52007PC0503

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013 /* KUMM/2007/0503 finali - COD 2005/0037B */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 31.8.2007

KUMM(2007) 503 finali

2005/0037B (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013

2005/0037B (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat tal-KE dwar

Pożizzjoni komuni meħuda mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm speċifiku “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku” għall-perjodu 2007-2013 bħala parti mill-programm ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” għall-2007-2013

1. SFOND

Data ta' meta l-proposta tressqet lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM([2006])[230] finali - [2005/[037B]COD) | l-24 ta’ Mejju 2006: (proposta emendata wara s-separazzjoni tal-programmi “Ġlieda kontra l-Vjolenza (Daphne III)” u “Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku”. |

Data ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | id-19 ta’ Jannar 2006 |

Data ta’ l-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | l-14 ta' Diċembru 2006 |

Data ta’ l-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | It-23 ta’ Lulju 2007 |

2. L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Il-prevenzjoni tal-konsum tad-droga u l-informazzjoni lill-pubbliku huwa programm ta' finanzjament b'dawn l-għanijiet:

a) Il-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ l-użu tad-droga, id-dipendenza fuq id-droga u ħsara relatata.

b) Il-kontribuzzjoni għat-titjib ta' l-informazzjoni dwar l-użu tad-droga.

ċ) L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' l-istrateġija Ewropea fil-qasam tad-drogi.

3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill iżżomm l-elementi essenzjali tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni u tqis l-emendi ewlenin adottati fl-ewwel qari mill-Parlament Ewropew.

Id-differenzi ewlenin bejn il-pożiżżjoni komuni u l-proposta inizjali tal-Kummissjoni huma dawn:

- Il-programmi "Daphné III" u "Prevenzjoni tal-konsum tad-droga u informazzjoni lill-pubbliku" huma separati minn xulxin. Din il-qasma ġiet proposta mill-Kummissjoni nnifisha fil-proposta modifikata tagħha tas-26 ta’ Mejju 2006.

- L-Artikolu 3.a: Iż-żieda ta' għan speċifiku, li jwessa' l-ambitu tal-programm billi jiġi previst li dan jista' jappoġġja miżuri maħsuba li jipprevjenu l-konsum tad-droga partikolarment permezz tat-tnaqqis tal-ħsara relatat mad-droga u l-użu ta' metodi ta' trattament li jieħdu in kunsiderazzjoni l-aħħar għarfien xjentifiku.

- L-Artikolu 3.c: l-involviment tal-Parlament Ewropew fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-pjani ta' azzjonijiet "drogi" huwa enfasizzat.

- L-Artikolu 4.b: proposta ta’ proġett speċifiku għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament jekk tinvolvi mill-inqas 2 Stati Membri jew Stat Membru wieħed u Stat kandidat għall-adeżjoni (minflok 3 Stati Membri fil-proposta tal-Kummissjoni).

- L-Artikolu 6: in-nisa u l-ġenituri huma msemmija fost il-pubbliku mmirat tal-programm.

- L-Artikolu 9: fl-okkażjoni ta' l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, l-għarfien espert tekniku taċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (ĊEMDDD) ser jittieħed in kunsiderazzjoni.

- L-Artikolu 10: komitoloġija: il-prinċipju ta’ kumitat doppju (kumitat ta’ ġestjoni għall-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali u kumitat konsultattiv għal kwistjonijiet oħra, waqt li l-proposta inizjali tal-Kummissjoni tipprevedi biss kumitat konsultattiv).

Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill hija bbażata fuq kompromess innegozjat bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dan il-kompromess jikkonċerna t-test sħiħ, inkluż il-kwistjoni tal-komitoloġija. Dwar dan is-suġġett, il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill terġa' tadotta s-soluzzjoni nnegozjata bejn it-tliet istituzzjonijiet b’rabta mal-programm “Ġustizzja Ċivili” (COD/2005/0040), jiġifieri ż-żieda ta’ inċiż rigward l-informazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-miżuri ta' eżekuzzjoni u dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istess suġġett.

4. KONKLUŻJONIJIET

Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni komuni, li tinkludi l-elementi ewlenin tal-proposta inizjali kif ukoll l-emendi ewlenin adottati mill-Parlament Ewropew.