[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.9.2007 KUMM(2007) 514 finali 2007/0188 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | L-Għanijiet L-għan ta’ din il-proposta huwa l-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat KE, li tikkonċerna l-parteċipazzjoni mill-Komunità fil-programm ta’ riċerka u żvilupp konġunt Eurostars meħud minn diversi Stati Membri (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "Il-Programm Konġunt Eurostars"). Din l-inizjattiva, li ġiet imressqa mill-EUREKA, għandha tappoġġja lill-SMEs li qed iwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D") sabiex jeżegwixxu riċerka orjentata lejn is-suq fi proġetti transnazzjonali. 22 Stat Membru u ħames pajjiżi oħra ta’ l-EUREKA[1] intrabtu bil-prinċipju li għall-Programm Konġunt Eurostars dawn jikkontribwixxu finanzjarjament is-somma ta’ EUR 300 miljun tul il-perjodu ta’ sitt snin ta’ dan il-programm. Il-Komunità se tikkonfinanzja lill-Eurostars bis-somma sa EUR 100 miljun. Fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 169, l-Istati Membri parteċipanti qed imorru lil hinn mill-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ riċerka biss, peress li dawn qed jieħdu sehem b’mod attiv fi proċess ta’ integrazzjoni volontarja li jkopri aspetti xjentifiċi, ġestjonarji kif ukoll finanzjarji. L-integrazzjoni xjentifika tinkludi d-definizzjoni komuni u l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet xjentifiċi u tekonoloġiċi, kif ukoll l-għażla ċentrali tal-proposti għall-proġett fuq il-bażi ta’ l-eċċellenza xjentifika u l-impatt ekonomiku mistenni. L-integrazzjoni ġestjonarja teħtieġ struttura speċifika li tiffunzjona b’mod effettiv li tkun responsabbli mill-implimentazzjoni ċentralizzata u effiċjenti tal-Programm Konġunt Eurostars. L-integrazzjoni finanzjarja tinvolvi l-istabbiliment ta’ pjan ta’ finanzjament multiannwali, li għal dan qed jikkontribwixxu b’mod effettiv l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija. Ir-Raġunijiet għall-Proposta F’Novembru 2004 il-Kunsill dwar il-Kompetittività[2] saħaq dwar l-importanza ta’ l-SMEs għat-tkabbir u l-kompetittività Ewropej u għalhekk dwar il-ħtieġa għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni sabiex isaħħu l-effikaċja u l-kumplementarjetà ta’ programmi ta’ sostenn nazzjonali u Ewropej għall-SMEs. B’mod partikolari, il-Kunsill inkoraġġixxa lill-Kummissjoni tesplora l-iżvilupp possibbli ta’ skema minn isfel għal fuq għal dawk l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. Il-Kunsill fakkar ukoll dwar l-importanza tal-koordinazzjoni ta’ programmi nazzjonali għall-iżvilupp taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), u stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jikkooperaw mill-qrib ħalli jidentifikaw numru limitat ta’ oqsma għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 169. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma’ skemi Ewropej u ma’ l-Unjoni, b’mod partikolari ma’ l-EUREKA. Fir-"Riżoluzzjoni dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija" tiegħu[3], il-Parlament Ewropew jiddikjara b’mod sħiħ li għandu jsir użu aktar effiċjenti u kkoordinat mill-mekkaniżmi ta’ finanzjament u mill-mekkaniżmi ta’ sostenn sabiex jiġu appoġġjati r-R&D u l-innovazzjoni, bħalma huma l-EUREKA. Il-Parlament jisħaq dwar l-kooperazzjoni msaħħa bejn il-programmi nazzjonali ta’ riċerka u jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tieħu inizjattivi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 169 tat-Trattat KE. Is-Seba’ Programm Kwadru[4] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "FP7") jippermetti l-possibbiltà li jiġu mnedija dawn l-inizjattivi fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169 f’oqsma li ġew identifikati f’assoċjazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. Il-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta’ riċerka konġunti hija rilevanti fuq skala wiesgħa b’mod partikolari għall-kooperazzjoni Ewropea fil-'ġeometrija varjabbli' bejn l-Istati Membri li jaqsmu bejntiehom ħtiġiet u/jew interessi komuni. S’issa ġew identifikati erba’ oqsma fil-Programmi Speċifiċi,[5] inkluż dak ta’ "l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka" ("Eurostars") fil-Programm Speċifiku "Kapaċitajiet"[6]. Għalhekk, il-programm ta’ ħidma "Kapaċitajiet" jirreferi wkoll għall-inizjattiva Eurostars[7]. | 120 | Il-kuntest ġenerali 1.3.1 L-SMEs fl-ekonomija globalizzata u fil-proċess ta’ Liżbona Minħabba li l-SMEs jirrappreżentaw 99% ta’ l-intrapriżi kollha fl-Ewropa,[8] dawn huma element importanti għas-suċċess tas-sħubija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi, peress li dawn huma għejun essenzjali ta’ innovazzjoni u ta’ ħolqien ta’ impjiegi[9]. Dawn qed jiffaċċjaw kompetizzjoni globali fil-kuntest ta’ l-internazzjonalizzazzjoni tal-katina tal-valuri li qed dejjem tikber, fiċ-ċikli ta’ produzzjoni aktar mgħaġġla, fil-bidliet fl-istrutturi ekonomiċi, kif ukoll fid-diviżjoni internazzjonali tax-xogħol. Bosta SMEs qed jaħdmu sabiex ipoġġu ruħhom mill-ġdid fil-post tas-suq. Iżda għall-SMEs il-ġodda, id-daqs żgħir u l-organizzazzjoni flessibbli tagħhom jistgħu jkunu ta’ vantaġġ sinifikanti f’dan l-ambjent ekonomiku li qed jinbidel, fejn dan jippermettilhom li jadattaw rwieħhom malajr u, meta jagħmlu hekk, ikunu jistgħu jaħtfu opportunitajiet ġodda fis-suq. L-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D jistgħu jagħmlu kontribuzzjoni importanti ħafna billi jikkonvertu x-xjenza u t-teknoloġija ġdida fi prodotti, proċessi u servizzi innovattivi, u fejn għalhekk jikkontribwixxu sabiex jitwettqu l-għanijiet ta’ Liżbona. 1.3.2 L-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D fl-Ewropa L-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D huma definiti bħala SMEs bil-kapaċitajiet ta’ riċerka tagħhom stess. Dawn l-SMEs huma kumpaniji intensivi fl-għerf u bbażati fuq it-teknoloġija/l-innovazzjoni, li għandhom sehem importanti fil-proċess ta’ l-innovazzjoni. Ibbażati fuq il-kapaċità ta’ R&D tagħhom stess, dawn għandhom il-kapaċità li jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi b’vantaġġ innovattiv jew teknoloġiku ċar. L-R&D tikkostitwixxi element importanti fl-istrateġija imprenditorjali u fil-pjani ta’ negozju tagħhom. L-Ewropa għandha ftit wisq SMEs li huma b’saħħithom fl-R&D u li għandhom il-potenzjal li jikbru u jsiru l-atturi Ewropej l-kbar u globali t’għada[10]. Ta’ min isemmi li 82% tal-kumpaniji l-kbar fl-Istati Uniti li ġew stabbiliti wara l-1980 kienu ġew maħluqa mill-bidu nett. Fl-UE, 37% biss tal-kumpaniji l-kbar li ġew stabbiliti wara l-1980 kienu ġew maħluqa mill-bidu nett[11]. L-Ewropa mhux biss għandha inqas SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, iżda ġie rappurtat ukoll li kumpaniji Amerikani żgħar jiddedikaw aktar riżorsi għall-R&D fil-fażi tat-tkabbir tagħhom meta mqabbla ma’ dawk Ewropej. L-Ewropa qed tibqa’ lura meta tiġi biex tistimola t-tkabbir fl-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Il-politiki nazzjonali f’dan il-qasam huma frammentati, u strumenti speċifiċi fuq livell Komunitarju huma neqsin. 1.3.3 Il-Koordinazzjoni tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali u Ewropej Il-"Valutazzjoni ta’ l-impatt u l-valutazzjoni ex ante" li saret bħala parti mill-preparazzjoni għas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità[12] kienet identifikat in-nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-politiki ta’ riċerka nazzjonali bħala nuqqas strutturali kbir fis-sistema Ewropea tal-R&D. Din il-frammentazzjoni ta’ attivitajiet hija impediment serju sabiex tkun tista’ titwettaq b’mod sħiħ iż-ŻER. Id-differenzi fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali jagħmlu l-kooperazzjoni transnazzjonali ta’ X&T aktar diffiċli u jwassal għall-allokazzjoni ineffiċjenti tar-riżorsi. Hemm bżonn ta’ inizjattivi ġodda sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar u sinerġija fl-attivitajiet li jitwettqu fuq livell Komunitarju u ta’ Stat Membru. Dan għandu jkollu effett ġenerali pożittiv fuq l-impatt tal-R&D fl-Ewropa kollha minħabba l-iskala akbar u l-allokazzjoni ġenerali aħjar tar-riżorsi li jkunu mobilizzati. 1.3.4 L-EUREKA U l-Programm ta’ Qafas EUREKA hija inizjattiva intergovernattiva stabbilita fl-1985 bil-għan li tappoġġja proġetti transnazzjonali ta’ R&D u ta’ innovazzjoni orjentati lejn is-suq fis-setturi kollha. Din hija magħmula minn 38 membru, inkluż il-Komunità Ewropea. Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar iż-ŻER tas-sena 2000 sejħet għal relazzjonijiet aktar mill-qrib ma’ inizjattivi bħalma huma l-EUREKA. Fil-Konferenza Ministerjali ta’ l-EUREKA li saret f’Pariġi f’Ġunju 2004, ittieħed pass importanti rigward il-kooperazzjoni konkreta bejn il-Programm ta’ Qafas u l-EUREKA. Il-ministri responsabbli għall-EUREKA u l-Kummissarju għar-Riċerka stiednu lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tesplora l-possibbiltà li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ finanzjament konkreti li jsaħħu l-kooperazzjoni bejn l-EUREKA u l-Programm ta’ Qafas, inkluż l-SMEs, fuq il-bażi ta’ l-istrumenti bħalma huma l-Artikoli 171 jew 169 tat-Trattat. Minn hemm ’il quddiem, l-EUREKA żviluppat il-Programm Konġunt Eurostars, li kellu jiġi implimentat permezz ta’ l-Artikolu 169 u li kellu fil-mira tiegħu dawk l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D b’potenzjal għoli ta’ tkabbir. 1.3.5. L-attivitajiet u l-esperjenza ta’ qabel It-tagħlima prinċipali mill-ewwel inizjattiva ta’ l-Artikolu 169 dwar il-provi kliniċi (EDCTP) hija li inizjattiva bħal din tista’ tiffunzjona b’mod effettiv biss jekk ikun hemm it-tliet livelli ta’ integrazzjoni bejn il-programmi nazzjonali involuti: l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja. L-EDCTP wera wkoll li din ta’ l-aħħar hija importanti ħafna, u li sa mill-bidu nett għandu jiġi żgurat, f’termini finanzjarji, impenn ċar multiannwali mill-pajjiżi parteċipanti kollha. | 130 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Għalkemm taħt il-Programm ta’ Qafas l-SMEs għandhom aċċess għal għadd ta’ programmi, bħalissa mhemm l-ebda skema speċifika li tindirizza lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. L-SMEs jistgħu jipparteċipaw fl-FP7 b’żewġ modi. L-ewwel, l-SMEs huma mħeġġa sabiex jipparteċipaw fi proġetti kollaborattivi fil-programm "Kooperazzjoni". Barra minn hekk, l-azzjoni "Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs" għandha fil-mira tagħha dawk l-SMEs bi bżonn li jesternalizzaw l-R&D. L-EUREKA tappoġġja proġetti ta’ riċerka transnazzjonali orjentati lejn is-suq mingħajr ebda restrizzjoni tematika. Ladarba jkunu ngħataw it-tikketta EUREKA, l-imsieħba tal-proġett ikollhom jirrikorru lejn il-programmi nazzjonali tagħhom stess għall-finanzjament peress li mhemm l-ebda mekkaniżmu ta’ finanzjament ċentrali. Il-Programm Konġunt Eurostars jikkumplementa kemm l-attivitajiet tal-Programm ta’ Qafas kif ukoll ta’ l-EUREKA, billi joffri programm minn isfel għal fuq li huwa maħsub speċifikament għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Il-Programm Konġunt Eurostars ipoġġi lill-SMEs fuq is-siġġu tas-sewqan, jiffavorixxi konsorzji żgħar, jinkoraġġixxi r-riċerka orjentata lejn is-suq, jirriżulta fis-sinkronizzazzjoni u fl-armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali, u fl-aħħarnett, joffri mekkaniżmu ta’ finanzjament sikur għall-parteċipanti tal-proġett. | 140 | Il-konsistenza mal-politiki u ma’ l-għanijiet l-oħra ta’ l-Unjoni L-SMEs huma element importanti għas-suċċess fis-sħubija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjiegi[13]. L-Eurostars għandu l-għan li jistimola l-qasam partikolarment importanti ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, u waqt li jagħmel hekk ikun qed jikkontribwixxi għall-għan ta’ Barċellona li 3% tal-PGD għandu jiġi investit fir-riċerka. Fil-kuntest ta’ l-iżvilupp taż-ŻER[14] kienu ġew proposti implimentazzjoni aktar kkoordinata fil-programmi nazzjonali u Ewropej ta’ riċerka kif ukoll relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, bħall-EUREKA. Il-Green Paper reċenti dwar iż-ŻER tirreferi wkoll għar-rwol ta’ l-istrutturi ta’ netwerking intergovernattiv bħalma huma l-EUREKA, li jistgħu jikkontribwixxu aktar għall-koerenza ta’ l-attivitajiet fi ħdan iż-ŻER[15]. L-Eurostars se jikkontribwixxi għal dawn il-finijiet. Il-programm huwa mistenni wkoll li jiffaċilita l-iżvilupp u l-użu aktar wiesa’ mill-SMEs tat-teknoloġiji ambjentali, ta’ l-eko-innovazzjonijiet, kif ukoll ta’ prodotti u prattiċi tajbin għall-ambjent, li b’hekk dawn jipproteġu lill-ambjent b’mod aktar effiċjenti. Dan jagħti wkoll lill-SMEs ta’ l-UE il-vantaġġ fuq swieq ħodor li jkunu konformi ma’ inizjattivi tal-politika ta’ l-UE[16]. | KONSULTAZZJONI TAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-GħAżLIET | Konsultazzjoni tal-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta' min wieġeb Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati tal-FP7 ġiet imnedija fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni "Ix-Xjenza u t-Teknoloġija, il-muftieħ għall-futur ta’ l-Ewropa – Linji Gwida għall-politika Ewropea tal-futur sabiex tiġi appoġġjata r-riċerka" ta’ Ġunju 2004. Din il-konsultazzjoni kellha l-għan li tgħaqqad flimkien skala wiesgħa ta’ partijiet interessati li huma involuti f’attivitajiet ta’ riċerka, f’politiki ta’ riċerka, kif ukoll fl-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka. Il-konsultazzjoni ma’ l-SMEs dwar il-politiki tar-riċerka ta’ l-UE tal-futur ġiet organizzata f’żewġ fażijiet. Bħala l-ewwel pass, il-Presidenza Irlandiża ta’ l-UE kienet organizzat konferenza li ġġib l-isem "Ir-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-SMEs Ewropej", li ġiet segwita mill-konferenza "Ninvestu fir-Riċerka u fl-Innovazzjoni ", b’sessjoni dwar l-"SMEs, l-R&D u l-Innovazzjoni" taħt il-Presidenza Olandiża. Fit-tieni fażi, ġew organizzati żewġ laqgħat ta' ħidma għall-partijiet interessati mill-SMEs f’Novembru 2004 u f’Jannar 2005. Il-Grupp Konsultattiv tal-FP7 dwar l-SMEs kien infurmat u kkonsultat dwar il-kontenut tal-Programm Konġunt Eurostars. Il-membri tal-CREST (Il-Kumitat għar-Riċerka Xjentifika u Teknika) kienu informati u kkonsultati regolarment dwar l-iżvilupp ta’ l-inizjattivi fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169 u kienu involuti wkoll fid-diskussjoni dwar l-integrazzjoni ta’ aspetti xjentifiċi, ġestjonarji u finanzjarji. Fil-qafas ta’ l-EUREKA, l-inizjattiva Eurostars ġiet diskussa b’mod regolari ma’ l-Istati Membri. | 212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati tindika sostenn qawwi għall-miżuri li jappoġġjaw ir-riċerka fl-SMEs kif ukoll għall-benefiċċju tagħhom. Fost l-SMEs involuti f’inizjattivi ta’ riċerka, għandha ssir distinzjoni kbira bejn l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D u dawk li jesternalizzaw l-attivitajiet ta’ R&D. L-inizjattivi tal-politika għandhom jikkunsidraw il-ħtiġiet ta’ dawn il-gruppi differenti. Uħud mill-partijiet interessati argumentaw favur skema speċifika minn isfel għal fuq li jkollha fil-mira tagħha lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. Il-partijiet interessati saħqu li l-iskemi li jiffokaw fuq l-esternalizzazzjoni tal-R&D ma kinux adattati għall-SMEs li xtaqu jwettqu r-riċerka tagħhom stess. Barra minn hekk, fi ħdan il-proġetti kollaborattivi tal-Programm ta’ Qafas, uħud mill-partijiet interessati kienu kkonċernati dwar ir-rwol żgħir li kellhom l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. Ġie rakkomandat ukoll li kellu jiġi żviluppat metodu aktar koerenti fid-diversi programmi nazzjonali, reġjonali u Ewropej ta’ finanzjament, permezz ta’ kollaborazzjoni effettiva bejn inizjattivi nazzjonali u Ewropej bħalma huma l-Programm ta’ Qafas u l-EUREKA. L-erba’ inizjattivi fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169 previsti fil-Programmi Speċifiċi tal-FP7, inkluż l-Eurostars, ġew diskussi fil-CREST u nstabu li kienu fl-aktar fażi avvanzata ta’ żvilupp. | 230 | L-għażliet tal-politika u kif jitqabblu ma' xulxin Il-Kummissjoni ma wettqitx valutazzjoni ta’ l-impatt sħiħa dwar din il-proposta. Minkejja dan, twettqet valutazzjoni ex-ante, li fiha ġew ikkunsidrati u pparagunati numru ta’ għażliet tal-politika, li dwar dawn qed jidher sommarju hawn taħt. Għażla 1: L-ebda programm konġunt, lanqas il-FP7. F’din l-ipoteżi, l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D jiddependu biss fuq il-programmi nazzjonali disponibbli. Madankollu, dawn il-programmi ħafna drabi ma jkollhomx l-inċentivi t-tajba sabiex jiżviluppaw konsorzji internazzjonali li jkunu meħtieġa sabiex jibbenefikaw kemm jista’ jkun mill-opportunitajiet offruti fuq livell Ewropew u globali. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ azzjoni fuq livell Komunitarju jista’ jirriżulta fi frammentazzjoni akbar fl-isforzi għar-riċerka u f’inqas użu effiċjenti ta’ l-infiq pubbliku għar-riċerka minħabba d-duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ xogħol relatat mar-R&D. Għażla 2: L-ebda programm konġunt, il-FP7 biss Il-FP7 joffri diversi opportunitajiet għall-SMEs sabiex jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ R&D. L-iskema ta’ finanzjament "Ir-Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs" tappoġġja l-esternalizzazzjoni tal-R&D mill-SMEs għall-operaturi ta’ l-RTD. L-SMEs jistgħu jipparteċipaw fi proġetti kollaborattivi taħt il-programm "Kooperazzjoni". Madankollu, l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D ħafna drabi joperaw fi swieq tan-niċċa li mhux dejjem ikunu jistgħu jiġu koperti bit-temi definiti fil-Programm ta’ Ħidma. Barra minn hekk, iż-żmien jista’ ma jkunx tajjeb, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-metodu dinamiku u orjentat lejn is-suq tal-R&D f’dawn il-kumpaniji. Fl-aħħarnett, l-SMEs mhux neċessarjament ikunu jikkontrollaw dawn il-proġetti. L-iskema ERA-NET għandha l-għan li tikkoordina programmi ta’ riċerka nazzjonali u reġjonali. L-ERA-NET+ tforni inċentiv għal diversi programmi nazzjonali sabiex jorganizzaw sejħa konġunta waħda, li timla l-vojt bejn l-ERA-NET u l-Artikolu 169. Madankollu, dawn iż-żewġ skemi ma jipprevedux il-ħolqien ta’ programm konġunt b’effett integrattiv li jdum fuq il-programmi nazzjonali li jkunu qed jipparteċipaw. Għażla 3: Il-Programm Konġunt Eurostars L-użu ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat huwa l-aktar metodu b’saħħtu sabiex wieħed jikseb il-kooperazzjoni bejn il-programmi nazzjonali ta’ riċerka permezz ta’ l-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi kompluti jew ta’ partijiet kbar ta’ programmi. Dan jiffaċilita l-akkwist ta’ riżultati li ma jistgħux jinkisbu b’mezzi oħra minħabba l-iskala u d-diversità tar-riżorsi mobilizzati u l-effetti strutturali sabiex jiġu kkombinati l-isforzi tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri. Il-Programm Konġunt Eurostars xprun sinifikanti għall-finanzjament Komunitarju: b’kontribuzzjoni Komunitarja sa EUR 100 miljun, l-Istati Membri parteċipanti, l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija se jikkontribwixxu EUR 300 miljun, li se jirriżulta fi programm b’EUR 400 miljun ta’ finanzjament pubbliku. Jekk wieħed jassumi rati ta’ finanzjament għal proġett ta’ bejn 50%-75%, l-Eurostars jista’ jimmobilizza bejn EUR 133 u 400 miljun[17] f’finanzjament privat addizzjonali għall-perjodu kollu tal-Programm. Il-Programm Konġunt Eurostars ġie mfassal apposta għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, waqt li joffri metodu minn isfel għal fuq li huwa ta’ rilevanza partikolari peress li dawn il-kumpaniji ħafna drabi joperaw fi swieq speċjalizzati u jridu jirreaġixxu malajr għad-domandi ta’ swieq ġodda. Dan jagħti wkoll l-opportunità lil dawn l-SMEs sabiex jinizjaw u jmexxu proġetti ta’ R&D orjentati lejn is-suq ma’ l-imsieħeb jew l-imsieħba li jkunu jikkumplementaw l-aħjar il-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħhom. Fl-aħħarnett, il-Programm Konġunt Eurostars għandu l-għan li joffri proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjoni mgħaġġla, is-sinkronizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali, kif ukoll finanzjament sikur għall-parteċipanti fil-proġetti magħżula. | Għaliex l-użu ta’ l-Artikolu 169? Il-paragun ta’ l-għażliet tal-politika differenti żvela li l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programm ta’ riċerka konġunt ibbażat fuq l-Artikolu 169 hija l-unika għażla li jagħmilha possibbli sabiex jiġu ttrattati l-kwistjonijiet kollha li huma relatati sabiex jappoġġjaw lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D: l-appoġġ għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D bħalissa huwa frammentat ħafna u m’għandux metodu koerenti. hemm ħtieġa kbira sabiex wieħed imur lil hinn mill-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali billi jiġu ppuljati r-riżorsi nazzjonali u Komunitarji u billi jiġi stabbilit programm konġunt li jitfassal għall-ħtiġiet ta’ dawn l-SMEs. il-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-Programm Konġunt Eurostars ibbażat fuq l-Artikolu 169 huwa l-eżekuzzjoni konkreta ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn l-EUREKA u l-Programm ta’ Qafas, li jikkostitwixxi pass kbir ’il quddiem fit-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. bl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 169 qed jinħoloq qafas li jippulja massa kritika ta’ riżorsi u jippermetti l-integrazzjoni fit-tul ta’ programmi nazzjonali, inkluż aspetti xjentifiċi, ġestjonarji u finanzjarji. l-użu ta’ l-Artikolu 169 iforni xprun sinifikanti fuq il-finanzjament Komunitarju, peress li EUR 100 miljun huma mistennija li jimmobilizzaw bejn EUR 433 u 700 miljun f’fondi pubbliċi nazzjonali u f’fondi privati meħudin flimkien. Bl-implimentazzjoni u bil-finanzjament ta’ attivitajiet konġunti taħt il-Programm Konġunt Eurostars għandu jinħoloq proċess dinamiku li jwassal għall-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali li qed jipparteċipaw, sabiex tissaħħaħ l-eċċellenza xjentifika u teknika, u sabiex titjieb l-effiċjenza fil-ġestjoni, u b’hekk jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-għanijiet taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju ta’ l-azzjoni proposta L-inizjattiva Eurostars għandha l-għan li toħloq programm ta’ riċerka u żvilupp konġunt billi tforni l-qafas legali u organizzattiv meħtieġ għall-kooperazzjoni Ewropea fuq skala wiesgħa bejn l-Istati Membri rigward ir-riċerka applikata u l-innovazzjoni fil-qasam ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja (minn issa ’l-quddiem imsejħa "l-Istati Membri parteċipanti") kif ukoll l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (minn issa ’l quddiem imsejħa l-"pajjiżi parteċipanti l-oħra") ftiehmu li jikkoordinaw u jimplimentaw b’mod konġunt attivitajiet li jkollhom l-għan li jikkontribwixxu għall-Programm Konġunt Eurostars. Il-valur ġenerali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat li jlaħħaq mill-inqas is-somma ta’ EUR 300 miljun mifruxa fuq il-perjodu ta’ sitt snin kopert bil-programm. Sabiex jiżdied l-impatt u l-massa kritika tal-Programm Konġunt Eurostars u sabiex ikun hemm aktar inċentiv għall-integrazzjoni akbar fost il-programmi nazzjonali parteċipanti, il-Komunità għandha tipparteċipa u tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sa EUR 100 miljun li tiddependi mill-implimentazzjoni effiċjenti u mir-rabtiet finanzjarji ta’ l-Istati Membri skond il-kriterji stabbiliti fid-deċiżjoni tal-FP7. | 310 | Il-bażi legali Il-proposta għall-Programm Konġunt Eurostars hija bbażata fuq l-Artikolu 169 tat-Trattat KE, li jipprevedi għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi konġunti mnedija b’mod konġunt minn diversi Stati Membri. Din il-proposta tikkorrispondi mal-ġestjoni ċentralizzata indiretta, b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. Skond l-Artikolu 56 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha l-ewwel tikseb evidenza dwar l-eżistenza u l-operat proprju ta’, inter alia, il-proċeduri tal-konċessjoni ta’ għotjiet, is-sistema ta’ kontroll intern, sistema ta’ kontabbiltà adegwata fi ħdan l-entità li tkun qed tafdalha l-implimentazzjoni, kif ukoll verifika esterna indipendenti. | 20 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza eżklużiva tal-Komunità. | 321 | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri peress li s-soltu l-programmi nazzjonali ma jkunux jindirizzaw b’mod suffiċjenti l-ambjent li qed jigglobalizza ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Il-programmi nazzjonali ħafna drabi ma jkollhomx il-possibbiltà li jiffinanzjaw proġetti kollaborattivi transnazzjonali dwar l-SMEs li jkunu armonizzati u sinkronizzati b’mod suffiċjenti. | 324 | Il-valur miżjud ta’ l-azzjoni Komunitarja huwa sinifikanti peress li l-intervent tal-Komunità għandu jippermetti l-ħolqien ta’ qafas legali ġdid fejn il-Komunità u l-finanzjament nazzjonali jkunu jistgħu jiġu kkombinati taħt strateġija komuni sabiex jiġu stimolati proġetti kollaborattivi transnazzjonali ta’ R&D li jiġu mnedija u mmexxija mill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. L-ippuljar tar-riżorsi mill-programmi nazzjonali u mill-Komunità jippermetti sabiex tinkiseb massa kritika li tkun tista’ tindirizza aħjar l-isfidi li qed jaffaċċjaw l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Inkella dan ma jkunx flessibbli jekk jintużaw l-istrutturi li jeżistu fil-Programm ta’ Qafas u fil-programmi nazzjonali. | 327 | L-effett ta’ xprun fuq il-finanzjament nazzjonali u privat għall-R&D huwa sinifikanti, peress li kontribuzzjoni Komunitarja ta’ EUR 100 miljun tista’ timmobilizza bejn EUR 433 u 700 miljun f’fondi pubbliċi nazzjonali u privati għall-benefiċċjiu ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, li tirrappreżenta fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ bejn 4 u 7. | Il-proposta, għalhekk, hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. | 331 | Il-Programm Konġunt Eurostars għandu l-għan li jintegra attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D fl-Ewropa kollha. Il-ġestjoni ċentralizzata tal-programm għandha tiżgura l-konsistenza fl-eżekuzzjoni ta’ l-azzjoni. Ir-rwol tal-Komunità huwa limitat sabiex jipprovdi inċentivi għall-koordinazzjoni u għall-integrazzjoni mtejba, u sabiex jiżgura s-sinerġiji ma’ l-attivitajiet komplementari rilevanti taħt il-Programm ta’ Qafas u l-Programm dwar il-Kompetittività u l-Innovazzjoni. L-Istati Membri se jkunu responsabbli sabiex jiżviluppaw l-aspetti operattivi kollha sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-Eurostars. | 332 | L-istruttura organizzattiva proposta tiżgura li l-piż amministrattiv jinżamm baxx kemm jista’ jkun, billi jkun hemm struttura apposta li tkun responsabbli mill-ippjanar ġenerali, mill-organizzazjoni tas-sejħat u tal-valutazzjonijiet, mis-sorveljanza tal-proġetti u mill-ġestjoni tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-ħlas effettiv lill-parteċipanti fil-proġetti magħżula se jkun amministrat mill-entitajiet ta’ finanzjament li jinħatru mill-Istati Membri parteċipanti. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 342 | L-istrument propost hija ko-deċiżjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li huwa l-mezz sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 169. | IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT | 401 | L-implikazzjonijiet ta’ din il-proposta għall-Baġit diġà huma inklużi fil-bażi legali tal-FP7[18] kif ukoll fil-Programm Speċifiku "Kapaċitajiet" tal-FP7. Il-ftehim li jrid jintlaħaq bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandu jiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu protetti. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 510 | Is-simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprevedi għas-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (ta’ l-UE jew nazzjonali) u għall-partijiet privati. | 513 | L-UE se tittratta direttament ma’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni ta’ l-Eurostars li se tkun responsabbli mill-allokazzjoni, mis-sorveljanza u mir-rappurtar dwar l-użu tal-kontribuzzjoni Komunitarja. | 514 | Ir-riċevituri tal-finanzjament ta’ l-Eurostars għar-riċerka se jibbenefikaw mill-fatt li dawn se jżommu biss mar-regoli tal-finanzjament nazzjonali li huma l-aktar familjari magħhom. | Klawsola ta’ analiżi/reviżjoni/estinzjoni | 531 | Il-proposta tinkludi klawsola ta’ analiżi. | 560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jolqot kwistjoni rilevanti għaż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 2007/0188 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu l-għan li jappoġġja lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 169 u 172, it-tieni paragrafu, tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[19], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[20], Waqt li jaġixxu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[21], Billi: 1. Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 - 2013) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "is-Seba’ Programm Kwadru")[22] tipprovdi għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fi programmi ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri, inkluż il-parteċipazzjoni fl-istrutturi maħluqa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn il-programmi, fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat. 2. Is-Seba’ Programm Kwadru iddefinixxa sensiela ta’ kriterji għall-identifikazzjoni ta’ oqsma għal tali inizjattivi fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169: ir-rilevanza għall-għanijiet tal-Komunità, id-definizzjoni ċara ta’ l-għan li jrid jiġi segwit u r-rilevanza tiegħu ma’ l-għanijiet tal-Programm Kwadru, il-preżenza ta’ bażi pre-eżistenti (programmi nazzjonali ta’ riċerka eżistenti jew maħsuba), il-valur miżjud Ewropew, massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti u x-xebh bejn l-attivitajiet li jkopru, u l-effiċjenza ta’ l-Artikolu 169 bħala l-mezz l-aktar xieraq ta’ dan il-għan. 3. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 974/2006/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kapaċitajiet” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007 - 2013)[23] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ “Il-Programm Speċifiku Kapaċitajiet”) tidentifika inizjattiva fl-ambitu ta’ l-Artikolu 169 fil-qasam ta’ l-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs) li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka, bħala wieħed mill-oqsma adattati għall-parteċipazzjoni tal-Komunità fil-programmi nazzjonali ta’ riċerka implimentati b’mod konġunt fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 169 tat-Trattat. 4. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ l-24 ta’ Settembru 2004, il-Kunsill għaraf ir-rwol importanti tal-Programm Kwadru sabiex jiżviluppa ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), u f’dan il-kuntest saħaq dwar l-importanza li jissaħħu r-rabtiet bejn iż-ŻER u l-organizzazzjonijiet intergovernattivi Ewropej, bħalma huma l-EUREKA. 5. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-25-26 ta’ Novembru 2004, il-Kunsill saħaq dwar l-importanza ta’ l-SMEs għat-tkabbir u l-kompetittività Ewropej, u għalhekk il-ħtieġa għall-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex isaħħu l-effikaċja u l-komplementarjetà tal-programmi nazzjonali u Ewropej ta’ appoġġ għall-SMEs. Dan inkoraġġixxa lill-Kummissjoni sabiex tesplora l-iżvilupp possibbli ta’ skema minn isfel għal fuq għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka. Il-Kunsill fakkar dwar l-importanza għall-koordinazzjoni ta’ programmi nazzjonali sabiex tiġi żviluppata ż-ŻER. Il-Kunsill stieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni sabiex jikkooperaw mill-qrib sabiex jidentifikaw numru limitat ta’ oqsma ħalli jkun jista’ jiġi applikat aktar l-Artikolu 169 tat-Trattat. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-Komunitajiet u l-attivitajiet imwettqa fil-qafas ta’ l-istrutturi intergovernattivi, partikolarment ma’ l-EUREKA, filwaqt li fakkar fil-Konferenza Ministerjali ta’ l-EUREKA tat-18 ta’ Ġunju 2004. 6. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ix-xjenza u t-teknoloġija[24], jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jadottaw inċentivi fiskali u oħrajn sabiex jippromwovu l-innovazzjoni industrijali, inkluż rabtiet ma’ l-EUREKA, b’mod partikolari fejn jirrigwarda l-SMEs, u jisħaq li ż-ŻER tista’ tkun possibbli biss jekk l-Unjoni talloka proporzjon iżjed ta’ finanzjament għar-riċerka bil-għan li l-politiki tar-riċerka Ewropej, nazzjonali u reġjonali jiġu kkoordinati aktar mill-qrib kemm fejn jirrigwarda s-sustanza tagħhom kif ukoll il-finanzjament tagħhom u, jekk dan il-finanzjament ikun addizzjonali għall-politika tar-riċerka, fi u bejn l-Istati Membri. Il-Parlament Ewropew jemmen li għandu jkun hemm użu aktar effiċjenti u kkoordinat minn mekkaniżmi ta’ finanzjament kif ukoll minn mekkaniżmi ta’ sostenn oħrajn sabiex jiġu appoġġjati r-R&D u l-innovazzjoni, fejn isemmi, fost oħrajn, lill-EUREKA. Huwa jisħaq li għandu jkun hemm kooperazzjoni msaħħa bejn il-programmi nazzjonali ta’ riċerka, u jsejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tieħu inizjattivi b’mod konformi ma’ l-Artikolu 169 tat-Trattat KE. 7. Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003[25] il-Kummissjoni saħqet dwar l-importanza tal-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs f’miżuri diretti sabiex jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni, li huwa ta’ importanza kbira sabiex tiżdied il-kapaċità innovattiva ta’ oqsma kbar ta’ l-ekonomija. 8. Bħalissa, numru ta’ programmi jew attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija mill-Istati Membri individwalment fuq livell nazzjonali sabiex jiġu appoġġjati attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (R&D) fl-SMEs mhumiex qed jiġu kkoordinati biżżejjed fuq livell Ewropew u mhumiex jippermettu metodu koerenti fuq livell Ewropew għal programm effettiv ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku. 9. Waqt li jixtiequ jkollhom metodu koerenti fuq livell Ewropew fil-qasam ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp ("R&D") u li jaġixxu b’mod effettiv, diversi Stati Membri ħadu l-inizjattiva fi ħdan il-qafas ta’ l-EUREKA sabiex jistabbilixxu programm konġunt ta’ riċerka u żvilupp imsejjaħ "Eurostars" (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Programm Konġunt Eurostars”) għall-benefiċċju ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, sabiex jiksbu massa kritika f’termini ta’ riżorsi ġestjonarji u finanzjarji u l-kombinazzjoni ta’ kompetenzi u riżorsi addizzjonali li huma disponibbli f’diversi pajjiżi fl-Ewropa. 10. Il-Programm Konġunt Eurostars għandu l-għan li jappoġġja lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D billi jforni l-qafas legali u organizzattiv neċessarju għall-kooperazzjoni Ewropea fuq skala kbira bejn l-Istati Membri fejn jikkonċerna r-riċerka applikata u l-innovazzjoni, fi kwalunkwe qasam teknoloġiku u industrijali, għall-benefiċċju ta’ dawn l-SMEs. L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-Istati Membri parteċipanti"), u l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (minn issa ’l quddiem imsejħa "il-pajjiżi parteċipanti l-oħra") ftiehmu li jikkoordinaw u jimplimentaw attivitajiet konġunti bil-għan li jikkontribwixxu għall-Programm Konġunt Eurostars. Il-valur ġenerali tal-parteċipazzjoni tagħhom huwa stmat li jlaħħaq mill-inqas is-somma ta’ EUR 300 miljun għall-perjodu propost ta’ sitt snin. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tirrappreżenta sehem massimu ta’ 25% tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-Programm Konġunt Eurostars, li hija stmata li tlaħħaq is-somma ta’ EUR 400 miljun. 11. Sabiex jiżdied l-impatt tal-Programm Konġunt Eurostars, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ftiehmu dwar il-parteċipazzjoni Komunitarja fil-Programm Konġunt Eurostars. Il-Komunità għandha tipparteċipa billi tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja sa EUR 100 miljun għall-perjodu kollu tal-Programm Konġunt Eurostars. Billi l-Programm Konġunt Eurostars jilqa’ l-għanijiet xjentifiċi tas-Seba’ Programm Kwadru u billi l-qasam tal-Programm Konġunt Eurostars jaqa’ fi ħdan it-tema tar-"Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs" tal-Programm Speċifiku Kapaċitajiet tas-Seba’ Programm Kwadru, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tittieħed mill-approprijazzjoni allokata fil-baġit għal dik it-tema. 12. Is-sostenn finanzjarju tal-Komunità għandu jingħata soġġett għad-definizzjoni ta’ pjan finanzjarju bbażat fuq impenji formali ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni b’mod konġunt tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp u attivitajiet imnedija fuq livell nazzjonali u għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament ta’ l-eżekuzzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars. 13. L-implimentazzjoni konġunta tal-programmi nazzjonali ta’ riċerka tirrikjedi l-istabbiliment jew l-eżistenza ta’ struttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kif ipprovdut fil-Programm Speċifiku Kapaċitajiet. 14. L-Istati Membri parteċipanti qablu fuq struttura speċifika ta’ implimentazzjoni bħal din għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars. 15. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tkun ir-riċevitur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u għandha tiżgura l-eżekuzzjoni effiċjenti tal-Programm Konġunt Eurostars. 16. Il-kontribuzzjoni Komunitarja hija soġġetta għall-impenn ta’ riżorsi mill-Istati Membri parteċipanti, u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra u għall-ħlas effettiv tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom. 17. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni Komunitarja hija soġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim ġenerali milħuq bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, li fih hemm l-arranġamenti dettaljati għall-użu tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Dan il-ftehim ġenerali għandu jkollu d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-interessi finanzjarji tal-Komunità jiġu protetti. 18. L-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandu jitqies bħala dħul assenjat, ma’ din il-kontribuzzjoni Komunitarja, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 18(2) -Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[26] (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"). Il-kontribut massimu Komunitarju indikat f'din id-Deċiżjoni jista' jiżdied mill-Kummissjoni skond kif meħtieġ. 19. Il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha jekk il-Programm Konġunt Eurostars jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew inkella tardiv, jew f’każ li l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ma jikkontribwixxux jew jikkontribwixxu parzjalment jew fit-tard għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, f’konformità mat-termini stabbiliti bi ftehim li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. 20. Sabiex il-Programm Konġunt Eurostars jiġi implimentat b’mod effiċjenti, l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi parteċipanti fil-Programm Konġunt Eurostars li jintgħażlu wara sejħa għal proposti. 21. B’mod konformi mar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju[27] (minn issa ’l quddiem imsejħa "ir-Regoli ta’ Implimentazzjoni"), il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiġi ġestita fil-qafas tal-ġestjoni ċentralizzata indiretta b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 54 (2) (c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikoli 35 u 41 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni. 22. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jieħu sehem fil-Programm Konġunt Eurostars. 23. F’konformità ma’ l-għanijiet tas-Seba’ Programm Kwadru, il-parteċipazzjoni fil-Programm Konġunt Eurostars tal-pajjiżi assoċjati fis-Seba’ Programm Kwadru jew tal-pajjiżi l-oħra għandha tkun possibbli sakemm din il-parteċipazzjoni tkun prevista bil-ftehim internazzjonali rilevanti u sakemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri parteċipanti jkunu jaqblu magħha. 24. F’konformità mas-Seba’ Programm Kwadru, il-Komunità għandu jkollha d-dritt li tiftiehem il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha lill-Programm Konġunt Eurostars fir-rigward tal-parteċipazzjoni fih ta’ kwalunkwe pajjiż assoċjat fis-Seba’ Programm Kwadru, jew fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, ta’ pajjiżi oħrajn, matul l-implimentazzjoni tiegħu, skond ir-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. 25. Għandhom jittieħdu miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u l-passi neċessarji għall-irkupru ta’ fondi mitlufa jew imħallsin jew użati ħażin, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[28], ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra[29] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)[30] . 26. Huwa essenzjali li l-attivitajiet tar-riċerka li jitwettqu taħt il-Programm Konġunt Eurostars jikkonformaw mal-prinċipji bażi ta’ etika, inkluż dawk riflessi fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, u jsegwu l-prinċipji ta’ mainstreaming u ugwaljanza bejn is-sessi. 27. Il-Kummissjoni għandha tmexxi valutazzjoni interim, li tivvaluta l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni 6tal-Programm Konġunt Eurostars u l-progress li sar f’dak li huma għanijiet stabbiliti, kif ukoll valutazzjoni. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 28. Fl-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal riċerka, żvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (mill-2007 sa l-2013) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ is-"Seba’ Programm Kwadru"), li ġie adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lill-programm ta’ riċerka u żvilupp Eurostars (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-"Programm Konġunt Eurostars") imniedi flimkien ma’ l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja (minn issa ’l quddiem imsejħa l-"Istati Membri Parteċipanti" kif ukoll l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (minn issa ’l quddiem imsejħa “il-pajjiżi parteċipanti l-oħra”). 29. Il-Komunità għandha tħallas kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal massimu ta’ terz tal-kontribuzzjonijiet effettivi ta’ l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra sa limitu ta’ EUR 100 miljun għall-perjodu ta’ sitt snin tal-Programm Konġunt Eurostars, li jibda mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tiżdied ma’ l-ammont minimu ta’ EUR 300 miljun li jrid jitħallas mill-Istati Membri u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għalhekk tirrappreżenta sehem massimu ta’ 25% tal-kontribuzzjoni pubblika totali lill-Programm Konġunt Eurostars, li hija stmata li tlaħħaq l-EUR 400 miljun. 30. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas mill-approprijazzjoni allokata fil-baġit għat-tema "Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-SMEs" tal-Programm Speċifiku Kapaċitajiet li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru b’mod konformi mad-Deċiżjoni 2006/974/KE (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-Programm Speċifiku Kapaċitajiet"). Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tkun soġġetta għal: 31. dimostrazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra li l-Programm Konġunt Eurostars kif deskritt fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni jiġi mniedi b’mod effiċjenti; 32. l-istabbiliment formali jew il-ħatra mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra, ta’ struttura b’personalità legali (għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni msemmija bħala "struttura speċifika ta’ implimentazzjoni"), li tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars u għar-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità f’konformità ma’ l-Artikoli 54(2)(c) u 56 tar-Regolament Finanzjarju; 33. l-istabbiliment tal-mudell ta’ tmexxija xieraq u effiċjenti għall-Programm Konġunt Eurostars f’konformità ma’ l-arranġamenti stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni; 34. it-twettiq effiċjenti ta’ l-attivitajiet taħt il-Programm Konġunt Eurostars deskritti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, li tirrikjedi t-tnedija ta’ sejħiet għal proposti għall-konċessjoni tal-għotjiet; 35. l-impenji ta’ l-Istati Membri parteċipanti u tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars u l-ħlas effettiv tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b’mod partikolari l-finanzjament tal-parteċipanti fil-proġetti magħżulin wara s-sejħiet għall-proposti mnedija taħt il-Programm Konġunt Eurostars; 36. konformità mar-regoli Komunitarji għall-għajnuna ta’ l-Istat, u b’mod partikolari r-regoli stabbiliti fil-Qafas Komunitarju għall-Għajnuna ta’ l-Istat għal Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni[31]; ; 37. l-iżgurar ta’ livell għoli ta’ eċċellenza xjentifika u ta’ osservanza ta’ prinċipji etiċi skond il-prinċipji ġenerali tas-Seba’ Programm Kwadru, u ta’ mainstreaming u ta’ ugwaljanza bejn is-sessi, u li jikkontribwixxu għal żvilupp sostenibbli, u, 38. il-formulazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirregolaw id-dritijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet li twettqu taħt il-Programm Konġunt Eurostars u l-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp u attivitajiet imnedija fuq livell nazzjonali mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra b’tali mod li jimmiraw għall-promozzjoni tal-ħolqien ta’ tali għarfien u għall-appoġġ fuq firxa wiesgħa ta’ l-għarfien li jkun inħoloq. Artikolu 3 L-għoti ta’ sostenn finanzjarju mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, u b’mod partikolari s-sostenn finanzjarju pprovdut lil parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet għal proposti għall-konċessjoni ta’ l-għotjiet, għandhom ikunu soġġetti għal trattament ugwali u trasparenza. Is-sostenn finanzjarju lil partijiet terzi għandu jingħata fuq il-bażi ta’ eċċellenza xjentifika, u meta tiġi kkunsidrata n-natura speċifika tal-grupp fil-mira tal-SMEs l-impatt ekonomiku mistenni, u skond il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 4 L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà finanzjarja u d-dirttijiet ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll ir-regoli dettaljati għall-għoti ta’ appoġġ finanzjarju mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lil partijiet terzi għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ ftehim ġenerali li għandu jiġi mitmum bejn il-Kummissjoni, għan-nom tal-Komunità, u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, u l-ftehimiet finanzjarji annwali. Artikolu 5 B’mod konformi ma’ l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja allokata lill-Programm Konġunt Eurostars għandha titċies bħala dħul assenjat. Il-kontribuzzjoni Komunitarja massima indikata fl-Artikolu 1 tista’ tiżdied mill-Kummissjoni skond kif meħtieġ. Artikolu 6 Jekk il-Programm Konġunt Eurostars ma jiġix implimentat jew jiġi implimentat b’mod inadegwat, parzjalment jew fit-tard, jew jekk l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu parzjalment jew fit-tard għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, il-Komunità tista’ tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha skond l-implimentazzjoni attwali tal-Programm Konġunt Eurostars u l-ammont ta’ fondi pubbliċi allokati lill-Istati Membri parteċipanti u lill-pajjiżi parteċipanti l-oħra għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, bi qbil mat-termini stabbiliti fil-ftehim li għandi jiġi mitmum bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Artikolu 7 Matul l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji, amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. B’mod partikolari, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom jipprovdu garanziji adegwati fir-rigward ta’ l-irkupru sħiħ mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ammonti dovuti lill-Komunità. Artikolu 8 Il-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jistgħu, permezz ta’ l-uffiċjali jew l-aġenti tagħhom, iwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiżguraw it-tmexxija xierqa tal-fondi tal-Komunità u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi jew irregolarità oħra. Għall-finijiet ta’ dan, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra u/jew l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandhom, fi żmien xieraq, jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri d-dokumenti kollha rilevanti. Artikolu 9 Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti ta’ l-Awdituri. L-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra huma mistiedna jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe tagħrif addizzjonali meħtieġ mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Qorti ta’ l-Awdituri li jikkonċerna l-ġestjoni finanzjarja ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Artikolu 10 Kull Stat Membru jista’ jissieħeb fil-Programm Konġunt Eurostars fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Artikolu 11 Kull pajjiż terz jista’ jissieħeb fil-Programm Konġunt Eurostars fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, sakemm tali parteċipazzjoni tkun koperta bil-ftehimiet internazzjonali rilevanti u sakemm sew il-Kummissjoni u sew l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jaqblu ma’ dan. Artikolu 12 Il-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità fir-rigward tal-parteċipazzjoni, fil-Programm Konġunt Eurostars, ta’ kwalunkwe pajjiż assoċjat mas-Seba’ Programm Kwadru jew, fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor, jista’ jiġi miftiehem mal-Komunità fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u ta’ kwalunkwe regoli ta’ implimentazzjoni u arranġamenti. Artikolu 13 1. Ir-rapport annwali tas-Seba’ Programm Kwadru ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’konformità ma’ l-Artikolu 173 tat-Trattat għandu jinkludi sinteżi ta’ l-attivitajiet tal-Programm Konġunt Eurostars ibbażata fuq ir-rapport annwali li għandu jiġi ppreżentat mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. 2. Valutazzjoni interim tal-Programm Konġunt Eurostars għandha ssir mill-Kummissjoni sentejn wara l-bidu tal-Programm Konġunt Eurostars. Din il-valutazzjoni għandha tkopri l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, tal-Programm Konġunt Eurostars u għandha tagħti spinta ’l quddiem lill-għanijiet stabbiliti, inkluż ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-mezzi l-aktar xierqa sabiex l-integrazzjoni titjieb aktar. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet ta’ dan, flimkien ma’ l-osservazzjonijiet tagħha u, fejn xieraq, proposti għall-adattament ta’ din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Fi tmiem il-Programm Konġunt Eurostars, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi valutazzjoni finali tal-Programm. Għandhom jiġu ppreżentati r-riżultati tal-valutazzjoni finali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Artikolu 14 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Artikolu 15 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, […] Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President […] […] ANNE SS I Deskrizzjoni ta’ l-għanijiet u l-attivitajiet tal-Programm Konġunt Eurostars I. L-Għanijiet L-għan ta’ din l-inizjattiva mressqa mill-Pajjiżi Membri ta’ l-EUREKA huwa li jiġi stabbilit il-Programm Konġunt Eurostars li jkollu fil-mira tiegħu lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp (R&D). Dawn l-SMEs, kumpaniji intensivi fl-għarfien u bbażati fuq it-teknoloġija/l-innovazzjoni, għandhom rwol importanti ħafna fil-proċess ta’ l-innovazzjoni. Dawn huma kkaratterizzati b’orjentazzjoni qawwija lejn il-klijent jew is-suq, bil-mira li jiksbu pożizzjoni internazzjonali b’saħħitha billi jmexxu ’l quddiem proġetti innovattivi ħafna u orjentati lejn is-suq. Ibbażati fuq il-kapaċità tal-R&D tagħhom stess, dawn għandhom il-ħila li jiżviluppaw prodotti, proċessi jew servizzi li jkollhom vantaġġ innovattiv jew teknoloġiku ċar. Il-kumpaniji jistgħu jvarjaw fid-daqs u fl-ambitu ta’ l-attivitajiet, billi pereżempju jkunu negozji stabbiliti bi storja konsistenti ta’ attivitajiet avvanzati ta’ R&D orjentati lejn l-applikazzjoni, jew start-ups b’potenzjal għoli. L-R&D jikkostitwixxi element importanti fl-istrateġija imprenditorjali u fil-pjani ta’ negozju tagħhom. Dawn il-kumpaniji għandhom ikunu SMEs fi ħdan it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE[32]. Il-Programm Konġunt Eurostars għandu fil-mira l-appoġġ ta’ dawn l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D billi: 39. joħloq mekkaniżmu ta’ sostenn sostenibbli Ewropew ta’ R&D għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D; 40. jinkoraġġihom joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda bbażati fuq ir-riżultati ta’ R&D u jġibu fis-suq prodotti, proċessi u servizzi ġodda aktar malajr milli jista’ jkun; 41. jippromwovi l-iżvilupp teknoloġiku u kummerċjali, u l-internazzjonalizzazzjoni ta’ dawk il-kumpaniji. Il-Programm Konġunt Eurostars għandu jikkumplimenta l-programmi nazzjonali u Ewropej eżistenti li huma mmirati sabiex jappoġġjaw lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D fil-proċess ta’ l-innovazzjoni tagħhom. Dan għandu jikkontribwixxi għall-kompetittività Ewropea, għall-innovazzjoni, għall-impjiegi, għall-bidla ekenomika, għal żvilupp sostenibbli u għall-protezzjoni ambjentali, u għandu jgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ Liżbona u ta’ Barċellona. Bħala inizjattiva ta’ 27 pajjiż ta’ l-EUREKA, dan għandu jappoġġja, permezz ta’ metodu minn isfel għal fuq, attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp u ta’ dimostrazzjoni mnedija minn konsorzji transnazzjonali mmexxija minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D u jikkoopera, fejn xieraq, ma’ organizzazzjonijiet tar-riċerka u/jew ma’ intrapriżi kbar. Il-Programm Konġunt Eurostars huwa mmirat li jallinja u jissinkronizza l-programmi nazzjonali ta’ riċerka u innovazzjoni rilevanti sabiex jiġi stabbilit programm konġunt, li jikkaratterizza l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja, waqt li jkun ta’ kontribuzzjoni importanti lejn l-eżekuzzjoni taż-Żona Ewropea tar-Riċerka. L-integrazzjoni xjentifika tinkiseb bid-definizzjoni komuni u bl-implimentazzjoni ta’ attivitajiet taħt il-Programm Konġunt Eurostars. L-integrazzjoni ġestjonarja tinkiseb bl-użu tas-Segretarjat ta’ l-EUREKA bħala l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Ir-rwol tiegħu huwa li jmexxi l-Programm Konġunt Eurostars u li jissorvelja l-eżekuzzjoni tiegħu, kif spjegat f’aktar dettal fl-Anness II. L-integrazzjoni finanzjarja timplika li l-Istati parteċipanti jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars, li jinvolvi b’mod partikolari l-impenn li jiġu ffinanzjati l-parteċipanti tal-proġetti ta’ l-Eurostars li jiġu magħżula mill-baġits nazzjonali allokati ta’ Eurostars. Fuq perjodu twil, din l-inizjattiva għandha taħdem sabiex tiżviluppa forom aktar stretti ta’ integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja. L-Istati Membri parteċipanti, l-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-Istati parteċipanti") għandhom isaħħu aktar l-integrazzjoni u jneħħu l-ostakli leġiżlattivi nazzjonali eżistenti għall-kooperazzjoni internazzjonali. II. L-Attivitajiet L-attività ewlenija fil-Programm Konġunt Eurostars tikkonsisti f’attivitajiet ta’ R&D li jitmexxew minn SME jew minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D stabbiliti fl-Istati parteċipanti. L-attivitajiet ta’ R&D jistgħu jsiru fil-qasam kollu tax-xjenza u t-teknoloġija u jiġu: 42. implimentati permezz ta’ proġetti transnazzjonali b’diversi msieħba liema proġetti jkunu jinvolvu mill-inqas żewġ parteċipanti indipendenti minn Stati parteċipanti differenti li jindirizzaw attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku, ta’ dimostrazzjoni, ta’ taħriġ, u ta’ disseminazzjoni. L-organizzazzjonijiet tar-riċerka, l-universitajiet jew il-kumpaniji l-kbar ukoll jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-proġetti; 43. eżegwiti fil-maġġor parti tagħhom minn SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, li għandhom jikkontribwixxu minn ta’ l-inqas għal 50% ta’ l-ispejjeż relatati mar-R&D fi ħdan il-proġett. Subappaltar minuri jista’ jkun ikkunsidrat, jekk dan ikun meħtieġ għall-proġett. 44. mmirati lejn riċerka u żvilupp li jkunu orjentati lejn is-suq, u għandhom ikunu ta’ perjodu qasir jew medju u jindirizzaw xogħol ta’ riċerka u żvilupp li jkun impenjattiv; l-SME(s) għandhom juru l-kapaċità li jisfruttaw ir-riżultati tal-proġett f’qafas ta’ żmien realistiku; 45. ġestiti u kkoordinati minn waħda mill-SMEs ewlenin li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, l-hekk imsejħa "l-SME ewlenija". Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ senserija, ta’ promozzjoni ta’ programmi u ta’ netwerking għandhom ikunu appoġġjati sa ċertu limitu sabiex jiġi promoss il-Programm Konġunt Eurostars u jissaħħaħ l-impatt tiegħu. Dawn għandhom jinkludu l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta' ħidma u l-istabbiliment ta’ kuntatti mal-partijiet interessati l-oħra, bħall-investituri u l-fornituri tal-ġestjoni ta’ l-għarfien. III. Ir-riżultati mistennija mill-implimentazzjoni tal-Programm Ir-riżultat prinċipali tal-Programm Konġunt Eurostars huwa programm ġdid Ewropew ta’ riċerka u żvilupp għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, li huwa minn isfel għal fuq, ibbażat fuq l-EUREKA u li jiġi ko-finanzjat mill-programmi nazzjonali kontributuri ta’ R&D u mill-Komunità Ewropea. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tippreżenta rapport annwali, li għandu jagħti ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-programm konġunt (il-valutazzjoni u l-proċess ta’ l-għażla, l-istatistiki dwar il-kompożizzjoni tal-grupp li jagħmel il-valutazzjoni, l-għadd ta’ proġetti sottomessi u magħżula għall-finanzjament, l-użu tal-finanzjament Komunitarju, id-distribuzzjoni tal-fondi nazzjonali, it-tip ta’ parteċipanti, l-istatistiki tal-pajjiż, l-avvenimenti ta’ senserija u attivitajiet ta’ disseminazzjoni eċċ.) u lejn il-progess li jkun sar sabiex ikun hemm aktar integrazzjoni. Fi tmiem il-Programm Konġunt Eurostars l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tagħmel valutazzjoni ta’ l-impatt ex-post . IV. L-implimentazzjoni tal-programm Il-Programm Konġunt Eurostars għandu jiġi ġestit minn struttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Il-proposti jiġu sottomessi mill-applikanti direttament lill-istruttura speċifika (punt tad-dħul uniku), wara sejħa għall-proposti ċentrali u komuni li ssir kull sena, b’diversi dati ta’ twaqqif. Il-proposti għall-proġetti għandhom jiġu valutati u magħżula fuq livell ċentrali fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà trasparenti u komuni, wara proċedura maqsuma f’żewġ partijiet. Fl-ewwel fażi, il-proposti għandhom jiġu valutati mill-inqas minn żewġ esperti indipendenti, li għandhom janalizzaw l-aspetti tekniċi kif ukoll dawk tas-suq tal-proposta. Dawn l-esperti jistgħu jaġixxu mill-bogħod. Il-klassifikazzjoni tal-proposti ssir fit-tieni fażi, minn panil internazzjonali ta’ valutazzjoni, magħmul minn esperti indipendenti. L-elenku tal-klassifika, approvat fuq livell ċentrali, għandu jkun jorbot għall-allokazzjoni tal-fondi mill-kontribuzzjoni Komunitarja u mill-baġits nazzjonali allokati għall-proġetti ta’ l-Eurostars. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tkun responsabbli għas-sorveljanza tal-proġetti, filwaqt li għandu jkun hemm proċeduri operattivi komuni sabiex jiġi ġestit iċ-ċiklu kollu tal-proġett. Il-parteċipanti tal-proġett fil-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandhom jiġu ġestiti amministrattivament mill-programmi nazzjonali rispettivi tagħhom. V. Il-mekkaniżmu ta’ finanzjament Il-Programm Konġunt Eurostars huwa ko-finanzjat mill-Istati Parteċipanti u mill-Komunità. L-Istati Parteċipanti jiddefinixxu pjan finanzjarju multi-annwali sabiex jipparteċipaw fil-Programm Konġunt Eurostars u sabiex jikkontribwixxu għal ko-finanzjament ta’ l-attivitajiet tiegħu. Il-kontribuzzjonijiet nazzjonali jistgħu jiġu minn programmi nazzjonali eżistenti jew minn oħrajn ġodda, sakemm dawn ikunu konformi mal-karattru minn isfel għal fuq ta’ l-Eurostars. Kwalunkwe Stat parteċipanti huwa liberu li jżid il-finanzjament nazzjonali allokat tiegħu għall-Programm Konġunt Eurostars, fi kwalunkwe żmien matul il-Programm. Il-finanzjament fuq livell ta’ Programm Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-Programm Konġunt Eurostars, li għandha tkun ġestita mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, tiġi kkalkulata bħala massimu ta’ terz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji effettivi mill-Istati parteċipanti, b’limitu ta’ EUR 100 miljun. Il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tiżdied mat-EUR 300 miljun li jikkontribwixxu l-Istati parteċipanti, li b’hekk tirrappreżenta sehem massimu ta’ 25% fi ħdan il-finanzjament pubbliku ġenerali li huwa disponibbli fil-Programm Konġunt Eurostars. Sa 4,5% tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għandhom jintużaw sabiex ikopru l-ispejjeż rikorrenti ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars tista’ tiġi trasferita mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lill-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali li jiġu maħtura mill-Istati parteċipanti, fuq il-bażi ta’ ftehim li għandu jiġi mitmum bejn l-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tiżgura li l-entitajiet għall-finanzjament ikunu ttrasferew b’mod effettiv il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-parteċipanti fil-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars. Il-finanzjament tal-proġetti Eurostars L-allokazzjoni tal-fondi mill-baġits nazzjonali allokati u mill-kontribuzzjoni Komunitarja għall-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandha ssegwi l-ordni ta’ l-elenku tal-klassifikazzjoni. Il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-parteċipanti f’dawn il-proġetti tiġi kkalkulata skond ir-regoli tal-finanzjament tal-programmi nazzjonali parteċipanti. Fil-każ ta’ self, għandha tapplika kalkulazzjoni bażika għall-ekwivalenza ta’ l-għotja gross, waqt li għandhom jiġu kkunsidrati l-intensità tas-sussidju ta’ l-interessi kif ukoll ir-rata ta’ nuqqas medja tal-programm nazzjonali sottostanti. VI. L-arranġamenti IPR L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tadotta l-politika dwar il-proprjetà intellettwali tal-Programm Konġunt Eurostars. L-għan ta’ tali politika dwar il-proprjetà intellettwali tal-Programm Konġunt Eurostars huwa li jippromwovi l-ħolqien ta’ l-għafien, flimkien ma’ l-isfruttament u t-tixrid tar-riżultati tal-proġett favur il-grupp fil-mira tal-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. F’dan il-kuntest, il-metodu previst fir-Regoli għall-Parteċipazzjoni[33] fis-Seba’ Programm Kwadru għandu jservi bħala mudell. ANNESS II L-arranġamenti għat-tmexxija tal-Programm Konġunt Eurostars L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars għandu jkun is-Segretarjat ta’ l-EUREKA. Ir-rwol tagħha huwa l-ġestjoni tal-Programm Konġunt Eurostars u li tirċievi, talloka u tissorvelja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-Programm Konġunt Eurostars. Is-sistema tat-tmexxija tal-Programm Konġunt Eurostars tinvolvi erba’ entitajiet ewlenin: 46. Il-“Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Eureka (HLG)", li huwa magħmul minn persuni maħtura mill-Istati Membri ta’ l-EUREKA bħala Rappreżentanti ta’ Livell Għoli, inkluż rappreżentant mill-Kummissjoni Ewropea. Dan huwa responsabbli mis-sħubija ta’ Stati ġodda fil-Programm Konġunt Eurostars. 47. Il-"Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Eurostars", li huwa magħmul mir-Rappreżentanti ta’ Livell Għoli ta’ l-EUREKA ta’ l-Istati li qed jipparteċipaw fil-Programm Konġunt Eurostars. Il-Kummissjoni Ewropea żżomm id-dritt li tibgħat rappreżentant għal-laqgħat tiegħu bħala osservatur. Dan għandu l-awtorità li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, u b’mod partikolari: il-ħatra tal-membri tal-Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars, l-approvazzjoni tal-proċeduri operattivi sabiex jitmexxa l-Programm Konġunt Eurostars, l-approvazzjoni ta’ l-ippjanar għas-sejħa u tal-baġit għas-sejħa, u l-approvazzjoni ta’ l-elenku tal-klassifikazzjoni tal-Proġetti Eurostars li se jiġu ffinanzjati. 48. Il-"Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars", li huwa magħmul mill-Koordinaturi Nazzjonali tal-Proġett ta’ l-EUREKA (NPC), li ġejjin mill-Istati li qed jipparteċipaw fl-Eurostars, u li jitmexxa mill-Kap tas-Segretarjat ta’ l-EUREKA. Il-Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars għandu jagħti parir lis-Segretarjat ta’ l-Eurostars fl-eżekuzzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars u għandu jforni pariri dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tiegħu, bħalma huma l-proċeduri tal-finanzjament, il-valutazzjoni u l-proċess ta’ l-għażla, is-sinkronizzazzjoni bejn il-proċeduri ċentrali u nazzjonali, u s-sorveljanza tal-proġett. Dan għandu jagħti parir dwar l-ippjanar għad-dati tat-twaqqif tas-sejħiet annwali għall-proposti. Dan għandu jagħti parir ukoll dwar il-progress fl-eżekuzzjoni tal-programm konġunt, inkluż il-progress lejn aktar integrazzjoni. 49. Is-Segretarjat ta’ l-EUREKA (ESE) għandu jaġixxi bħala l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għall-Eurostars, li għal dan il-Kap ta’ l-ESE għandu jaġixxi bħala r-rappreżentant legali tal-Programm Eurostars għall-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-EUREKA, għall-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Eurostars, għall-Kummissjoni Ewropea, għan-netwerk EUREKA u għad-dinja esterna. Is-Segretarjat ta’ l-EUREKA huwa responsabbli sabiex jeżegwixxi l-Programm Konġunt Eurostars, u huwa responsabbli b’mod partikolari għal: 50. l-istabbiliment tal-baġit annwali għas-sejħa, l-organizzazzjoni ċentrali tas-sejħat komuni għall-proposti u r-riċeviment tal-proposti għall-proġett (punt tad-dħul uniku); 51. l-organizzazzjoni ċentrali ta’ l-eliġibbiltà u tal-valutazzjoni tal-proposti għall-proġett, skond kriterji ta’ eliġibbilità u valutazzjoni komuni, l-organizzazzjoni ċentrali ta’ l-għażla tal-proposti għall-proġett li jrid jiġi ffinanzjat, u s-sorveljanza u l-issuktar tal-proġett; 52. ir-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni Komunitarja; 53. il-ġbir tal-kontijiet rigward id-distribuzzjoni tal-fondi mill-entitajiet għall-finanzjament fl-Istati parteċipanti lill-parteċipanti tal-proġetti Eurostars; 54. il-promozzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars; 55. ir-rappurtar lill-HLG ta’ l-EUREKA, lill-HLG ta’ l-Eurostars, lin-Netwerk EUREKA u lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm Konġunt Eurostars, inkluż dwar il-progress lejn aktar integrazzjoni. 56. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. L-ISEM TAL-PROPOSTA: Il-parteċipazzjoni mill-Komunità fi programm ta’ riċerka u żvilupp li għandu fil-mira tiegħu l-appoġġ lill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp imnedija minn diversi Stati Membri u Stati assoċjati fis-Seba’ Programm Kwadru, kif issemma fid-Deċiżjoni. 2. IL-QAFAS ABM / ABB FRAMEWORK Il-Qasam/Oqsma ta’ Politika kkonċernati u assoċjati ma’ Attività/Attivitajiet: Riċerka u Żvilupp Teknoloġiku: is-Seba’ Programm Kwadru. l-Artikolu 169 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. 3. IL-LINJI TAL-BAĠIT 3.1. Il-linji tal-baġit (linji ta’ operat u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (eż- linji B.A)) inklużi l-intestaturi: 08.13 01 01 "Kapaċitajiet": "Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs"[34] 08.13 01 02 "Kapaċitajiet": "Riċerka għall-benefiċċju tal-SMEs" "Il-Programm Konġunt Eurostars".[35] 3.2. It-tul taż-żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju: Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-Programm Konġunt Eurostars hija mistennija li tiġi stabbilita permezz ta’ ko-deċiżjoni tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew f’Diċembru 2007 għall-perjodu inizjali li jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2013. L-impatt finanzjarju fuq il-baġit ta’ l-UE jispiċċa wara l-2013. 3.3. Karatteristiċi tal-baġit: Linja tal-baġit | It-tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja | 08.13 01 01 | Mhux obblig | Diff[36] | IVA | IVA | IVA | Nru [1A] | 08.13 01 02 | Mhux obblig | Diff[37] | IVA | IVA | IVA | Nru [1A] | 4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji Il-figuri kollha f’din id-dikjarazzjoni huma indikattivi u ppreżentati f’valuri kostanti. 4.1.1. Sinteżi ta’ l-approprijazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprijazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) It-tip tan-nefqa | Nru tas-sezzjoni | Sena 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 u wara | Total | Nefqa operattiva | Approprijazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1. | a | 0 | 15,964 | 15,964 | 15,964 | 15,964 | 31,926 | 95,782 | Approprijazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0 | 7,982 | 12,771 | 15,964 | 15,964 | 43,101 | 95,782 | Nefqa amministrattiva fil-limiti ta’ l-ammont ta’ referenza[38] | Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | 0 | 0,703 | 0,703 | 0,703 | 0,703 | 1,406 | 4,218 | AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA | Approprijazzjonijiet għall-Impenji | a+c | 0 | 16,667 | 16,667 | 16,667 | 16,667 | 33,332 | 100 | Approprijazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+c | 0 | 8,685 | 13,474 | 16,667 | 16,667 | 44,507 | 100 | Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[39] | Riżorsi umani u nfiq assoċjat (AMD) | 8.2.5. | d | 0,117 | 0,176 | 0,176 | 0,176 | 0,176 | 0,352 | 1,173 | Spejjeż amministrattivi, barra mir-riżorsi umani u spejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | 0,007 | 0,014 | 0,014 | 0,021 | 0,014 | 0,035 | 0,105 | L-ispiża finanzjarja indikattiva ta’ l-azzjoni | TOTAL TA’ L-AI li jinkludi l-ispejjeż tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0,124 | 16,857 | 16,857 | 16,864 | 16,857 | 33.719 | 101.278 | L-AĦ TOTALI bl-inklużjoni tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0,124 | 8,875 | 13,664 | 16,864 | 16,857 | 44,894 | 101.278 | Id-dettalji tal-ko-finanzjament (i) Il-livell tal-Programm Tingħata kontribuzzjoni Komunitarja sa EUR 100 miljun, soġġett għal investiment ta’ mill-inqas EUR 300 miljun mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra għall-perjodu 2008-2013 permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom. Jekk l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra jikkontribwixxu inqas minn EUR 300 miljun, il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tkun inqas minn EUR 100 miljun u għandha tiġi kkalkulata bħala terz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji effettivi ta’ l-Istati Membri parteċipanti u tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Huwa ppjanat li l-kontribuzzjoni Komunitarja titħallas permezz ta’ pre-finanzjamenti annwali, li bħala medja għandhom ikunu ta’ EUR 16,667 miljun. Il-pagament isir finali meta jiġu approvati l-ispejjeż mill-Kummissjoni. Sehem mill-kontribuzzjoni Komunitarja għandu jintuża sabiex ikunu koperti l-ispejjeż rikorrenti ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għall-Programm Konġunt Eurostars, f’limitu ta’ 4.5 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja[40]. Dan għandu jkopri l-ġestjoni tal-programm, il-komunikazzjoni, l-IT, l-ivvjaġġar u l-valutazzjoni tal-proposti għall-proġett. L-ispejjeż ġenerali (bini, il-fornimenti għall-uffiċċji, parti mill-infrastruttura ta’ l-IT, tisħin, eċċ) jiġu koperti mill-baġit tas-Segretarjat ta’ l-Eureka, li jiġi ffinanzjat mill-membri ta’ l-EUREKA. L-ispejjeż relatati mal-ġestjoni amministrattiva tal-parteċipanti tal-proġett fuq livell nazzjonali għandhom jiġu koperti mill-Istati parteċipanti[41]. (ii) Il-livell tal-Proġett L-allokazzjoni tal-fondi mill-baġits nazzjonali allokati u mill-kontribuzzjoni Komunitarja għall-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandha ssegwi l-ordni ta’ l-elenku tal-klassifikazzjoni. Il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-parteċipanti f’dawn il-proġetti tiġi kkalkulata skond ir-regoli tal-finanzjament tal-programmi nazzjonali parteċipanti. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars tista’ tiġi ttrasferita mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni lill-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali maħtura mill-Istati parteċipanti, fuq il-bażi ta’ ftehim li jrid jiġi mitmum bejn l-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandha tiżgura li l-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali jkunu ttrasferew b’mod effettiv il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lill-parteċipanti fil-proġetti magħżula fl-Eurostars. Fl-aħħar nett, l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars għandhom jikkofinanzjaw dawn il-proġetti, b’konformità mal-ftehim li jrid jiġi konkluż bejn l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni u l-entitajiet għall-finanzjament ta’ l-Istati parteċipanti. EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) L-entità tal-ko-finanzjament | Sena 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 u wara | Total | Stati Membri parteċipanti | f | 0 | 50 | 50 | 50 | 50 | 100 | 300 | Il-kontribuzzjoni Komunitarja | A+c | 0 | 16,667 | 16,667 | 16,667 | 16,667 | 33,332 | 100 | Nefqa amministrattiva | D+e | 0,124 | 0,190 | 0,190 | 0,197 | 0,190 | 0,387 | 1,278 | TOTAL AI inkluż il-ko-finanzjament | A+c+d+e+f | 0,124 | 66,857 | 66,857 | 66,864 | 66,857 | 133,719 | 401,278 | 4.1.2. Il-kompatibbiltà ma’ l-Ipprogrammar Finanzjarju ( Il-proposta hija kompatibbli ma’ l-ipprogramm finanzjarju eżistenti. ( Il-proposta se tinvolvi pprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ( Il-proposta tista’ titlob l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[42] (jiġifieri l-flessibbiltà ta’ l-istrument jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul ( Il-proposta hija mingħajr impatt finanzjarju fuq id-dħul ( Il-proposta tħalli impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej: EUR miljuni (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni | Għadd totali ta’ riżorsi umani | 5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET 5.1. Il-ħtieġa li għandha tintlaħaq fuq medda ta’ żmien qasira jew twila Il-kontribuzzjoni Komunitarja hija meħtieġa għall-istabbiliment u għall-operat tal-Programm Konġunt Eurostars, sabiex ikun jista’ jsir il-ko-finanzjament ta’ l-attivitajiet ma’ l-Istati Membri parteċipanti u mal-pajjiżi parteċipanti l-oħra. Il-kontribuzzjoni Komunitarja se tintuża b’mod partikolari sabiex jiġu ko-finanzjati l-parteċipanti fil-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars wara li tkun saret sejħa miftuħa għall-proposti. 5.2. Il-valur miżjud ta’ l-involviment mill-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli Il-Programm Konġunt Eurostars se jgħaqqad sorsi ta’ finanzjament tal-Komunità, nazzjonali u privati sabiex tiġi appoġġjata riċerka orjentata lejn is-suq, li tiġi eżegwita fi proġetti transnazzjonali li jiġu mnedija u ġestiti mill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġett, dawn il-kumpaniji għandhom ikunu kapaċi jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi ġodda u jsaħħu b’mod sinifikanti l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-suq Ewropew u globali. Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità huwa sostanzjali għaliex: l-intervent tal-Komunità għandu jwassal għall-ħolqien ta’ qafas legali ġdid fejn il-finanzjament tal-Komunità u dak nazzjonali jkun jista’ jiġi kkombinat fi strateġija komuni sabiex jiġu stimolati proġetti kollaborattivi internazzjonali ta’ R&D u ta’ innovazzjoni għall-benefiċċju ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D. Dan mhux possibbli bl-użu ta’ l-istrutturi eżistenti, u żgur mhux bil-massa kritika neċessarja. Il-Programm Konġunt Eurostars se jindirizza l-isfidi ffaċċjati mill-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D b’potenzjal għoli ta’ tkabbir billi jipproponi skema ta’ sostenn li toffri żmien qasir għal deċiżjoni ta’ finanzjament, il-flessibbiltà fil-kompożizzjoni tas-sħubija, kif ukoll finanzjament sinkronizzat u sikur. Dan il-programm huwa tabilħaqq imfassal apposta għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, li jistgħu jsiru l-kumpaniji l-kbar ta’ l-Ewropa ta’ għada. Fl-aħħarnett, l-iskema proposta se toħloq inċentivi għal aktar investimenti nazzjonali u industrijali fl-R&D u fl-innovazzjoni fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija, li b’hekk tkun qed tikkontribwixxi għall-għan ta’ Barċellona ta’ 3% tal-PGD Ewropew għall-R&D. 5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM L-għan operattiv ewlieni ta’ din il-proposta leġiżlattiva, jiġifieri l-parteċipazzjoni tal-Komunità fi Programm Konġunt ta’ Innovazzjoni fl-R&D imniedi bejn diversi Stati Membri fil-qasam ta’ l-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D, diġà kien previst fis-Seba’ Programm Kwadru għall-RTD u fil-Programm Speċifiku tiegħu "Kapaċitajiet". L-għanijiet tal-politika assoċjati ma’ dan l-għan operattiv huma Il-ħolqien ta’ mekkaniżmu sostenibbli ta’ appoġġ Ewropew għall-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D li għandhom potenzjali għoli ta’ tkabbir u li huma lesti li jwettqu r-riċerka tagħhom stess, flimkien ma’ imsieħba oħrajn. B’appoġġ għal dawn il-kumpaniji, il-Programm Konġunt Eurostars se jikkontribwixxi sabiex tissaħħaħ il-kompetittività ta’ l-SMEs Ewropej, sabiex jiġu stimolati l-innovazzjoni, l-impjiegi u l-bidla ekonomika, u b’hekk jgħin sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ Liżbona u ta’ Barċellona. L-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja tal-programmi nazzjonali parteċipanti, jew ta’ partijiet sinifikanti ta’ dawn il-programmi nazzjonali. L-għanijiet teknoloġiċi u ekonomiċi - L-SMEs li jwettqu attivitajiet ta’ R&D jiġu inkoraġġiti sabiex joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda bbażati fuq ir-riżultati tal-R&D, u sabiex iġibu prodotti, proċessi u servizzi ġodda fis-suq aktar malajr milli jista’ jkun; - Il-promozzjoni ta’ l-iżvilupp teknoloġiku u imprenditorjali, u l-internazzjonalizzazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji. Il-kontribuzzjonijiet mill-Kummissjoni huma r-riżorsi elenkati fis-Sezzjoni 4.1. Ir-riżultati huma: (a) l-istabbiliment tal-Programm Konġunt Eurostars u, (b) proġetti ta’ R&D u ta’ innovazzjoni magħżula u mnedija wara sejħa miftuħa għall-proposti taħt il-Programm Konġunt Eurostars. Ir-riżultati mistennija li ġejjin jistgħu jitkejlu permezz ta’ l-indikaturi imfissra hawn taħt (2008-2013). Dawn l-indikaturi jistgħu jkunu ddettaljati u kkomplementati aktar b’indikaturi oħra fil-ftehim li jrid jiġi mitmum bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. 1. XprunXprun għal ġenerazzjoni ta’ investimenti u l-ko-finanzjament tal-Programm Konġunt Eurostars mill-Istati parteċipanti - Il-finanzjament nazzjonali allokat u minfuq b’mod effettiv fi proġetti ta’ l-Eurostars: il-mira hija ta’ EUR 300 miljun li jintefqu mill-programmi nazzjonali parteċipanti. - Il-finanzjament nazzjonali għas-sejħat konġunti: l-Istati parteċipanti impenjaw ruħhom sabiex jikkontribwixxu kull sena mill-inqas EUR 50 miljun għas-sejħat konġunti (ħlief għall-ewwel sena ta’ operat tal-Programm Konġunt Eurostars). 2. L-effiċjenza tal-programm - Iż-żmien meħtieġ bejn id-data ta’ l-għeluq u d-data fejn l-informazzjoni dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni tkun intbagħtet lill-applikanti: sa nofs it-terminu tal-programm, dan iż-żmien m’għandux ikun aktar minn 4 xhur. 3. Il-progress lejn l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali 3.1 L-integrazzjoni xjentifika - Valutazzjoni ċentrali effettiva minn esperti indipendenti, u deċiżjoni ta’ għażla ċentrali. - Is-sinkronizzazzjoni tal-proċeduri nazzjonali. Sa nofs it-terminu tal-programm, il-ftehim ta’ l-għotja mal-parteċipanti individwali għandu jiġi ffirmat sa mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data ta’ l-għeluq. 3.2 L-integrazzjoni ġestjonarja - L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni tkun kif suppost u tkun qed timplimenta b’mod effettiv il-Programm Konġunt Eurostars. 3.3 L-integrazzjoni finanzjarja - Il-proġetti magħżula fuq livell ċentrali jiġu ko-finanzjati b’mod effettiv mill-programmi nazzjonali parteċipanti, skond l-ordni fl-elenku tal-klassifikazzjoni. - Il-kontribuzzjoni Komunitarja tiġi allokata għall-proġetti skond l-ordni ta’ l-elenku tal-klassifikazzjoni. 5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv) ( Ġestjoni ċentralizzata ( direttament mill-Kummissjoni ( indirettament permezz ta’ delega lil: ( Aġenziji eżekuttivi ( entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju ( entitajiet nazzjonali jew internazzjonali fis-settur pubbliku/entitajiet ikkontrollati b’liġi privata li għandhom missjoni ta’ servizz pubbliku u li huma garantiti mill-Istati Membri, u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra. ( Ġestjoni komuni jew deċentralizzata ( ma’ l-Istati Membri ( ma’ pajjiżi terzi ( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika) Kummenti rilevanti: Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità tiġi mħallsa lill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni, li taġixxi għan-nom ta’ l-Istati Membri u tal-pajjiżi parteċipanti l-oħra skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 54 u 56 tar-Regolament Finanzjarju. L-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni tmexxi l-Programm Konġunt Eurostars u tirċievi, talloka u tissorvelja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità. L-istruttura identifikata mill-Istati Membri parteċipanti u mill-pajjiżi parteċipanti l-oħra hija s-Segretarjat ta’ l-EUREKA. L-istruttura organizzattiva hija deskritta f’aktar dettal fl-Anness II tad-Deċiżjoni. 6. IS-SORVELJANZA U L-VALUTAZZJONI 6.1. Sistema ta’ sorveljanza Ladarba jkun stabbilit, il-Programm Konġunt Eurostars jiġi ssorveljat permezz ta’ rapporti annwali maħruġa mill-istruttura speċifika ta’ ġestjoni. Dawn ser jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt skond l-indikaturi ppreżentati fis-Sezzjoni 5.3. 6.2. Il-valutazzjoni 6.2.1. Valutazzjoni ex-ante L-inizjattiva proposta ġiet indirizzata bħala parti mill-valutazzjoni ex-ante tal-proposta għas-Seba’ Programm Kwadru. 6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara valutazzjoni intermedjarja/ex-post (it-tagħlimiet meħuda fil-passat minn esperjenzi simili) Il-mudell ta’ governanza propost ġie bbażat fuq l-esperjenza ta’ l-ewwel inizjattiva ta’ l-Artikolu 169 imnedija matul is-Sitt Programm Kwadru, jiġifieri l-inizjattiva EDCTP. 6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-valutazzjoni fil-ġejjieni Il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni interim u finali dwar il-Programm Konġunt Eurostars li se jkopru l-kwalità u l-effiċjenza ta’ l-implimentazzjoni, inkluż l-integrazzjoni xjentifika, ġestjonarja u finanzjarja tal-Programm Konġunt Eurostars kif ukoll il-progress lejn l-għanijiet stabbiliti fl-Anness I. Il-Kummissjoni tista’ tkun megħjuna minn esperti indipendenti. 7. MIżURI KONTRA L-FRODI L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Konġunt Eurostars jistabbilixxi li fl-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi jew miżuri oħra meħtieġa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunitrà. B’mod partikolari, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra għandhom jipprovdu garanziji adegwati fir-rigward ta’ l-irkupru sħiħ mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ammonti dovuti lill-Komunità. L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Programm Konġunt Eurostars jistabbilixxi li l-Kummissjoni u l-Qorti ta’ l-Awdituri jistgħu, permezz ta’ l-uffiċjali jew l-aġenti tagħhom, iwettqu l-verifiki u l-ispezzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw il-ġestjoni xierqa tal-fondi tal-Komunità u jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi jew l-irregolarità. Għall-finijiet ta’ dan, l-Istati Membri parteċipanti u l-pajjiżi parteċipani l-oħra u/jew l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni għandhom, fiż-żmien xieraq, jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri d-dokumenti kollha rilevanti. Aktar miżuri kontra l-frodi jiġu implimentati bħala parti mill-ftehim iddettaljat bejn il-Kummissjoni u l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. 8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż involuti Approprijazzjonijiet għall-impenji f’EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 | Uffiċjali jew persunal temporanju[46] (XX 01 01) | A*/AD | B*, C*/AST | Persunal iffinanzjat[47] bl-Art. XX 01 02 | Persunal ieħor[48] iffinanzjat bl-Art. XX 01 04/05 | TOTAL | 8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li joħorġu mill-azzjoni 8.2.3. Sorsi ta’ riżorsi umani (statutorji) ( Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi ( Karigi preallokati fi ħdan l-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n ( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss ( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid billi jintużaw riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna) ( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena msemmija 8.2.4. Nefqa amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | TOTAL | Għajnuna teknika u amministattiva oħra | - intra muros | - extra muros | Għajnuna teknika u amministrattiva totali | 0 | 0,703 | 0,703 | 0,703 | 0,703 | 1,406 | 4,218 | Qed tiġi stmata medja ta’ EUR 703.000 fuq bażi annwali għall-ispejjeż rikorrenti ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. Din għandha tkopri l-ġesjtoni tal-programm, il-komunikazzjoni, l-IT, l-ivvjaġġar u l-valutazzjoni tal-proposti. Għall-perjodu ta’ sitt snin tal-programm dawn l-ispejjeż għandhom jibqgħu fi ħdan il-limitu ta’ 4,5 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Il-kompiti li jridu jitwettqu mill-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni huma: - l-istabbiliment tal-baġit għas-sejħa għal kull sena, l-organizzazzjoni ċentrali tas-sejħat komuni għall-proposti u r-riċeviment tal-proposti għall-proġett (punt tad-dħul uniku); - l-organizzazzjoni ċentrali ta’ l-eliġibbiltà u l-valutazzjoni tal-proposti għall-proġetti, skond kriterji ta’ eliġibbiltà u valutazzjoni komuni, l-organizzazzjoni ċentrali ta’ l-għażla tal-proposti għall-proġetti li se jiġu ffinanzjati, u s-sorveljanza u l-issoktar tal-proġett; - ir-riċeviment, l-allokazzjoni u s-sorveljanza tal-kontribuzzjoni Komunitarja; - il-ġbir tal-kontijiet rigward id-distribuzzjoni tal-fondi mill-entitajiet għall-finanzjament fl-Istati Membri parteċipanti, u l-pajjiżi parteċipanti l-oħra lill-parteċipanti fil-proġetti Eurostars; - il-promozzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars; - ir-rappurtar lill-HLG ta’ l-EUREKA, lill-HLG ta’ l-Eurostars, lin-Netwerk EUREKA u lill-Kummissjoni Ewropea dwar il-Programm Konġunt Eurostars, inkluż dwar il-progress lejn iżjed integrazzjoni. Kalkolu – L-ispejjeż stmati ta’ l-istrttura speċifika ta’ implimentazzjoni | L-istima ta’ l-ispejjeż hija bbażata fuq l-istimi fornuti mill-EUREKA waqt il-preparazzjoni ta’ din il-proposta. - Il-ġestjoni ta’ l-Eurostars: maniġer (120,000) + sostenn għall-uffiċċji (25,000) - Komunikazzjoni: uffiċjal għall-komunikazzjonijiet (40,000) + avvenimenti (20,000) + materjal, stampar (30,000) + websajt (5000) - IT: uffiċjal ta’ l-IT (60,000) + żamma u liċenzji (60,000) - Vjaġġar (20,000) - Valutazzjoni tal-proposta b’esperti indipendenti: miżati ta’ l-esperti (262,500) + vjaġġar (35,000) - Appoġġ fil-valutazzjonijiet: uffiċjal tal-proġett (temporanju, 25,000) L-ispejjeż rikorrenti tal-Programm Konġunt Eurostars se jiġu koperti sa limitu ta’ 4.5 % tal-kontribuzzjoni Komunitarja. Riżorsi oħrajn fornuti mis-Segretarjat ta’ l-EUREKA u mħallsa direttament min-netwerk EUREKA, inkluż l-impjegati fejn meħtieġ, mhumiex inklużi f’din l-istima. Barra minn hekk, il-ġestjoni amministrattiva tal-fajls tal-proġett mill-programmi nazzjonali parteċipanti mhix inkluża u għandha titħallas direttament mill-Istati Membri parteċipanti. | 8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Tip ta’ riżorsi umani | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | Uffiċjali u persunal temporanju Il-linja tal-baġit 08.01 01 | 0,117 | 0,176 | 0,176 | 0,176 | 0,176 | 0.352 | Il-persunal iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) | L-ispiża totali ta’ Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) | 0,117 | 0,176 | 0,176 | 0,176 | 0,176 | 0.352 | Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji | Nefqa medja ta’ 117,000 euros għal kull kariga FTE. Fis-sena 2007, 1 FTE qed jiġi kkunsidrat fil-proċess ta’ negozjar għall-kuntratt. Mill-2008 sa l-2013, 1.5 FTE se jiġu kkunsidrati. | Kalkolu – Persunal iffinanzjat skond l-Art. XX 01 02 | […] | Mill-2008 ’il quddiem qed jiġu antiċipati 1.5 FTE/sena għall-issuktar ta’ din l-inizjattiva mis-servizzi tal-Kummissjoni. Għall-proċess ta’ negozjar għall-kuntratt hemm il-ħtieġa ta’ 1 FTE, li mistennija tibda fit-tieni nofs ta’ l-2007. Il-kompiti ewlenin se jkunu: - Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Eureka (HLG) u fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Livell Għoli ta’ l-Eurostars bħala osservatur, laqgħat ta’ jumejn għal 4 darbiet fis-sena (Livell ta’ Direttur/HoU) - Il-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars, 4-5 darbiet fis-sena (livell ta’ Uffiċjal tal-Proġett) - Il-parteċipazzjoni f’laqgħat ta' ħidma u f’avvenimenti ta’ disseminazzjoni, 2-3 darbiet fis-sena (livell ta’ Uffiċjal tal-Proġett) - In-negozjar għal u l-preparazzjoni tal-ftehim ma’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni (livell ta’ Uffiċjal tal-Proġett + livell ta’ Assistent) - Is-sorveljanza ta’ l-implimentazzjoni bbażata fuq ir-rapporti annwali, u l-koordinazzjoni tal-valutazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u finali (livell ta’ Uffiċjal tal-Proġett) - Il-verifika finanzjarja u legali ta’ l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt (livell ta’ Uffiċjal Finanzjarju) 8.2.6. Nefqa amministrattiva oħra li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza EUR miljuni (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) | Sena 2007 | Sena 2008 | Sena 2009 | Sena 2010 | Sena 2011 | Sena 2012 u wara | TOTAL | 08 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0,007 | 0,014 | 0,014 | 0,014 | 0,014 | 0,028 | 0,091 | 08 01 02 11 02 – Laqgħat & Konferenzi | 08 01 02 11 03 – Kumitati[50] | 08 01 02 11 04 – Studji & konsultazzjonijiet | 08 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni | 2 Infiq Totali ieħor ta’ natura ġestjonarja (08 01 02 11) | 0,007 | 0,014 | 0,014 | 0,014 | 0,014 | 0,028 | 0,091 | 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva L-esperti indipendenti għall-analiżi ta’ nofs it-terminu u dik finali. | 0,007 | 0,007 | 0,014 | Infiq amministrattiv totali, għajr riżorsi umani u spejjeż assoċjati (LI MHUMIEX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0,007 | 0,014 | 0,014 | 0,021 | 0,014 | 0,035 | 0,105 | Kalkolu – Infiq ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza | Missjonijiet: L-ispejjeż huma bbażati fuq nefqa medja ta’ vjaġġar ta’ EUR 700 għal kull missjoni u ta’ EUR 149.63 f’sosteniment ta’ kuljum; il-perjodu medju ta’ missjoni huwa ta’ 1.5 ġranet; l-għadd u n-natura tal-missjonijiet: 4 missjonijiet fis-sena għal 2 uffiċjali sabiex jattendu għal-laqgħat tal-HLG ta’ l-EUREKA/Eurostars, 3 missjonijiet fis-sena għal uffiċjal wieħed sabiex jattendi laqgħat ta' ħidma u avvenimenti oħrajn, 4 missjonijiet fis-sena għal uffiċjal wieħed sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Grupp Konsultattiv ta’ l-Eurostars, li dawn ma jinżammux fi Brussell. Għall-2007, qed ikunu preżunti nofs l-ispejjeż annwali. Għajnuna esterna: Stimi tan-nefqa għall-appoġġ estern fir-rigward tal-valutazzjoni interim u finali (bi 3 esperti esterni b’450 EUR kuljum għal tlett ijiem + l-ivvjaġġar EUR 700 + EUR 448.89 f’sosteniment ta’ kuljum għal kull espert). | [1] L-Iżlanda, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Iżvizzera u t-Turkija. [2] Il-Kunsill dwar il-Kompetittività, il-25-26 ta’ Novembru 2004, 14687/04 (Presse 323) [3] ĠU C 320 E, il-15.12.2005, p. 259. [4] Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, ĠU L 412, it-30.12.2006, p. 1. [5] ĠU L 400, it-30.12.2006, p. 86. [6] Deċiżjoni Nru 974/2006/KE, ĠU L 400, it-30.12.2006, p. 299. [7] Il-Programm ta’ Ħidma 2007, "Ir-Riċerka għall-Benefiċċju ta’ l-SMEs", C(2006)563, is-26.02.2007. [8] Id-definizzjoni ta’ SME skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, ĠU L124, l-20.05.2003, p. 36. [9] COM(2006) 349 finali, id-29.06.2006. [10] L-Iscoreboard ta’ l-investiment industrijali ta’ l-UE għall-R&D ta’ l-2005, il-Kummissjoni Ewropea. [11] Lejn Żona Ewropea tar-Riċerka, Xjenza, Teknoloġija u Innovazzjoni, Figuri Ewlenin 2005, il-Kummissjoni Ewropea. [12] Il-Valutazzjoni ta’ l-impatt u l-valutazzjoni ex ante , dokument ta’ ħidma għall-impjegati tal-Kummissjoni, SEC(2005)430, Anness 1. [13] COM(2006)349 finali, id-29.6.2006. [14] COM(2000) 6 finali, it-18.1.2000. [15] COM(2007) 161 finali, l-4.4.2007. [16] ETAP (Il-Pjan t’Azzjoni għat-Teknoloġiji Ambjentali), ECAP (Il-Programm ta’ Għajnuna dwar il-Konformità Ambjentali għall-SMEs) [17] B’rata ta’ finanzjament medja ta’ 50%, EUR 400 miljun f’appoġġ pubbliku jsejħu għal EUR 400 miljun oħra f’finanzjament privat li jiġi investit fi proġetti ta’ R&D bħala l-kontribuzzjoni tal-parteċipanti fil-proġett. Jekk wieħed jassumi rata ta’ finanzjament massima ta’ 75%, is-somma ta’ l-ispejjeż totali tal-proġett jistgħu jlaħħqu s-somma ta’ EUR 400/0.75 miljun = EUR 533 miljun, li jfisser li f’dak il-każ il-kontribuzzjoni privata tkun ta’ EUR 133 miljun. [18] Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, ĠU L 412, it-30.12.2006, p. 1 [19] ĠU C […], […], p. […]. [20] ĠU C […], […], p. […]. [21] ĠU C […], […], p. […]. [22] ĠU L 412, it-30.12.2006, p. 1. [23] ĠU L 400, it-30.12.2006, p. 299 [24] P6_TA(2005)0077, ĠU C320E/259, il-15.12.2005 [25] COM(2003) 226 finali/2 [26] ĠU L 248, is-16.09.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, it-30.12.2006, p. 1). [27] ĠU J L 357, il-31.12.2002, p. 1; ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru XXXX/2007 (ĠU L …). [28] ĠU L 312, it-23.12.1995, p. 1. [29] ĠU L 292, il-15.11.1996, p 2. [30] ĠU L 136, il-31.05.1999, p. 1. [31] OJ C 323, 30.12.2006, p. 1. [32] ĠU L 124, l-20.5.2003, p. 36. [33] ĠU L 391, it-30.12.2006, p. 1 [34] 08.13 huwa l-linja tal-baġit għall-ispejjeż operattivi ta’ l-azzjonijiet taħt "Riċerka għall-Benefiċċju ta’ l-SMEs"; il-kariga 08 13 01 01 għad trid tinħoloq. [35] Il-kariga 08 13 01 02 se tinħoloq sabiex tkopri l-ispejjeż relatati mal-Programm Konġunt Eurostars. [36] Approprijazzjoni diffrenzjata [37] Approprijazzjoni diffrenzjata [38] Dan huwa l-infiq ta’ sostenn għall-ispejjeż rikorrenti ta’ l-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars. Dan l-ammont ma jiġix ikkunsidrat fil-limitu tan-nefqa amministrattiva tas-Seba’ Programm Kwadru (6%). [39] L-ammont ta’ referenza huwa l-kontribuzzjoni Komunitarja għall-Programm Konġunt Eurostars. [40] L-4.5% tal-kontribuzzjoni Komunitarja li se jintużaw sabiex jiġu koperti l-ispejjeż rikorrenti relatati ma’ l-implimentazzjoni tal-Programm Konġunt Eurostars mhumiex inklużi fil-miżata tas-sħubija li titħallas kull sena lill-EUREKA. [41] B’mod partikolari l-ftehimiet individwali għall-għotjiet tal-parteċipanti fil-proġetti magħżula ta’ l-Eurostars se jiġu mitmuma ma’ l-entitajiet għall-finanzjament nazzjonali. [42] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali. [43] Kolonni żejda għandhom jiġu miżjuda fejn meħtieġ, jiġiefieri jekk it-tul ta’ l-azzjoni jaqbeż is-6 snin [44] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3 [45] Mhemm l-ebda uffiċjali tal-Kummissjoni li se jaħdmu għall-Programm Konġunt Eurostars fl-istruttura speċifika ta’ implimentazzjoni. [46] L-ispiża ta’ dawn MHUX koperta mill-ammont ta’ referenza [47] L-ispiża ta’ dawn MHUX koperta mill-ammont ta’ referenza [48] L-ispiża ta’ dawn hija inkluża fl-ammont ta’ referenza [49] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija(i) Eżekuttiva(i) ikkonċernata(i). [50] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li għalih jappartjeni.