52007PC0561

Proposta għal regolament tal-Kunsill li tirrevoka d-dazji ta' l-antidumping imposti mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar importazzjonijiet ta' diski kompatti li wieħed jista' jirrekordja fuqhom li joriġinaw fit-Tajwan u li jippermetti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tagħhom kif ukoll li jirrevoka d-dazji kompensatorji imposti mir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 dwar importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja, li jippermetti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tagħhom u li jtemm il-proċediment li jirrigwardahom /* KUMM/2007/0561 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 2.10.2007

KUMM(2007) 561 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li tirrevoka d-dazji ta' l-antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar importazzjonijiet ta' diski kompatti li wieħed jista' jirrekordja fuqhom li joriġinaw fit-Tajwan u li jippermetti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tagħhom kif ukoll li jirrevoka d-dazji kompensatorji imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 dwar importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja, li jippermetti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tagħhom u li jtemm il-proċediment li jirrigwardahom

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-propsta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 ('ir-Regolament bażiku ta' l-antidumping') u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 ('ir-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju') fil-proċedimenti li jikkonċernaw dazji ta' l-antidumping imposti fuq importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw fit-Tajwan u li jikkonċernaw dazji kompensatorji imposti fuq importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw fl-Indja. |

Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju u hija r-riżultat ta' investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju. |

Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta. |

Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħrajn ta' l-Unjoni Mhux applikabbli. |

KONSULTAZZJONI MA' PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA' L-IMPATT |

Il-konsultazzjoni ma' partijiet interessati |

Il-partijiet interessati kkonċernati fil-proċedimenti diġà kellhom il-possibilità li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju. |

Il-ġbir u użu ta' għarfien espert |

Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta' għarfien espert estern. |

L-istima ta' l-Impatt Il-proposta hija r-riżultat ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju. Ir-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju ma jipprevedux stima ġenerali ta' l-impatt iżda fihom lista komprensiva ta' kondizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. |

ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

It-taqsira ta' l-azzjoni proposta Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea[1], l-inizjazzjoni ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri ta' l-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati li joriġinaw fit-Tajwan u ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati li joriġinaw fl-Indja. Ir-reviżjoni, inizjati fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, kienu limitati fl-ambitu għall-eżaminazzjoni ta' l-interess tal-Komunità. Il-proposta tal-Kummissjoni mehmuża għal Regolament tal-Kunsill fiha l-konklużjonijiet definittivi fir-rigward ta' l-interess tal-Komunità. L-Istati Membri ġew ikkonsultati matul il-Kumitati ta' l-antidumping u ta' Kontra s-Sussidju tas-6 ta' Settembru 2007. L-Istati Membri fil-biċċa l-kbira kienu favur ir-rotta proposta ta' azzjoni. Qed jiġi propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea malajr kemm jista' jkun. |

Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21ta' Diċembru 2005 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 tat-8 ta' Marzu 2004 ('ir-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju'). |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja: |

Il-forma ta' azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju msemmija hawn fuq u ma tħalli l-ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. |

L-indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimiżżat u proporzjonali għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. |

L-għażla ta' strumenti |

Strumenti proposti: Regolament. |

Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja. Ir-Regolament bażiku ta' l-antidumping u r-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju msemmija hawn fuq ma jipprevedux għażliet alternattivi. |

IMPLIKAZZJONI BAġITARJA |

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. Il-miżuri huma rrevokati b'mod retroattiv. Ir-rifużjoni jew ir-remissjoni għandha tiġi rikjesta mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skond il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. |

1. Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li tirrevoka d-dazji ta' l-antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 [2] dwar importazzjonijiet ta' diski kompatti li wieħed jista' jirrekordja fuqhom li joriġinaw fit-Tajwan u li jippermetti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tagħhom kif ukoll li jirrevoka d-dazji kompensatorji imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 [3] dwar importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja, li jippermetti r-rifużjoni jew ir-remissjoni tagħhom u li jtemm il-proċediment li jirrigwardahom

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[4] ('ir-Regolament bażiku ta' l-antidumping'), u b' mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea ('ir-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju'),[5] u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

2. Il-miżuri fis-seħħ u soġġetti għal reviżjoni

3. Dazji definittivi ta' l-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw fit-Tajwan ġew imposti fit-18 ta' Ġunju 2002[6]. (il-proċediment oriġinali ta' l-antidumping'). Huma kienu jifirxu minn 17.7% sa 38.5%. Dawn il-miżuri skadew ipso sure fit-18 ta' Ġunju 2007[7].

4. Dazji definittivi kompensatorji fuq importazzjonijiet ta' CD-Rs mill-Indja ġew imposti fil-5 ta' Ġunju 2003[8]. Huma kienu jammontaw għal 7.3% ('il-proċediment oriġinali ta' kontra s-sussidju').

5. Investigazzjonijiet preċedenti li jikkonċernaw importazzjonijiet ta' CD-Rs mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, minn Ħong Kong u l-Malażja

6. Permezz tad-Deċiżjoni 2006/753/KE tat-3 ta' Novembru 2006, il-Kummissjoni temmet proċediment ta' l-antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati ('CD-Rs') li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ('RPĊ'), Ħong Kong u l-Malażja fuq bażi ta' nuqqas ta' interess tal-Komunità fl-impożizzjoni ta' miżuri ("Id-Deċiżjoni ta' terminazzjoni")[9]. Ġie konkluż li minħabba s-sehem żgħir mis-suq li għandha l-industrija tal-Komunità ma kinitx probabbli li se tikseb xi benefiċċji sinifikanti mill-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk l-impożizzjoni tal-miżuri tqieset bħala sproporzjonata fid-dawl ta' l-effetti negattivi sostanzjali fuq importaturi, distributuri, sidien tal-ħwienet u konsumaturi

7. L-inizjazzjoni tar-reviżjoni.

8. L-inizjazzjoni ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri ta' l-antidumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati li joriġinaw fit-Tajwan u ta' reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati li joriġinaw fl-Indja tħabbret fit-22 ta' Marzu 2007 fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ("l-avviż ta' inizjazzjoni")[10].

9. Ir-reviżjonijiet, li ġew inizjati fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, kienu limitati t-tnejn fl-ambitu għall-eżaminazzjoni ta' l-interess tal-Komunità, bid-deċiżjoni dwarha possibilment b'effett retroattiv sa mill-5 ta' Novembru 2006, jiġifieri d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tat-terminazzjoni. Bl-għan ta' effiċjenza proċedurali, ir-reviżjonijiet kemm ta' dazji applikabbli ta' l-antidumping għal importazzjonijiet ta' CD-Rs mit-Tajwan kif ukoll ta' dazji kompensatorji applikabbli għal importazzjonijiet ta' CD-Rs mill-Indja ġew ikkumbinati f'investigazzjoni waħda.

10. Kif imsemmi hawn fuq, il-miżuri ta' l-antidumping imposti fuq importazzjonijiet li joriġinaw fit-Tajwan skadew fit-18 ta' Ġunju 2007. Bħala konsegwenza, ir-reviżjoni li għandha x'taqsam mat-Tajwan twaqqfet milli titkompla. Minkejja dan, hija twettqet formalment sa dik id-data u l-Kummissjoni notevolment qieset il-kwistjoni ta' revoka retroattiva ta' dazji mħallsa bejn il-5 ta' Novembru 2006 u t-18 ta' Ġunju 2007.

11. Minħabba l-ħtieġa għal effiċjenza proċedurali u sabiex tiżgura konsistenza globali ta' l-azzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni kkombinat il-konklużjonijiet taż-żewġ reviżjonijiet fir-Regolament attwali.

12. Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

13. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment kemm lill-produtturi, importaturi u l-utenti tal-Komunità kif ukoll lill-esportaturi u lir-rappreżentanti ta' l-Indja u t-Tajwan dwar l-inizjazzjoni tal-proċediment. Il-partijiet interessati kollha ngћataw l-opportunità sabiex jagћtu l-opinjonijiet tagћhom bil-miktub u sabiex jitolbu seduta fil-limitu ta' żmien stabbilit fl-avviż ta' l-inizjazzjoni. Minħabba l-fatt li r-reviżjonijiet kienu limitati għall-aspetti ta' l-interess tal-Komunità, il-Kummissjoni stiednet biss partijiet li jinsabu fil-Komunità, il-produtturi, l-importaturi u l-utenti tal-Komunità sabiex jimlew il-kwestjonarji. Tweġibiet għall-kwestjonarji waslu mingħand produttur wieħed, 14-il importatur, u 10 utenti.

14. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll ittra mill-Kumitat tal-Manifatturi Ewropej ta' CD-Rs ('CECMA') li kien jirrappreżenta l-kwerelant fil-proċedimenti oriġinali ta' l-antidumping u ta' kontra s-sussidju u fil-proċedimenti konklużi permezz tad-Deċiżjoni ta' terminazzjoni - kif ukoll ittra mill- ex rappreżentant tal-Kumpanija D fid-Deċiżjoni ta' terminazzjoni.

15. Apparti dan, is-servizzi tal-Kummissjoni rċevew preżentazzjonijiet minn partijiet oħra interessati notevolment minn distributuri u fornituri ta' esportatur Indjan.

16. Is-servizzi tal-Kummissjoni analizzaw kif xieraq il-preżentazzjonijiet u l-argumenti kollha li tressqu mill-partijiet interessati. Minkejja dan, fid-dawl ta' l-istat tal-produzzjoni tal-Komunità, il-konklużjonijiet tar-reviżjoni attwali għandhom ikunu limitati għall-identifikazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità.

17. Il-perjodu ta' l-investigazzjoni

18. L-investigazzjoni ta' l-aspetti ta' interess tal-Komunità kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 ('il-perjodu ta' l-investigazzjoni' jew 'PI'). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni ta' l-interess tal-Komunità kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2003 sat-tmiem tal-perijodu ta' l-investigazzjoni ('il-perijodu meqjus').

19. Il-prodott ikkonċernat u prodott simili

20. Prodott ikkonċernat

21. Il-prodott taħt reviżjoni huwa compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati (CD-Rs) li joriġinaw mill-Indja ('il-prodott ikkonċernat'), li bħalissa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 8523 40 11. Din il-kodiċi NM qed tingħata biss bħala tagħrif.

22. L-istess prodott li joriġina fit-Tajwan kien taħt reviżjoni bejn it- 22 ta' Marzu 2007 meta l-avviż ta' inizjazzjoni kien ippubblikat u t-18 ta' Ġunju 2007 meta d-dazji ta' l-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' CD-Rs mit-Tajwan skadew.

23. Il-prodott ikkonċernat huwa diska tal-polikarbonat, miksija b'saff ta' żebgħa, saff ta' materjal li jirrifletti u saff protettiv. Minkejja li rrekordjar fuq diski bħal dawn jista' jsir f'diversi fażijiet, it-tagħrif irrekordjat ma jistax jitħassar. Id-diska hija strument ta' ħażna ottika għal data jew ħoss diġitali.

24. Is-CD-Rs jistgħu jiġu differenzjati skond it-tip ta' data maħżuna (CD-Rs tad- data meta mqabbla ma' CD-Rs tal-mużika), il-volum tal-ħażna, is-saffa tal-metall li jirrifletti u skond jekk is-CD-Rs għandhomx stampar fuqhom jew le. It-tipi kollha ta' CD-Rs għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi u jintużaw għall-istess għanijiet. Għalhekk meqjusa li jikkostitwixxu prodott uniku wieħed.

25. Prodott Simili

26. Fil-qafas tal-proċedimenti attwali ma saru l-ebda kummenti li sfidaw il-komparabilità ta' CD-Rs importati lejn il-Komunità jew prodotti fiha. Fuq din il-bażi t-tipi kollha ta' CD-Rs li joriġinaw fl-Indja jew it-Tajwan u li huma prodotti fil-Komunità huma meqjusa bħala simili fis-sens ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku ta' l-antidumping u l-Artikolu 1(5) tar-Regolament bażiku ta' kontra s-sussidju.

B. PRODUZZJONI TAL-KOMUNITÀ U INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

1. Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità fil-proċedimenti konklużi mid-Deċiżjoni ta' terminazzjoni

27. F'dawn il-proċedimenti (ara l-premessa 28, u 58 et seq. tad-Deċiżjoni ta' terminazzjoni), is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilew li l-produzzjoni tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku kienet ikkostitwita minn 10 produtturi. Wieħed minnhom biss tqies li jikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku ta' l-antidumping (Manufacturing Advanced Media ('MAM-E').

2. Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità fil-proċedimenti attwali

28. L-ebda produttur li tqies li jikkostitwixxi l-produzzjoni tal-Komunità fid-Deċiżjoni ta' terminazzjoni ma kkoopera fil-proċediment attwali.

29. Barra minn dan, il-Kummissjoni rċeviet evidenza li l-unika kumpanija li tikkostitwixxi l-industrija tal-Komunità fil-proċediment li wassal għad-Deċiżjoni ta' terminazzjoni għaddiet mill-proċedimenti ta' xoljiment. Dan kien ikkonfermat fl-ittra mibgħuta mill- ex rappreżentant tagħha. Il-Kummissjoni rċeviet ukoll kopja ta' deċiżjoni tal-qorti li tat bidu għall-proċedimenti ta' likwidazzjoni, li permezz tagħha ntemmu l-attivitajiet tal-kumpanija. Il-kwestjonarju mibgħut mill-Kummissjoni ntbagħat lura bl-annotazzjoni – 'liquidation judiciaire'.

30. Barra minn dan, il-Kumitat tal-Manifatturi Ewropej ta' CD-Rs ('CECMA'), minkejja li esprima li huwa jappoġġja l-impożizzjoni ssuktata ta' miżuri, ma ppreżenta l-ebda kwestjonarju jew evidenza f'isem ebda produttur tal-Komunità - membru ta' l-assoċjazzjoni.

31. Kumpanija oħra (il-Kumpanija A, kif identifikata fid-Deċiżjoni ta' terminazzjoni) għarrfet lill-Kummissjoni li hija temmet il-produzzjoni fil-Komunità.

32. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rċeviet ukoll tweġiba mill-Kumpanija B (kif identifikata fid-Deċiżjoni ta' terminazzjoni). L-ebda evidenza ma ġiet ippreżentata li tista' tikkontradixxi s-sejbiet stipulati fid-Deċiżjoni ta' terminazzjoni, jiġifieri li l-kumpanija B ma għandhiex tiġi inkluża fid-definizzjoni ta' l-industrija tal-Komunità u li l-produzzjoni tagħha għandha tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-produzzjoni tal-Komunità (ara l-premessa 40 tad-Deċiżjoni ta' terminazzjoni).

33. Fuq din il-bażi qed jiġi konkluż li ma fadal l-ebda industrija tal-Komunità, u konsegwentement l-ebda interess tal-Komunità.

C. APPLIKAZZJONI RETROATTIVA

34. Fid-dawl tas-sejbiet ta' hawn fuq, il-miżuri ta' l-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati li joriġinaw fit-Tajwan u l-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati li joriġinaw fl-Indja għandhom jiġu revokati b'effett retroattiv għad-data meta daħlet fis-seħħ id-Deċiżjoni ta' terminazzjoni.

35. Konsegwentement, id-dazji definittivi ta' l-antidumping li tħallsu jew li ddaħlu bħala entrati fil-kontijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2003 tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar importazzjonijiet ta' diski kompatti li wieħed jista' jirrekordja fuqhom (CDR) li joriġinaw fit-Tajwan u d-dazji kompensatorji definittivi mħallsa jew li ddaħlu bħala entrati fil-kontijiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 960/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 dwar importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jkunu rrekordjati li joriġinaw mill-Indja, u rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa sa mill-5 ta' Novembru 2006 għandhom jiġi rifużi jew rimessi.

36. Ir-rifużjoni jew ir-remissjoni għandha tiġi rikjesta mill-awtoritajiet doganali nazzjonali skond il-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dazji ta' l-antidumping fuq importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati (CD-R) li joriġinaw fit-Tajwan imposti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1050/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 u d-dazji kompensatorji fuq importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati (CD-R) li joriġinaw fl-Indja imposti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 960/2003 tat-2 ta' Ġunju 2003 huma revokati permezz ta' dan ta' hawnhekk.

Artikolu 2

Il-proċedimenti ta' kontra s-sussidju li jikkonċernaw importazzjonijiet ta' compact disks li jistgħu jiġu rrekordjati (CD-R) li joriġinaw fl-Indja huma terminati permezz ta' dan ta' hawnhekk.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-5 ta' Novembru 2006.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President[pic][pic][pic]

[1] ĠU C 66, 22.3.2007, p. 16.

[2] ĠU L 160, 18.6.2002, p. 2.

[3] ĠU L 138, 5.6.2003, p. 1.

[4] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005).

[5] ĠU L 288, 21.10.97, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).

[6] ĠU L 160, 18.6.2002, p. 2.

[7] ĠU C 130, 12.6.2007, p. 17.

[8] ĠU L 138, 5.6.2003, p. 1.

[9] ĠU L 305, 4.11.2006, p. 15.

[10] ĠU C 66, 22.3.2007, p. 16.