52007PC0495

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. /* KUMM/2007/0495 finali - CNS 2007/0181 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 4.9.2007

KUMM(2007) 495 finali

2007/0181 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA |

110 | Raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-ftehim ta' l-avjazzjoni Ewto-Mediteranju bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk ġie nnegozjat skond mandat li l-Kunsill irċeiva f'Diċembru 2004. Il-ftehim ġie iffimat fit-12 ta’ Diċembru 2006. |

120 | Kuntest ġenerali Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija saru membri ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. Fid-dawl ta' l-Artikolu 6(2) ta' l-att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni, dawn iż-żewġ Stati ntrabtu li jaderixxu mal-ftehimiet u l-konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri u, b'mod konġunt, mal-Komunità. Dawn l-adeżjonijiet għall-ftehimiet u l-konvenzjonijiet huma pprovduti mill-proċedura simplifikata. Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jikkonkludi Protokoll, li fih jiddeċiedi b'unanimità f'isem l-Istati Membri, u l-pajjiżi terzi kkonċernati. L-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għall-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2006, għandu għalhekk jiġi approvat permezz tal-konklużjoni ta' protokoll li jemenda dan il-ftehim. Il-protokoll jiddefinixxi l-addattamenti tekniċi u lingwistiċi li jridu jsiru lill-ftehim bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija. |

130 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim jissostitwixxu jew jikkumplimentaw dawk li hemm fil-ftehim dwar l-avjazzjoni Ewro-Mediterranju bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk. |

140 | Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-ftehim Marokkin huwa l-ewwel stadju fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet ta' l-avjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-pajjiżi ġirien. Huwa parti mill-qafas tal-Komunikazzjoni COM (2005) 79 finali ppreżentata mill-Kummissjoni: "L-iżvilupp ta' l-aġenda dwar il-politika esterna ta' l-avjazzjoni tal-Komunità". |

KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA' L-IMPATT |

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati |

211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mirau profil ġenerali tal-parteċipanti Mhux applikabbli. |

212 | Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu Mhux applikabbli. |

ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA |

305 | Sommarju ta' l-azzjoni proposta Il-protokoll jipprovdi għas-sostituzzjonijiet meħtieġa li għandhom jiġu inklużi fil-ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni, bħala riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2007. Id-dispożizzjonijiet korripsondenti se jinżiedu ma' l-Anness. |

310 | Bażi ġuridika Artikolu 80(2), relatat ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2), l-Artikolu 300(3) u l-Artikolu 300(4). |

329 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-miżura jew il-proposta ma taqax taħt il-kompetenzi esklussivi tal-Komunità. |

Prinċipju tal-proporzjonalità Il-protokoll se jemenda jew jikkompleta d-dispożizzjonijiet tal-ftehim Ewro-Mediterranju dwar l-avjazzjoni mingħajr ma jmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġa biex jiggarantixxi l-konformità mad-dritt Komunitarju. |

Għażla ta' l-istrument |

342 | Il-protokoll li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità u l-Marokk huwa l-aktar strument effikaċi biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. |

IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAġIT |

409 | Il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. |

INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI |

570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Il-Kunsill mistieden japprova l-protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra; |

1. 2007/0181 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' protokoll li jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2), f'konnessjoni ma' l-Artikolu 300(2), it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż tat-tielet u r-raba' paragrafu;,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

2. Fil-5 ta' Diċembru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri kollha tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra; il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat,

3. Il-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra ġie ffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2006 (minn hawn 'il quddiem "il-ftehim");

4. It-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007;

5. Protokoll li jemenda l-ftehim dwar is-servizzi ta' l-ajru hu meħtieġ sabiex titqies l-adeżjoni taż-żewġ Stati Membri ġodda.

6. Il-protokoll ġie nnegozjat miż-żewġ partijiet nhar [ ] ;

7. B'konsegwenza ta' dan, il-protokoll għandu jiġi approvat;

JIDDEĊIEDI:

Artikolu 1

Il-protokoll li jemenda jemenda l-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-gvern tar-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni għall-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, huwa adottat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-protokoll huwa anness ma' din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

In-notifika pprovduta fl-Artikolu 4 tal-Protokoll saret mill-Kunsill.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

ANNESS

ABBOZZ

TA' PROTOKOLL LI JEMENDA

IL-FTEHIM EWRO-MEDITTERANJU

DWAR IS-SERVIZZI TA' L-AJRU

BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA

U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA,

U R-RENJU TAL-MAROKK

MIN-NAĦA L-OĦRA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TA' L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

minn hawn ‘il quddiem magħrufa bħala "l-Istati Membri", u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn hawn 'il quddiem msejħa 'il-Komunità',

irrappreżentata mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

minn naħa, u

IL-GVERN TAR-RENJU TAL-MAROKK,

minn hawn ‘il quddiem "il-Marokk",

min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidraw l-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea u għalhekk mal-Komunità fl-1 ta' Jannar 2007,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija huma partijiet fil-ftehim Ewro-Mediterranju dwar is-servizzi ta' l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2006 (minn hawn 'il quddiem "il-ftehim");

Artikolu 2

8. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma' l-anness II tal-ftehim (ftehimiet bilaterali bejn il-Marokk u l-Istati Membri):

"- Ftehim bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Renju tal-Marokk dwar it-trasport bl-ajru, iffirmat f'Rabat fl-14 ta' Ottubru 1966;

"- Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u l-Gvern tar-Renju tal-Marokk dwar it-trasport ċivili bl-ajru, iffirmat f'Bukarest fis-6 ta' Diċembru 1971;

Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta’ Ftehim konkluż f'Rabat fil-29 ta' Frar 1996."

9. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin huma miżjuda ma' l-aħħar paragrafu ta' l-Anness III tal-ftehim (awtorizzazzjonijiet għall-operazzjoni u permessi tekniċi: awtoritajiet kompetenti

"Il-Bulgarija :

Amministrazzjoni ta' l-avjazzjoni ċivili

Il-Ministeru għat-Trasport

Ir-Rumanija:

Direttorat Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili

Ministeru għat-Trasport, il-Kostruzzjoni u t-Turiżmu"

Artikolu 3

It-testi tal-ftehim bil-Bulgaru u bir-Rumen, mehmuża ma' dan il-protokoll, huma awtentiċi bl-istess kundizzjonijiet għall-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra.

Artikolu 4

Dan il-Ftehim huwa approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess. Jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim. Fil-każ fejn, intant, dan il-protokoll ikun approvat mill-partijiet kontraenti f'data wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim, il-protokoll jidħol għalhekk fis-seħħ skond l-Artikolu 27, l-ewwel paragrafu tal-ftehim, fid-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-formalitajiet interni ta' approvazzjoni.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll huwa mfassal fi (data, post) f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi b'kull wieħed minn dawk it-testi ugwalment awtentiċi.

GĦALL-ISTATI MEMBRI:

GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA

GĦALL-GVERN TAR-

RENJU TAL-MAROKK

Il-President