-vot, biex jattendu l-laqgħat tiegħu, b’mod partikolari rappreżentanti tar-reġjuni u tal-korpi regolatorji.

9. Kull siġġu fil-Bord tat-Tmexxija jagħti dritt għal vot wieħed. Il-membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiksbu l-konsensus. Jekk ma jintlaħaqx konsensus, il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ tliet kwarti.

10. Il-Komunità għandu jkollha d-dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda minn dan il-Bord fir-rigward ta’ l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha, il-metodoloġija għall-valutazzjoni l-kontribuzzjonijiet f’oġġetti, kull emenda għal dawn l-Istatuti u r-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH u dwar il-kwistjoni tal-koerenza tal-pjanijiet ta’ l-attività tar-riċerka multi-annwali ma’ l-FP7.

11. Ir-rappreżentanti tal-Membri Fundaturi u tal-Membru m’għandhomx jinżammu personalment responsabbli għal azzjonijiet meħuda fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fuq il-Bord tat-Tmexxija.

12. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura.

13. Ir-rwol tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun dak li jieħu r-responsabbiltà ġenerali għall-operazzjonijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

14. Dan jinkludi:

- it-teħid tar-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- it-teħid tar-responsabbiltà għat-twettiq xieraq tal-funzjoni fdata mill-Artikolu 185(3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 lill-awditur intern tal-Kummissjoni.

15. Il-Bord tat-Tmexxija għandu b’mod partikolari:

- japprova l-pjan ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka annwali u multi-annwali u l-istimi ta’ l-infiq korrispondenti, kif irrakkomandat mid-Direttur Eżekuttiv wara li jkun ikkonsulta l-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri u l-Kumitat Xjentifiku;

- japprova l-baġit annwali, inkluż il-pjan ta’ l-użu tal-persunal;

- japprova r-rapport dwar l-attivitajiet annwali, inkluża n-nefqa korrispondenti;

- japprova r-rendikont finanzjarju annwali u l-karta tal-bilanċ;

- jipprovdi għat-twaqqif ta’ kapaċitajiet ta’ verifika interna ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- jiġġustifika u japprova kwalunkwe devjazzjoni mir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH f’konformità ma’ l- Artikolu 8 ;

- jiġġustifika u jadotta, bi qbil mal-Kummissjoni, il-miżuri ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- jaħtar id-Direttur Eżekuttiv, jipprovdi gwida u direzzjoni lid-Direttur Eżekuttiv, jimmonitorja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u, jekk ikun meħtieġ, jibdel id-Direttur Eżekuttiv;

- japprova l-istruttura organizzattiva ta’ l-Uffiċċju tal-Programm kif propost mid-Direttur Eżekuttiv;

- japprova l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet mhux fi flus;

- japprova l-linji gwida dwar l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti proġettwali kif propost mid-Direttur Eżekuttiv;

- japprova l-lista ta’ proposti proġettwali magħżula għall-finanzjament;

- japprova l-mudell tal-Ftehim ta’ Għotja;

- japprova l-kuntratti tas-servizz u l-provvista;

- japprova l-valutazzjoni indipendenti annwali tal-livell ta’ kontribuzzjoni f’oġġetti qabel tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni;

- jaqbel fuq emendi proposti għall-Istatuti ta’ l-Impriża Konġunta FCH f’konformità ma’ l- Artikolu I.23 ;

- jassenja kwalunkwe ħidma li ma tkunx allokata speċifikament lil wieħed mill-korpi ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- japprova l-proċeduri ta’ l-Impriża Konġunta FCH, inkluża l-politika dwar id-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali.

Artikolu I.6 L-Uffiċċju tal-Programm

1. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul minn Direttur Eżekuttiv u persunal ta’ l-appoġġ.

2. L-Uffiċċju tal-Programm għandu, taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv, jeżegwixxi r-responsabbiltajiet kollha ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

3. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun responsabbli mill-aspetti operazzjonali, baġitarji u finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

4. L-Uffiċċju tal-Programm għandu b’mod partikolari:

- imexxi t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti proġettwali kif previst fil-pjan ta’ l-attivitajiet tar-riċerka annwali, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti proġettwali, l-innegozjar tal-proposti proġettwali magħżula, u s-segwitu u l-amministrazzjoni tal-Ftehimiet ta’ Għotja, inkluża l-koordinazzjoni tagħhom;

- ikun responsabbli mit-twaqqif u l-amministrazzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà l-aktar xierqa għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati attwali għall-proġetti;

- jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija u lill-korpi sussidjarji l-oħra kollha bid-dokumentazzjoni rilevanti u l-appoġġ loġistiku;

- iħejji l-pjan ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka multi-annwali u l-istimi ta’ l-infiq korrispondenti;

- iħejji l-proposta tal-baġit annwali, inkluż il-pjan tal-persunal;

- iħejji r-rapport dwar l-attività annwali, inkluża n-nefqa korrispondenti;

- iħejji r-rendikont finanzjarju annwali u l-karta tal-bilanċ;

- iħejji d-dokumenti kollha neċessarji għar-reviżjoni f’nofs it-terminu u dik finali;

- imexxi s-sejħiet għall-offerti għal oġġetti u servizzi f’konformità mar-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- iwettaq il-ħidmiet kollha l-oħra fdati jew delegati lilu mill-Bord tat-Tmexxija.

5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum ta’ l-Impriża Konġunta FCH f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija. F’dak il-kuntest, huwa/hija għandu jinforma regolarment kif ukoll iwieġeb għal kull talba għal informazzjoni speċifika ad hoc mill-Bord tat-Tmexxija.

6. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Huwa/hija għandu jwettaq il-ħidmiet tiegħu/tagħha b’mod indipendenti, u għandu jwieġeb lill-Bord tat-Tmexxija.

7. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal, il-poteri stipulati fl- Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta FCH.

8. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, għal perjodu inizjali massimu ta’ tliet snin. Wara evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi l-mandat tal-kariga darba waħda għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn erba’ snin.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu b’mod partikolari:

- jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija l-pjan ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka annwali u multi-annwali u l-istimi ta’ l-infiq korrispondenti;

- jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija l-proposta tal-baġit annwali, inkluż il-pjan tal-persunal;

- jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija r-rapport annwali ta’ l-attività, inkluż l-infiq korrispondenti;

- jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija r-rendikont finanzjarju annwali u l-karta tal-bilanċ;

- jissottometti għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija, l-arranġamenti u l-linji gwida għall-evalwazzjoni u l-għażla tal-proposti proġettwali, inklużi l-proċeduri għat-tixrid tar-riżultati tar-riċerka;

- jissorvelja u jmexxi s-sejħiet għall-proposti proġettwali;

- jissottometti għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija l-lista tal-proposti proġettwali magħżula għall-finanzjament;

- jissottometti għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija l-lista tal-Ftehimiet ta’ Għotja li jridu jiġu konklużi;

- japprova u jiffirma l-Ftehimiet ta’ Għotja individwali mwaqqfa skond il-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja. Ftehimiet ta’ Għotja b’dispożizzjonijiet li ma jikkorrispondux kompletament mal-Mudell tal-Ftehim ta’ Għotja għandhom jiġu sottomessi lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni.

- jissottometti għall-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija l-kuntratti għas-servizz u l-provvista li jridu jiġu konklużi;

- jissottometti lill-Bord tat-Tmexxija l-proposta/i tiegħu/tagħha dwar l-istruttura ta’ l-organizzazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Programm u jorganizza, imexxi u jwettaq is-superviżjoni tal-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- isejjaħ laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija;

- jiżgura li jkun hemm segretarjat għall-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati;

- jattendi kif ikun xieraq il-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku bħala osservatur;

- jekk ikun xieraq, iwaqqaf gruppi ad hoc ta’ esperti, kif deċiż mill-Bord tat-Tmexxija, biex tingħata konsulenza mill-esperti;

- jimmonitorja l-finanzjament pubbliku u privat u jkollu r-responsabbiltà li jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija kull azzjoni korrettiva meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ 50/50 tal-finanzjament;

- jagħti bidu għal valutazzjoni annwali indipendenti tal-livell ta’ kontribuzzjoni f’oġġetti (l-ewwel waħda fl-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-bidu ta’ l-Impriża Konġunta FCH), u jieħu r-responsabbiltà li r-riżultati tal-valutazzjoni jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija u ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja;

- jipprovdi lill-Bord tat-Tmexxija b’kull informazzjoni oħra li tista’ tintalab;

- jipprovdi lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni u servizz meħtieġ għar-reviżjonijiet ta’ nofs it-terminu u dawk annwali;

- ikun responsabbli għall-valutazzjoni tar-riskju u l-immaniġġjar tar-riskju;

- jipproponi lill-Bord tat-Tmexxija s-sottoskrizzjoni ta’ kull assigurazzjoni meħtieġa għall-Impriża Konġunta FCH sabiex tilħaq l-obbligi tagħha;

- ikun responsabbli għat-tħejjija, l-innegozjar u l-konklużjoni tal-Ftehimiet ta’ Għotja għall-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D, u l-kuntratti għas- servizz u l-provvista neċessarji għall-operazzjonijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- ikun responsabbli għall-kwittanza annwali mill-Parlament Ewropew.

Artikolu I.7 Il-Kumitat Xjentifiku

1. Il-Kumitat Xjentifiku huwa korp konsultattiv għall-Bord tat-Tmexxija. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu bl-appoġġ ta’ l-Uffiċċju tal-Programm.

2. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jkollu presidenza u [8] membri. Il-president ikun membru tal-Bord tat-Tmexxija, normalment dak li jirrappreżenta l-Grupp tar-Riċerka.

3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jistabbilixxi l-kriterji speċifiċi u l-proċess ta’ l-għażla tal-membri tal-Kumitat Xjentifiku. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lill-membri fuq proposta tad-Direttur Eżekuttiv. Il-membri għandhom jirriflettu rappreżentanza bilanċjata ta’ l-għarfien espert. Kollettivament, il-membri tal-Kumitat Xjentifiku għandu jkollhom il-kompetenza xjentifika, l-għarfien professjonali u espert meħtieġ fit-teknoloġija taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu, u l-kwistjonijiet soċjali u ekonomiċi relatati, sabiex jagħmlu rakkomandazzjonijiet strateġiċi fuq bażi xjentifika għall-implimentazzjoni ta’ l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta FCH.

4. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jwettaq il-ħidmiet li ġejjin:

- jagħti l-opinjoni tiegħu dwar ir-relevanza u l-progress ta’ l-attivitajiet annwali ta’ l-RTD&D u jirrakkomanda emendi;

- jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-prijoritajiet xjentifiċi għall-pjan multi-annwali ta’ attivitajiet ta’ l-RTD&D;

- javża lill-Bord tat-Tmexxija dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport ta’ l-attività annwali.

5. Il-Kumitat Xjentifiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.

6. Il-Kumitat Xjentifiku jista’ jistieden osservaturi, mingħajr dritt tal-vot, biex jattendu l-laqgħat tiegħu.

Artikolu I.8 Sorsi tal-finanzjament

1. Il-kontribuzzjoni totali mill-Komunità lill-Impriża Konġunta FCH li tkopri l-ispejjeż ordinarji u l-ispejjeż operattivi għall-attivitajiet ta’ l-RTD&D m’għandhiex taqbeż 470 miljun EUR mis-Seba’ Programm Kwadru. L-ispejjeż ordinarji m’humiex mistennija li jeċċedu l-20 miljun EUR.

2. Ir-riżorsi kollha ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-attivitajiet tagħha għandhom ikunu ddedikati għall-għanijiet u l-ħidmiet ewlenin kif previst fl- Artikolu I.2 .

3. Kull kontribuzzjoni finanzjarja straordinarja oħra fi flus, riżorsi u dħul, tista’ tiġi aċċettata wara l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

4. Il-proċess ta’ l-evalwazzjoni u l-għażla għandu jiżgura li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku ta’ l-Impriża Konġunta FCH isegwi l-prinċipji ta’ eċċellenza u kompetizzjoni[33].

5. L-imgħaxijiet kollha ġġenerati mill-kontribuzzjonijiet ladarba tirċevihom l-Impriża Konġunta FCH għandhom jitqiesu bħala dħul tagħha.

6. L-imgħaxijiet kollha ġġenerati mill-pagament bil-quddiem ta’ għotjiet imħallsa mill-Impriża Konġunta FCH għandhom jitqiesu bħala dħul tal-konsorzju tal-proġett.

7. Is-settur privat, b’mod partikolari l-membri tal-Grupp Industrijali, għandhom jikkontribwixxu f’oġġetti għall-ispejjeż operazzjonali tal-proġetti. Il-kontribuzzjonijiet f’oġġetti għandhom mill-inqas jammontaw daqs il-finanzjament pubbliku. Il-livell totali tal-kontribuzzjonijiet f’oġġetti, ikkalkulat fuq bażi annwali, għandu jiġu vvalutat darba fis-sena. L-ewwel valutazzjoni għandha tinbeda fl-aħħar tat-tieni sena finanzjarja wara l-bidu ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Il-valutazzjoni għandha mbagħad tibda ssir kull sena finanzjarja minn entità indipendenti. Ir-riżultati tal-valutazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni fi żmien 4 xhur mit-tmien ta’ kull sena finanzjarja.

8. L-Impriża Konġunta FCH għandha tippossjedi l-assi kollha ġġenerati minnha jew trasferiti lilha għall-ilħiq ta’ l-għanijiet tagħha kif previst fl- Artikolu I.2 .

Artikolu I.9 Parteċipazzjoni fil-proġetti

1. Il-parteċipazzjoni fil-proġetti għandha tkun miftuħa għal entitajiet ġuridiċi u organizzazzjonijiet internazzjonali mwaqqfa fi Stat Membru jew kull pajjiż terz ladarba jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet minimi.

2. Il-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu ssodisfati għall-proġetti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) għandhom jipparteċipaw mill-inqas tliet entitajiet ġuridiċi, kull waħda minnhom għandha tkun imwaqqfa fi Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat, u l-ebda tnejn minnhom ma jistgħu jkunu mwaqqfa fl-istess Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat;

(b) it-tliet entitajiet ġuridiċi kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin kif iddefinit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013)[34];

(c) mill-inqas entità ġuridika waħda għandha tkun membru tal-Grupp Industrijali jew il- Grupp tar-Riċerka.

3. L-entitajiet ġuridiċi li jixtiequ jipparteċipaw fi proġett għandhom jiffurmaw konsorzju u jaħtru wieħed mill-membri tagħhom biex jagħmilha tal-koordinatur tiegħu. Normalment il-koordinatur għandu jkun membru tal-Grupp Industrijali, jew membru tal-Grupp tar-Riċerka, jekk ikun twaqqaf tali Grupp tar-Riċerka. Eċċezzjonijiet għandhom jiġi approvati mill-Bord tat-Tmexxija.

4. Il-kundizzjoni minima għall-kuntratti tas-servizzi u l-provvista, l-azzjonijiet ta’ appoġġ, l-istudji u l-attivitajiet tat-taħriġ iffinanzjati mill-Impriża Konġunta FCH għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità ġuridika waħda.

Artikolu I.10 Eliġibbiltà għall-finanzjament

1. Il-kontribuzzjoni Komunitarja lill-Impriża Konġunta FCH għandha tintuża għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti.

2. F’każijiet eċċezzjonali l-Impriża Konġunta FCH tista’ toħroġ sejħiet għall-offerti, jekk dan jitqies xieraq għas-segwitu effettiv ta’ l-għanijiet tar-riċerka.

3. L-entitajiet ġuridiċi privati li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għal tali finanzjament:

(a) huma jkunu mwaqqfa fi Stat Membru jew ikollhom l-uffiċċju rreġistrat, il-post ċentrali jew prinċipali tan-negozju tagħhom fi stat li huwa parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jew li jkun Pajjiż Assoċjat jew Kandidat;

(b) huma jkollhom attivitajiet rilevanti fl-RTD&D, l-industrijalizzazzjoni jew l-iskjerament għaċ-ċelloli tal-fjuwil u/jew l-idroġenu u/jew pjanijiet konkreti biex jagħmlu dan fil-futur qrib fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

4. Dawn li ġejjin ukoll huma eliġibbli għall-finanzjament:

(a) korpi pubbliċi mhux għall-profitt imwaqqfa fi Stat Membru, Pajjiż Assoċjat, Pajjiż Kandidat jew fiż-ŻEE, inklużi stabbiliment ta’ edukazzjoni sekondarja jew ogħla;

(b) organizzazzjonijiet internazzjonali, li għandhom personalità ġuridika taħt il-liġi pubblika internazzjonali, kif ukoll kull aġenzija speċjalizzata mwaqqfa minn tali organizzazzjonijiet intergovernattivi;

(c) entitajiet ġuridiċi minn pajjiżi terzi, sakemm il-Bord tat-Tmexxija jqis il-parteċipazzjoni tagħhom bħala ta’ benefiċċju partikolari għall-proġett.

Artikolu I.11 Dispożizzjonijiet finanzjarji

1. Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom jissejsu fuq il-prinċipji tar-Regolament Nru 1605/2002. Hi tista’ titbiegħed mir-Regolament Nru 1605/2002 fejn ħtiġijiet speċifiċi ta’ l-Impriża Konġunta FCH jitolbu dan, suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2. L-Impriża Konġunta FCH għandu jkollha l-kapaċità ta’ verifika interna tagħha stess.

Artikolu I.12 Impenji finanzjarji

1. L-impenji finanzjarji ta’ l-Impriża Konġunta FCH m’għandhomx jeċċedu l-ammont ta’ riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha.

2. Jekk ma jsirx finanzjament wara l-2013 (meta jintemm l-FP7) huma biss dawk il-proġetti li għalihom ikun ġie ffirmat Ftehim ta’ Għotja sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 li jkomplu fis-snin 2014-2017.

Artikolu I.13 Sena finanzjarja

Is-sena finanzjarja għandha tikkorrispondi mas-sena kalendarja.

Artikolu I.14 Rapport u approvazzjoni finanzjarja

1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord tat-Tmexxija abbozz preliminari tal-baġit, li għandu jinkludi previżjoni ta’ l-ispiża annwali għas-sentejn ta’ wara. F’din il-previżjoni, għandhom jitniżżlu l-istimi tad-dħul u l-ispiża għall-ewwel minn dawk is-sentejn finanzjarji fid-dettall meħtieġ mill-proċedura baġitarja interna ta’ kull Membru Fundatur u Membru fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu lill-Impriża Konġunta FCH. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti lill-Bord tat-Tmexxija l-informazzjoni supplementari kollha meħtieġa għal dan il-għan.

2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu minnufih jikkomunika lid-Direttur Eżekuttiv il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz preliminari tal-baġit u b’mod partikolari dwar l-istimi tar-riżorsi u ta’ l-infiq għas-sena ta’ wara.

3. Id-Direttur Eżekuttiv wara li jqis il-kummenti li jaslu mill-Bord tat-Tmexxija għandu jipprepara l-abbozz tal-baġit għas-sena ta’ wara. Qabel l-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta l-baġit annwali lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni.

4. Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, ir-rendikont finanzjarju annwali u l-karta tal-bilanċ għas-sena preċedenti għandhom jiġu ppreżentati mid-Direttur Eżekuttiv lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni.

5. Fi żmien xahrejn mit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja r-rendikont finanzjarju proviżorju ta’ l-Impriża Konġunta għandu jiġu ppreżentat lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (‘il-Qorti ta’ l-Awdituri’). Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha, sal-15 ta’ Ġunju wara t-tmiem ta’ kull sena finanzjarja, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rendikont finanzjarju proviżorju ta’ l-Impriża Konġunta. Ir-rendikont finanzjarju annwali għas-sena finanzjarja għandu jintbagħat fis-sena ta’ wara lill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni skond l-iskadenzi ffissati bir-Regolament Finanzjarju Strutturali sabiex l-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni jista’ jinkorporahom fir-rendikonti finanzjarji annwali tal-KE. Ir-rendikont finanzjarju annwali ta’ l-Impriża Konġunta għandu jitħejja u jiġi awditjat skond ir-Regoli tal-Kontabbiltà tal-KE kif adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni.

6. L-approvazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, f’konformità mal-proċedura kif prevista mir-Regolament Finanzjarju ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

Artikolu I.15 L-ippjanar u r-Rappurtar annwali

1. Il-pjan ta’ l-attivitajiet ta’ riċerka multi-annwali għandu jiddeskrivi l-programm ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Il-pjan ta’ l-attivitajiet tar-riċerka annwali għandu jinkludi pjan dettaljat ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D u l-istimi ta’ l-ispiża korrispondenti għas-sena li jkun imiss.

2. Rapport annwali ta’ l-attività għandu jiddeskrivi l-attivitajiet ta’ l-RTD&D u l-attivitajiet l-oħra mwettqa matul is-sena preċedenti u l-ispiża korrispondenti.

Artikolu I.16 Persunal

1. Ir-riżorsi umani għandhom jiġu ddeterminati fil-pjan tal-persunal li għandu jitfassal fil-baġit annwali.

2. Il-membri tal-persunal ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandhom ikunu aġenti temporanji u aġenti kkuntrattati u għandu jkollhom kuntratti b’terminu definit, li jistgħu jiġu estiżi darba waħda sa perjodu massimu totali ta’ seba’ snin.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tagħmel tajjeb għall-ispiża tal-persunal.

Artikolu I.17 Responsabbiltà u Assigurazzjoni

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tkun unikament responsabbli għall-konformità ma’ l-obbligi tagħha.

2. Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri Fundaturi u l-Membru għad-djun ta’ l-Impriża Konġunta FCH għandha tkunu limitata għall-kontribuzzjoni mitluba tagħhom għall-ispejjeż ordinarji.

3. L-Impriża Konġunta FCH għandha tieħu u żżomm assigurazzjoni xierqa.

Artikolu I.18 Kunflitt ta’ interessi

L-Impriża Konġunta FCH u l-korpi tagħha għandhom jevitaw kull kunflitt ta’ interessi fit-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom.

B’mod partikulari għandha tingħata attenzjoni fejn jista’ jinħoloq kunflitt ta’ interessi għar-rappreżentanti li jkunu qed iservu fil-Bord tat-Tmexxija.

Artikolu I.19 Ftehim ta’ Għotja u Ftehim ta’ Konsorzju

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tappoġġja l-attivitajiet ta’ l-RTD&D wara sejħiet kompetittivi għal proposti, evalwazzjoni indipendenti, u l-konklużjoni ta’ kull proġett ta’ Ftehim ta’ Għotja u Ftehim ta’ Konsorzju.

2. L-Impriża Konġunta FCH għandha tiddefinixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-Ftehimiet ta’ Għotja.

3. Il-Ftehim ta’ Għotja għandu:

- jipprovdi għall-arranġamenti xierqa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet ta’ l-RTD&D;

- jipprovdi għall-arranġamenti finanzjarji xierqa u r-regoli marbuta mad-drittijiet tal-propjetà intellettwali fuq il-bażi tal-prinċipji kif stipulati fl- Artikolu I.24 ;

- imexxi r-relazzjoni bejn il-konsorzju tal-proġett u l-Impriża Konġunta FCH.

4. Il-Ftehim ta’ Konsorzju għandu:

- jiġi konkluż mill-parteċipanti fil-proġett qabel il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Għotja;

- jipprovdi għall-arranġamenti xierqa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Għotja;

- imexxi r-relazzjoni bejn il-parteċipanti fi proġett, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar id-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali.

Artikolu I.20 Kuntratti għas-servizzi u l-provvista

L-Impriża Konġunta FCH għandha twaqqaf il-proċeduri u l-mekkaniżmi kollha għall-implimentazzjoni, is-superviżjoni u l-kontroll tal-kuntratti għas-servizzi u l-provvista meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tagħha.

Artikolu I.21 Ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tagħmel kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost il-benefiċjarji tal-finanzjament pubbliku mill-Impriża Konġunta FCH.

2. Il-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri tista’, skond il-ħtieġa, tagħmel verifiki fuq il-post fost il-benefiċjarji tal-finanzjament ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Għal dak il-għan, l-Impriża Konġunta FCH għandha tiżgura li l-Ftehimiet ta’ Għotja tagħha u l-kuntratti jistipulaw id-dritt tal-Kummissjoni u tal-Qorti ta’ l-Awdituri li jagħmlu l-verifiki xierqa u, fl-eventwalità tas-sejbien ta’ irregolaritajiet, li jimponu penali dissważivi u proporzjonati.

3. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) imwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, ECSC, Euratom għandu jkollu l-istess poteri fir-rigward ta’ l-Impriża Konġunta u l-persunal tagħha bħalma għandu fir-rigward tad-dipartimenti tal-Kummissjoni. Malli titwaqqaf l-Impriża Konġunta, hija taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF. Il-Bord tat-Tmexxija għandu japprova dik l-adeżjoni u jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-investigazzjonijiet interni mwettqa mill-OLAF.

Artikolu I.22 Stralċ

1. Fl-aħħar tal-perjodu previst fl- Artikolu I.1, jew wara deċiżjoni mill-Kunsill, l-Impriża Konġunta FCH għandha tiġi stralċjata.

2. Il-proċedura ta’ stralċ għandha tinbeda awtomatikament jekk wieħed mill-Membri Fundaturi jtemm is-sħubija tiegħu, sakemm it-talba għat-terminazzjoni ma tkunx akkumpanjata minn proposta għat-trasferiment tas-sħubija lil entità ġuridika li tista’ tiġi aċċettata mill-Membru Fundatur li jkun baqa’.

3. Għall-iskopijiet ta’ l-istralċ ta’ l-Impriża Konġunta FCH, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew aktar, li għandhom jikkonformaw mad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija.

4. Meta l-Impriża Konġunta FCH tkun qed tiġi stralċjata, hi għandha tirritorna lura fl-istat ospitanti [il-Belġju] kull oġġett ta’ appoġġ fiżiku li kien għamel disponibbli l-istat ospitanti skond il-ftehim ospitanti.

5. Meta kull oġġett ta’ appoġġ fiżiku jkun ġie ttrattat kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-assi l-oħra kollha għandhom jintużaw biex ikopru l-obbligi ta’ l-Impriża Konġunta FCH u l-ispejjeż marbuta ma’ l-istralċ tagħha. Dak l-ammont żejjed jew defiċit għandu jinqasam bejn jew jagħmlu tajjeb għalih il-Membri Fundaturi fil- proporzjon tal-kontribuzzjoni attwali tagħhom lill-Impriża Konġunta FCH.

6. L-assi, id-djun jew l-obbligi li jkun baqa’ għandhom jinqasmu bejn il-Membri Fundaturi skond il-proporzjon tal-kontribuzzjoni attwali tagħhom lill-Impriża Konġunta FCH.

7. Għandha titwaqqaf proċedura ad hoc biex tiżgura ġestjoni xierqa ta’ kull Ftehim ta’ Għotja msemmi fl- Artikolu I.19 u ta’ kull kuntratt tas-servizz u l-provvista msemmi fl- Artikolu I.20 , li jdum aktar mill-Impriża Konġunta FCH.

Artikolu I.23 Emendar ta’ l-Istatuti

1. Kull Membru Fundatur jew Membru ta’ l-Impriża Konġunta FCH jistgħu jagħmlu proposta lill-Bord tat-Tmexxija għall-emendar ta’ dawn l-Istatuti.

2. Il-proposti għall-emendi ta’ l-Istatuti għandhom jiġu approvati mill-Bord tat-Tmexxija f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l- Artikolu I.5 u sottomessi lill-Kummissjoni għal deċiżjoni.

3. Minkejja l-paragrafu 2, kull emenda proposta għall- Artikolu I.1, jew l- Artikolu I.8 jew l- Artikolu I.21 għandha titqies bħala aspett essenzjali u għalhekk suġġetta għal reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf l-Impriża Konġunta FCH.

Artikolu I.24 Il-politika dwar id-drittijiet tal-propjetà intellettwali

1. L-Impriża Konġunta FCH għandha tadotta regoli ġenerali li jirregolaw il-politika tagħha dwar id-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali u dawn għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehimiet ta’ Għotja u l-Ftehimiet ta’ Konsorzju.

2. Bla ħsara għar-regoli tal-kompetizzjoni[35] l-għan tal-politika dwar id-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali ta’ l-Impriża Konġunta FCH hu li tiġġenera informazzjoni miksuba, tippromwovi l-isfruttament, l-użu u t-tixrid tagħha għal żvilupp mgħaġġel lejn riżultati kummerċjali, li ssir allokazzjoni ġusta tad-drittijiet, li tippremja l-innovazzjoni, u li tilħaq parteċipazzjoni wiesgħa minn entitajiet privati u pubbliċi fil-proġetti.

3. Il-politika dwar id-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali għandha tirrifletti l-prinċipji li ġejjin:

- Kull parteċipant fi proġett għandu jibqa’ s-sid ta’ l-informazzjoni ta’ l-sfond li jintroduċi fi proġett, u għandu jibqa’ s-sid ta’ l-informazzjoni miksuba li jiġġenera minn proġett, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor mill-parteċipanti bejniethom fil-proġett. It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ drittijiet ta’ aċċess u l-liċenzji fir-rigward ta’ l-informazzjoni ta’ l-isfond jew dik miksuba, għandhom jiġu ddefiniti fil-Ftehim ta’ Għotja u l-Ftehim ta’ Konsorzju tal-proġett ikkonċernat.

- Il-parteċipanti fi proġett għandhom jobbligaw ruħhom li jxerrdu u jippermettu l-użu ta’ l-informazzjoni miksuba taħt it-termini u l-kundizzjonijiet definiti fil-Ftehim ta’ Għotja u l-Ftehim ta’ Konsorzju, b’konsiderazzjoni tal-ħarsien tad-drittijiet tal-propjetà intellettwali tagħhom, l-obbligi tal-kunfidenzjalità u, b’mod partikolari n-natura speċifika ta’ l-Impriża Konġunta FCH bħala sħubija pubblika privata li l-parteċipanti tagħha mis-settur privat jkunu pprovdew sehem kbir mill-finanzjament u li għandhom interess leġittimu fil-ħarsien ta’ l-interessi kummerċjali tagħhom.

Artikolu I.25 Il-liġi applikabbli

Fi kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dawn l-Istatuti jew minn atti tal-liġi Komunitarja, għandha tapplika l-liġi tal-Belġju.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li twaqqaf l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH).

2. QAFAS ABM / ABB

Qasam/Oqsma ta’ Politika kkonċernat(i) u l-Attività/Attivitajiet assoċjata/assoċjati:

Ir-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku: Is-7 Programm Kwadru, il-Programm Speċifiku "Kooperazzjoni": temi dwar l-Enerġija, in-Nanoxjenzi, in-Nanoteknoloġiji, il-Materjali u t-Teknoloġiji Ġodda ta’ Produzzjoni (NMP), it-Trasport (inkluża l-Aeronawtika), u l-Ambjent (inkluż it-Tibdil fil-Klima) fid-DĠ Riċerka u t-temi ta’ l-Enerġija u t-Trasport fid-DĠ Enerġija u Trasport.

3. LINJI TAL-BAĠIT:

3.1 . Linji tal-Baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ għajnuna teknika u amministrattiva inklużi l-intestaturi:

08.01 04 20 Impriża Konġunta – amministrattivi[36]

08.05 01 10 Enerġija – RTD – operattivi (181.9 M€)

08.04 01 10 NMP - RTD – operattivi (47.9 M€)

08.07 01 30 Trasport - RTD – operattivi (67.0 M€)

08.06 01 10 Ambjent - RTD – operattivi (19.1 M€)

06.06 01 10 Enerġija – TREN – operattivi (119.7 M€)

06.06 02 10 Trasport – TREN – operattivi (14.4 M€)

L-ispejjeż amministrattivi totali se jinqasmu fuq kull linja tal-baġit fil-proporzjon tal-kontribuzzjoni totali.

Tema | Stima tan-nefqa amministrattiva, M€ |

Enerġija – RTD | 8.1 |

NMP – RTD | 2.1 |

Trasport – RTD | 3.0 |

Ambjent - RTD | 0.9 |

Enerġija – TREN | 5.3 |

Trasport – TREN | 0.6 |

3.2 . Dewmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu hija mistennija li titwaqqaf minn Regolament tal-Kunsill fil-bidu ta’ l-2008 għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017. L-impatt finanzjarju tagħha fuq il-baġit ta’ l-UE se jispiċċa fl-2013.

3.3 . Karatteristiċi tal-baġit

Linja tal-Baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

08.05 01 10 | Mhux obblig | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

08.01 04 20 | Mhux obblig | Mhux diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

08.04 01 10 | Mhux obblig | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

08.07 01 30 | Mhux obblig | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

08.06 01 10 | Mhux obblig | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

06.06 01 10 | Mhux obblig | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

06.06 02 10 | Mhux obblig | Diff | IVA | IVA | IVA | Nru 1A |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1 . Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

f’miljuni EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ nefqa | Sezzjoni nru | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total |

Nefqa operattiva[37]

Approprjazzjonijiet għall-Impenji[38](AI) | 8.1 | a | 28.100 | 70.300 | 90.100 | 106.800 | 73.800 | 80.900 | 450.000 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 28.100 | 70.300 | 90.100 | 106.800 | 73.800 | 80.900 | 450.000 |

Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) Spejjeż ta’ persunal + 50% | 8.2.4 | c | 1.900 | 2.700 | 3.400 | 4.190 | 3.705 | 4.105 | 20.000 |

AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 30.000 | 73.000 | 93.500 | 110.990 | 77.505 | 85.005 | 470.000 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 30.000 | 73.000 | 93.500 | 110.990 | 77.505 | 85.005 | 470.000 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

Riżorsi umani u nfiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d | 0.117 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 1.287 |

Spejjeż amministrattivi, iżda mhux riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0 | 0.200 | 0.200 | 0 | 0.200 | 0.200 | 0.800 |

Total ta’ l-ispiża finanzjarja indikattiva ta’ l-intervent

TOTAL AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 30.117 | 73.434 | 93.934 | 111.224 | 77.939 | 85.439 | 472.087 |

TOTAL AĦ inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 30.117 | 73.434 | 93.934 | 111.224 | 77.939 | 85.439 | 472.087 |

Dettalji tal-kofinanzjament

Il-membri fundaturi ta’ l-Impriża Konġunta FCH huma:

- Il-Komunità Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u

- Il-Grupp Industrijali (IG) Ewropew għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu stabbilit bħala assoċjazzjoni mhux għall-profitt skond il-liġi Belġjana.

L-IG għandu jaqsam fl-ispejjeż ordinarji ta’ l-Uffiċċju tal-Programm fuq bażi ta’ 50/50 mal-Kummissjoni (kontribuzzjoni fi flus), kif ukoll biex ikunu koperti minimu ta’ 50% ta’ l-ispejjeż operattivi ta’ l-attivitajiet tar-riċerka ta’ l-Impriża Konġunta (bħala kontribuzzjoni f’oġġetti).

L-ispejjeż ordinarji huma stmati li ma jaqbżux l-4.5 % ta’ l-ispejjeż totali.

f’miljuni EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Il-korp tal-kofinanzjament | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total |

Il-Grupp Industrijali għall-JTI taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu | f | 30.117 | 73.434 | 93.934 | 111.224 | 77.939 | 85.439 | 472.087 |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 60.234 | 146.868 | 187.868 | 222.448 | 155.878 | 170.878 | 944.174 |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

( Il-Proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-Proposta m’għandhiex implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

4.2. Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, il-persunal temporanju u estern) – ara d-dettall taħt il-punt 8.2.1.

Ħtiġijiet annwali | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Numru totali ta’ riżorsi umani AD/AST | 11 | 20 | 20 | 20 | 20 | 20 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Ħtiġijiet li għandhom jintlaħqu fil-medda qasira jew fit-tul

Il-ħtiġijiet huma li:

- titwaqqaf l-Impriża Konġunta FCH, bħala struttura ġdida ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-industrija għall-finanzjament tar-riċerka;

- jiġu organizzati sejħiet kompetittivi għal proposti, l-evalwazzjoni u l-għażla ta’ proġetti fejn l-industrija tikkofinanzja l-proġetti tar-riċerka kollaborattiva magħżula mwettqa fi Stat Membru, Pajjiż Kandidat jew Pajjiż Assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru, flimkien mal-fondi li ġejjin mill-Impriża Konġunta FCH;

- jiġu mmonitorjati u segwiti l-aspetti finanzjarji u xjentifiċi tal-proġetti li jkunu kkonkludew ftehim ta’ għotja ma’ l-Impriża Konġunta FCH;

- jiġu organizzati s-sejħiet għal offerti meħtieġa għall-operazzjonijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH,

- jitwaqqfu u jiġu implimentati l-proċeduri kollha ta’ l-Impriża Konġunta FCH, inklużi l-verifiki finanzjarji;

- jiġu organizzati l-attivitajiet ta’ disseminazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- jiġu organizzati l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ l-Impriża Konġunta FCH;

- tiġi organizzata kull attività oħra marbuta ma’ l-Impriża Konġunta FCH

5.2. Valu r miżjud ta’ l-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Dawn il-kwistjonijiet huma indirizzati fid-dokument tal-Valutazzjoni ta’ l-Impatt mehmuż ma’ din il-proposta. Il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt hija bbażata fuq studju soċjo-ekonomiku, dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, kif ukoll kontribuzzjoni "Triq lejn is-suċċess" ipprovduta mill-Grupp Industrijali. Il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt ġiet riveduta minn grupp ta’ 4 esperti indipendenti esterni ta’ livell għoli.

5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

L- għan ewlieni huwa li jiġi mwaqqaf qafas ta’ politika fuq livell ta’ l-UE li jistimola riċerka integrata, żvilupp teknoloġiku u sforz fid-dimostrazzjoni f’teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u ta’ l-idroġenu b’massa kritika suffiċjenti biex jingħata kontribut sinifikanti lill-għanijiet ta’ politika pubblika dwar l-enerġija Ewropea. L-għanijiet dettaljati u s-sostanzjazzjoni jinsabu fil-Valutazzjoni ta’ l-Impatt.

Uħud mill- għanijiet speċifiċi huma li t-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jkunu jistgħu jippenetraw fis-suq, b’hekk il-forzi tas-suq kummerċjali jkunu jistgħu jwasslu għal benefiċċji pubbliċi sostanzjali, li tintlaħaq il-massa kritika ta’ l-isforz tar-riċerka biex tnissel fiduċja fl-industrija, u fl-investituri pubbliċi u privati, f’dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-partijiet interessati oħra sabiex jidħlu għal programm fit-tul, li tkun iffaċilitata l-interazzjoni bejn l-industrija, l-universitajiet u ċ-ċentri ta’ riċerka rigward riċerka bażika u li tkun imħeġġa l-parteċipazzjoni ta’ l-Istati Membri ġodda u tal-pajjiżi kandidati;

Baġit predefinit ta’ massa kritika suffiċjenti fuq perjodu ta’ 6 snin iżid il-fiduċja ta’ l-investituri fis-settur privat u jippermetti lill-industrija li tagħmel pjanijiet ta’ investiment fit-tul u li timmaniġġja l-flus tagħha.

Ir- riżultati mistennija għandhom ikunu

- żjieda sinifikanti fl-investiment privat fir-riċerka meta mqabbel ma’ livelli tan-“negozju bħas-soltu”;

- aġenda ta’ riċerka strateġika aġġornata kontinwament biex jiġi żgurat li l-finanzjament jintuża bl-aqwa mod;

- tqegħid fis-suq f’iqsar żmien b’sentejn sa ħames snin;

- parteċipazzjoni wiesgħa mill-SMEs u entitajiet ġuridiċi minn Stati Membri ġodda.

Se jiġi stabbilit sett ta’ indikaturi tar-rendiment kwantitattiv u kwalitattiv biex isegwu l-implimentazzjoni tal-JTI FCH. Dawn l-indikaturi tar-rendiment se jkejlu l-impatt tal-JTI fuq il-kompetittività u l-ambjent tar-riċerka dwar iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu ta’ l-UE. L-indikaturi kwantitattivi se jitkejlu fuq skala kbira b’mod komparattiv u sistematiku, filwaqt li l-metodu kwalitattiv se jinkludi studji ta’ każijiet u awditjar tekniku. L-indikaturi għandhom ikunu vvalutati skond il-linja bażi tas-sitwazzjoni fis-snin qabel il-bidu tal-JTI sabiex jgħinu fil-valutazzjoni ta’ effetti ta’ addizzjonalità matul il-ħajja tagħha.

Il-progress tal-JTI se jkun immonitorjat kontinwament billi jitqabbel ma’ sett ta’ indikaturi verifikabbli oġġettivament li jinkludu:

- il-monitoraġġ tal-finanzjament pubbliku (mill-KE u ieħor) u privat

- is-segwitu ta’ l-addizzjonalità;

- l-għażla ta’ proġetti u allokazzjoni ta’ fondi;

- il-monitoraġġ tekniku skond stadji speċifiċi tal-programm definiti sew;

- l-aderenza ma’ l-iskeda taż-żmien;

- il-monitoraġġ kwantitattiv tal-penetrazzjoni fis-suq f’setturi mmirati;

- il-livell ta’ parteċipazzjoni ta’ SMEs u ta’ parteċipazzjoni minn Stati Membri aktar ġodda;

- l-indikaturi ta’ sostenibbiltà.

F’nofs it-terminu, il-JTI se tiġi evalwata minn esperti indipendenti f’isem il-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-Impriża Konġunta u l-progress tagħha lejn l-għanijiet tagħha u tagħmel rakkomandazzjonijiet għal kull aġġustament meħtieġ fil-programm u jekk japplika tiġi kkunsidrata strateġija ta’ ħruġ. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet lill-Kunsill. Fl-aħħar ta’ l-2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni finali u r-riżultati jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.4. Met odu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

( Ġestjoni Ċentralizzata

( indirettament b’delega lil:

( korpi kostitwiti mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

L-Impriża Konġunta se tkun immonitorjata kif previst fl-Istatuti tagħha.

6.2. Eval wazzjoni

6.2.1. E valwazzjoni ex-ante

Dawn il-kwistjonijiet huma indirizzati fid-dokument tal-valutazzjoni ta’ l-impatt. Huwa bbażat fuq studju soċjo-ekonomiku komplut għal valutazzjoni ta’ l-impatt b’input estensiv mid-dokument " Ċwievet għas-S uċċess" ipprovdut mill-industrija. Huwa jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni ex-ante fit-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Mhux applikabbli.

6.2.3. Term ini u frekwenza ta’ evalwazzjoni futura

Des kritti taħt l- Artikolu 19 tar-Regolament propost.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Deskritti taħt l- Artikolu 21 tar-Regolament propost.

8. DET TALJI TAR-RIŻORSI

8.1 . Għanijiet tal-proposta f’termini tan-nefqa finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-Impenji f’miljuni EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Enerġija, RTD | 1.900 | 1.100 | 1.800 | 1.900 | 0.400 | 1.000 | 8.100 |

NMP, RTD | 0.000 | 0.400 | 0.400 | 0.400 | 0.400 | 0.500 | 2.100 |

Trasport, RTD | 0.000 | 0.200 | 0.200 | 0.600 | 1.000 | 1.000 | 3.000 |

Ambjent, RTD | 0.000 | 0.100 | 0.100 | 0.200 | 0.200 | 0.300 | 0.900 |

Enerġija, TREN | 0.000 | 0.780 | 0.780 | 0.970 | 1.585 | 1.185 | 5.300 |

Trasport, TREN | 0.000 | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.120 | 0.600 |

TOTAL, M€ | 1.900 | 2.700 | 3.400 | 4.190 | 3.705 | 4.105 | 20.000 |

8.2 . Nefqa Amministrattiva

8.2.1. Num ru u tip ta’ riżorsi umani

Tipi ta’ kariga | Persunal li għandu jiġi assenjat għall-immaniġġjar ta’ l-azzjoni bl-użu ta’ riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (numru ta’ karigi/FTEs) |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jidderivaw mill-azzjoni

Il-ħidmiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH huma deskritti taħt l- Artikolu I.2 ta’ l-Istatuti. Il-ħidmiet speċifiċi tad-Direttur Eżekuttiv u ta’ l-Uffiċċju tal-Programm huma deskritti taħt l- Artikolu I.6 ta’ l-Istatuti.

8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji)

( Mhux se jkunu meħtieġa karigi ġodda mill-Kummissjoni.

8.2.4 . Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza

(XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva):

f’miljuni EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-Baġit (numru u intestatura) | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva totali | 1.900 | 2.700 | 3.400 | 4.190 | 3.705 | 4.105 | 20.000 |

Kalkolu – (għat-terminu ta’ żmien ta’ l-Impriża Konġunta FCH) |

L-ispejjeż indikattivi msemmija fit-tabella hawn fuq jikkonċernaw il-kontribuzzjoni tal-Komunità lejn l-ispiża ordinarja ta’ l-Impriża Konġunta FCH. Din il-kontribuzzjoni tirrappreżenta 50 % ta’ l-ispiża ordinarja totali. |

Persunal: nefqa medja ta’ € 117,000 kull FTE kull sena għal AD/AST, u € 63,000 kull FTE kull sena għal estern. Infiq ordinarju ieħor jinkludi: l-evalwazzjoni minn esperti esterni, il-monitoraġġ ta’ proġetti, l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat, vjaġġar u sussistenza, l-iżvilupp ta’ l-IT, il-verifika tal-proġetti, eċċ. Dan l-infiq ġie stmat għal madwar 50% tan-nefqa fuq ir-riżorsi umani addizzjonali. |

8.2.5 . Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza:

f’miljuni EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Uffiċjali u persunal temporanju | 0.117 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 |

Persunal iffinanzjat mill-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Nefqa totali fuq ir-Riżorsi Umani u spejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0.117 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 | 0.234 |

Kalkolu– Uffiċjali u Aġenti temporanji

Ir-riżorsi umani tas-sezzjoni 8.2.1 huma kkalkulati bħala 117,000 euro kull kariga FTE għal AD/AST, u € 63,000 kull FTE kull sena għal estern.

Kalkolu– Persunal iffinanzjat taħt l-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk ikun applikabbli

Huwa previst li l-ħtiġijiet dettaljati ta’ Persunal ta’ l-Impriża Konġunta (JU) u l-baġits fit-tul u fuq il-medda qasira jitħejjew f’Azzjoni ta’ Koordinament u Appoġġ matul l-2007-2008. Madankollu, it-twaqqif ta’ l-Impriża Konġunta FCH u d-dħul gradwali se jeħtieġ appoġġ minn ġewwa l-Kummissjoni. Wara t-twaqqif tal-JU l-koordinament ta’ l-interessi tal-Kummissjoni, is-suġġetti tar-riċerka, il-koordinament ma’ l-FP7 eċċ. huwa stmat li jkun meħtieġ l-ekwivalenti ta’ post 1 FTE AD u post 1 AST.

L-FCH JU se tiġi wkoll awditjata mis-Servizz ta’ verifika Interna tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju tal-Komunità. Madankollu, l-ebda kariga separata għal dan il-bżonn ma tista’ tiġi pprovduta fl-LFS.

2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

Missjonijiet | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Laqgħat u Konferenzi | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Kumitati[42] | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Studji u konsultazzjonijiet | 0 | 0.200 | 0.200 | 0 | 0.200 | 0.200 |

Sistemi ta’ informazzjoni | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

2 Total Nefqa ta’ Tmexxija Oħra | 0 | 0.200 | 0.200 | 0 | 0.200 | 0.200 |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva |

Infiq Amministrattiv Totali, għajr infiq fuq ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0 | 0.200 | 0.200 | 0 | 0.200 | 0.200 |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

Konsultazzjonijiet/evalwazzjonijiet/reviżjonijiet

Il-Kummissjoni għandha tibda żewġ evalwazzjonijiet ta’ l-Impriża Konġunta FCH minn esperti indipendenti u tagħmel żewġ reviżjonijiet.

Ammont ibbaġitjat għas-sena kkonċernata:

[…]

5. RIMARKI OĦRA

[1] ĠU L 412, 30.12.2006, p.1.

[2] ĠU L 400, 30.12.2006, p.86.

[3] Stern review on the economics of climate change , HM Treasury, 2006; http://www.hm-treasury.gov.uk/independent_reviews/stern_review_economics_climate_change/sternreview_index.cfm

[4] Il-kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III lill-Bord Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC), ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni, Climate Change 2007: Mitigation of Climate Change . Approvat waqt id-Disa’ Sessjoni tal-Grupp ta’ Ħidma III ta’ l-IPCC, Bangkok, Tajlandja, it-30 ta’ April – l-4 ta’ Mejju 2007.

[5] ExternE – Externalities of Energy il-proġett DG RTD JOULE; ara http://www.externe.info/

[6] Il-proġett tad- DG TREN 'HyLights' – ara http://www.hylights.org/

[7] Hydrogen Posture Plan – An integrated research development and demonstration plan ; Id-Dipartiment ta’ l-Enerġija u d-Dipartment tat-Trasport ta’ l-Istati Uniti; Diċembru 2006 (aġġornament tal-pjan ta’ l-2004); ara http://www.hydrogen.energy.gov/pdfs/hydrogen_posture_plan_dec06.pdf

[8] FCCJ – Il-Konferenza tal-Ġappun dwar il-Kummerċjalizzazzjoni taċ-Ċelloli tal-Fjuwil; ara : http://fccj.jp/index_e.html

[9] Enerġija għal Dinja li Qiegħda Tinbidel – Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa ; KUMM(2007) 1; 10 ta’ Jannar 2007.

[10] Lejn Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġiji ta’ l-Enerġija ; KUMM(2006) 847; 10 ta’ Jannar 2007.

[11] Dikjarazzjoni konformi mar-Regola 116 tar-Regoli ta’ Proċedura dwar it-twaqqif ta’ ekonomija ta’ l-idroġenu favur l-ambjent u t-tielet rivoluzzjoni industrijali fl-Ewropa permezz ta’ sħubija ma’ reġjuni u bliet impenjati, SMEs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , il-Parlament Ewropew 0016/2007, Mejju 2007.

[12] KUMM(2005) 24.

[13] Pjattaforma Teknoloġika Ewropea ta’ l-Idroġenu u ċ-Ċelloli tal-Fjuwil – Strategic Research Agenda, the Development Strategy Implementation Plan ; ara https://www.hfpeurope.org/hfp/keydocs;

[14] Intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju jew SMEs huma ddefiniti mill-Kummissjoni Ewropea bħala: intrapriżi li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li għandhom bejgħ fis-sena li ma jaqbiżx il-50 miljun EUR, u/jew t-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħhom hu inqas minn 43 miljun EUR.

[15] Linji Gwida għall-Valutazzjoni ta’ l-Impatt, SEG(2005) 791, il-Kummissjoni Ewropea, 2005.

[16] ĠU C […], […], p. […].

[17] ĠU C […], […], p. […].

[18] ĠU C […], […], p. […].

[19] ĠU L 412, 30.12.2006, p.1

[20] ĠU L 400, 30.12.2006, p.86.

[21] KUMM(2003) 226.

[22] KUMM(2003) 690.

[23] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).

[24] ĠU L 134, 30.4.2004, p.1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p.107).

[25] ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/97/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 107).

[26] ĠU L 312,23.12.1995, p.1.

[27] ĠU L 295,15.11.1996, p.2.

[28] ĠU L 136, 31.5.1999, p.1.

[29] Il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri jinkludi l-Istati Assoċjati.

[30] ĠU L 391, 30.12.2006, p.1,

[31] ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.

[32] Il-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Istati Membri għandu jinkludi lill-Istati Assoċjati.

[33] B’mod partikolari, l-evalwazzjoni u l-għażla tal-proġetti għandha tkun konsistenti mal-kriterji mfissra fil-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna mill-Istat għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (ĠU C 323 tat-30.12.2006, p. 1) u l-Linji gwida dwar l-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 81 tat-Trattat KE dwar ftehimiet ta’ kooperazzjoni orizzontali (Ġurnal Uffiċjali C 3, 6.1.2001, p.2).

[34] ĠU L 391, 30.12.2006, p.1,

[35] Il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna Statali għar-Riċerka u l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (ĠU C 323 tat- 30.12.2006, p.1).

[36] Dan l-ammont mhux se jiġi kkunsidrat taħt il-limitu tan-nefqa amministrattiva tas-7 Programm Kwadru (6%).

[37] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx kkonċernat.

[38] Huwa mistenni li l-Approprjazzjonijiet għall-Impenji u l-Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet min-naħa tal-Kummissjoni jkunu l-istess fl-istess sena, minħabba li l-pagamenti fuq livell operattiv/ta’ proġett se jsiru mill-baġit ta’ l-Impriża Konġunta.

[39] Kif deskritt taħt is-Sezzjoni 5.3.

[40] Liema nefqa MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[41] Kull infiq amministrattiv wara l-2013 huwa biss stima.

[42] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.